Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-proġettazzjoni tal-popolazzjoni t’Għawdex li fuqha qed tfassal il-politika soċjali u ekonomika tal-gżira? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din il-proġettazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex jieħu sehem f'diskussjonijiet li jsiru dwar it-tfassil tal-politika soċjali u ekonomika ta' Għawdex u dejjem jagħmel dan wara li jkun ikkunsidra kull statistika u proġettazzjonijiet disponibbli. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13986 u jagħti l-Prodott Gross Domestiku Reġjonali għal Malta u Għawdex separatament, ras għal ras:
a) tar-residenti fir-reġjun u
b) ta’ dawk li jaħdmu fir-reġjun,
f’Purchasing Power Standards
fuq bażi u fil-qafas ta’ reġjuni NUTS Level III tal-Unjoni Ewropea mis-sena 2000 sas-sena 2008 kemm a bażi ta’ EU 25 = 100 u kemm a bażi ta’ EU 27 = 100?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13986.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13987 u jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-agrikoltura f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13987.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar matul l-2007, 2008 u 2009 maqsumin skond l-areas ġeografiċi ewlenin u skond il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f’Għawdex fl-aħħar ta’ Dicembru 2009? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati? Jista’ jagħti tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni hawn taħt mitluba rigward il-qasam tax-xogħol f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2008 u tal-2009:
(i) In-numru ta’ nies, skond il-grupp ta’ l-età tagħhom (15-24, 25-34, 35-44, 45-54, 55-64), (a) jaħdmu għal rashom, (b) impjegati, (ċ) qiegħda u (d) inattivi;
(ii) ir-rata ta’ attività tal-popolazzjoni attiva ukoll skond il-grupp ta’ l-età tagħhom;
(iii) in-numru ta’ nies jaħdmu klassifikati skond l-attività ekonomika; u
(iv) id-dħul gross annwali medju tan-nies jaħdmu skond l-attività ekonomika tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol li qed ifittxu dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex taħt l-ewwel parti u t-tieni parti separatament? Jista’ jagħti n-numru ta’ reġistranti skont ix-xogħol li qed ifittxu u maqsuma f’nisa u rġiel?
Jista’ l-Ministru jagħti l-Prodott Gross Domestiku Reġjonali għal Malta u Għawdex separatament, ras għal ras
a) tar-residenti fir-reġjun u
b) ta’ dawk li jaħdmu fir-reġjun,
f’Purchasing Power Standards
fuq bażi u fil-qafas ta’ reġjuni NUTS Level III tal-Unjoni Ewropea mis-sena 2000 sas-sena 2008 kemm a bażi ta’ EU 25 = 100 u kemm a bażi ta’ EU 27 = 100?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-agrikoltura f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-Tabella 5.5 tal-Economic Survey 2009, bit-titlu Main Types of Tourist Accomodation, jista’ l-Prim Ministru jispeċifika liema kienu l-lukandi 3-star li bejn Diċembru 2008 u Awwissu 2009, żdiedu jew naqsu mal-korp tal-lukandi 3-star biex jagħtu żieda netta ta’ żewġ lukandi fil-perjodu indikat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika marbut bil-liġi li ma jiżvelax informazzjoni li permezz tagħha jistgħu jkunu identifikati individwi jew entitajiet, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata. Rigward proviżjoni ta’ statistika dwar l-alloġġ (accommodation) għat-turisti, l-informazzjoni ser tingħata fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 14451.
B’referenza għat-Tabella 5.5 tal-Economic Survey 2009, bit-titlu “Main Types of Tourist Accomodation”, jista’ l-Ministru jgħid għaliex hi attribwibbli ż-żieda ta’ sodod ta’ 1140, bejn Diċembru 2008 u Awwissu 2009, fost lukandi 3-star?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-differenza ta’ 1,140 sodda net fil-lukandi 3-star hi attribwita għal tliet raġunijiet:
1. Żewġ (2) lukandi li kienu magħluqin f’Diċembru 2008 u li kienu miftuħin f’Awwissu 2009. Dawn ikkontribwixxew għal żieda ta’ 858 sodda;
2. Ħames (5) lukandi li żiedu l-ammont ta’ sodod b’321 sa Awwissu 2009;
3. Żewġ (2) lukandi li naqqsu l-ammont ta’ sodod b’39 sa Awwissu 2009.
Nirreferi wkoll għat-Tabella 5.5 tal-
Economic Survey 2009
, fejn il-figuri jirreferu għal
net establishments and bed places
. Din il-figura teskludi n-numru ta’ sodod f’lukandi li, għal xi raġuni, ma jkunux qed jintużaw għall-akkomodazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-attivitajiet tan-negozju f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13998.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tal-attivitajiet ta’ servizzi oħra f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dawn l-attivitajiet kull sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
ftehim tal-Konferenza ta' Copenhagen dwar il-bidla fil-klima
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-Konferenza ta' Copenhagen dwar il-bidla fil-klima?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru ilha pubblika għal diversi ġranet fuq il-websajt tas-segretarjat tal-United Nations Framework Convention on Climate Change (UNFCCC).
Valur Gross Miżjud — settur tal-lukanti u ristoranti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-lukandi u ristoranti f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Valur Gross Miżjud — settur tat-trasport f'Malta u f'Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tat-trasport f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jgħid illi l-istatistika għas-setturi msemmija tinħadem b’mod aggregat fejn jirrigwardja statistika fuq bażi ta’ reġjun.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-komunikazzjonijiet f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13995.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tas-servizzi finanzjarji f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tar-real estate tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Gross Miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-kera f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2008? Jista’ jgħid kemm kienu l-impjiegi f’dan is-settur kull sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13998.