Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħlas ta' benefiċċji kontributorji

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2009 għar-rigward ta’ benfiċċji kontributorji mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali tal-1987 għal: · Pensjonijiet tal-invalidità? · Pensjonijiet tal-irtirar? · Bonus ? · Pensjonijiet tar-romol? · Pensjonijiet għal żmien qasir ( short-term )?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Kapital Fiss Gross f’Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14668 dwar data rigward il-varjabbli: ‘Formazzjoni ta’ Kapital Fiss Gross’, jista’ l- Ministru jgħid kif jiġi allokat is-sehem ta’ Għawdex mill-valur aggregat ta’ dan il-varjabbli għall-komputazzjoni tal-Valur Miżjud Gross u tal-Prodott Domestiku Gross għal Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Il-varjabbli ‘Formazzjoni ta’ Kapital Fiss Gross’ (GFCF) jinħadem biss fuq bażi nazzjonali u għaldaqstant, din iċ-ċifra mhijiex disponibbli fuq bażi reġjonali.

Għawdex — valur tan-Nefqa Domestika Gross fuq Riċerka u Żvilupp

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14669 rigward in-Nefqa Domistika Gross fuq l-R & D, jista’ l-Ministru jgħid kif jiġi allokat is-sehem ta’ Għawdex mill-valur aggregat ta’ dan il-varjabbli għall-komputazzjoni tal-Valur Miżjud Gross u tal-Prodott Domestiku Gross għal Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-varjabbli ‘R&D’ bħala sehem għal Għawdex mill-valur aggregat ta’ dan il-varjabbli, għall-komputazzjoni tal-Valur Miżjud Gross (GVA) u tal-Prodott Domestiku Gross (GDP), jista’ jinħadem għal Malta u Għawdex fuq bażi nazzjonali, imma ma jinħadimx fuq bażi reġjonali.

informazzjoni rigward il-qasam tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 14663 u tagħti l-informazzjoni hawn taħt mitluba rigward il-qasam tax-xogħol f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2008 u tal-2009: (i) In-numru ta’ nies, skond il-grupp ta’ l-età tagħhom (15-24, 25-34, 35-44, 45-54, 55-64), (a) jaħdmu għal rashom, (b) impjegati, (ċ) qegħda u (d) inattivi; (ii) ir-rata ta’ attività tal-popolazzjoni attiva ukoll skont il-grupp ta’ l-età tagħhom; (iii) in-numru ta’ nies jaħdmu klassifikati skont l-attività ekonomika; u (iv) id-dħul gross annwali medju tan-nies jaħdmu skont l-attività ekonomika tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Nies li qed ifitttxu xogħol f'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 14664 u tgħid x’inhu x-xogħol li qed ifittxu dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex taħt l-ewwel parti u t-tieni parti tar-Reġistru separatament? Tista’ tagħti n-numru ta’ reġistranti skont ix-xogħol li qed ifittxu u maqsuma f’nisa u rġiel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kuntribuzzjonijiet minn impjegati — dħul tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern kull sena mill-2003 sal-2009 għar-rigward ta’ benfiċċji kontributorji minn kontribuzzjonijiet tal-ewwel klassi: · Minn impjegati tal-Gvern f’Malta u f’Għawdex separatament u · Minn impjegati fis-settur privat f’Malta u f’Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul tal-Gvern kull sena mill-2003 sal-2009 għar-rigward ta’ benefiċċji kontributorji minn kontribuzzjonijiet tal-ewwel klassi minn impjegati tal-Gvern f’Malta u f’Għawdex separatament u minn impjegati fis-settur privat f’Malta u f’Għawdex separatament hu indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ammonti rispettivi tal-benefiċċji kontributorji minn kontribuzzjonijiet tal-ewwel klassi għas-sena 2009 mhumiex magħrufin għaliex għad hemm xi xogħol ta’ rikonċiljazzjoni xi jsir.

Kontribuzzjonijiet minn nies li jaħdmu għar-rashom — dħul tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern kull sena mill-2003 sal-2009 għar-rigward ta’ benfiċċji kontributorji minn kontribuzzjonijiet tat-tieni klassi minn persuni li jaħdmu għar-rashom f’Malta u f’Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul tal-Gvern kull sena mill-2003 sal-2009 għar-rigward ta’ benefiċċji kontributorji minn kontribuzzjonijiet tat-tieni klassi minn persuni li jaħdmu għar-rashom f’Malta u f’Għawdex separatament hu indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni Enemalta — żejt użat biex tipproduċi l-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti sena b’sena għas-snin 2003-2009, il-volum f’tunnellati ta’ żejt raffinat li użat fiżikament il-Korporazzjoni Enemalta biex tipproduċi t-total tal-elettriku għal kull sena, u l-output totali ta’ elettriku għal kull sena prodott b’dan iż-żejt li ġie kunsmat minnha?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

valur tal-esportazzjoni ta' affarijiet ta' merċa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar matul l-2007, 2008 u 2009 maqsumin skond l-areas ġeografiċi ewlenin u skond il-prodotti esportati?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il Mejda tal-Kamra tlett tabelli b’informazzjoni mitluba.

Persuni li jirċievu benefiċċji mhux kontributorji

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 10847 u 13976 u tgħid, xahar b’xahar minn Jannar 2008 sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, kemm kien hemm persuni residenti f’Malta u Għawdex separatament li kienu qed jirċievu benefiċċji mhux kontributorji bħala: pensjoni/allowance ta’ diżabilità assistenza soċjali, assistenza medika? Tista’ tagħti l-ispiża relattiva għal kull benefiċċju għal Malta u Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14672 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Chidcare Centres

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqasija parlametari 13984, tista’ l-Ministru tgħid x’ħidma saret s’issa biex is-servizzi ta’ childcare centres jibdew jingħataw f’Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi saret l-applikazzjoni mal-MEPA għall-permess neċessarju għall-bini ta' child care centre fir-Rabat.

Għawdex — proġettazzjonijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tal-popolazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-proġettazzjonijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tal-popolazzjoni ta’ Għawdex nisa għalihom u rġiel għalihom u skont l-età tagħhom għas-snin 2015, 2020, 2025, 2030 u 2035?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proġettazzjonijiet tal-popolazzjoni fl-NSO jinħadmu biss fuq bażi nazzjonali. Għaldaqstant, l-Uffiċċju mhuwiex f’pożizzjoni li jipprovdi tbassir (forecasts) rigward il-popolazzjoni ta’ Għawdex.
Leg 11 PQ #14674 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Pagamenti tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6662 u 13980 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' pagamenti ta' Sigurtà Soċjali lir-residenti f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-2009?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Sistema għall-ġbir tal-ilma tax-xita

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13977 u jgħid x’sar u kemm intnefqu flus kull sena mill-1999 sal-2009 għat-titjib tas-sistemi tal-ġbir ta’ l-ilma tax-xita għall-użu fl-agrikoltura f’Malta u f’Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

konċessjoni ta’ privattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konċessjoni ta’ privattiva ngħatat fl-2009? Kemm minnhom saru minn applikanti Għawdxin? X’kien is-suġġett/prodott/attività/eċċ. ta’ kull konċessjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2009 kien hemm 34 konċessjoni ta' privattivi li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma kien hemm l-ebda privattiva relata ma’ applikazzjonijiet li saru minn applikanti Għawdxin.
Leg 11 PQ #14665 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Informazzjoni dwar sigħat ta' xogħol fix-xogħol primarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-medja normali ta’ sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa, fix-xogħol primarju tagħhom, ras għal ras ta’ dawk kollha li jaħdmu bi qliegħ f’Malta u Għawdex flimkien, u f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista’ jagħti dan it-tagħrif ukoll kif ġej: 1. Nisa għalihom u rġiel għalihom? 2. Dawk li x-xogħol primarju tagħhom huwa full-time u dawk li x-xogħol primarju tagħhom huwa part-time ? 3. Dawk li jaħdmu għal rashom u dawk li huma impjegati?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li din it-tip ta' informazzjoni ma tinġabarx.
Leg 11 PQ #14666 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

informazzjoni dwar sigħat ta’ xogħol part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-medja normali ta’ sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa, fix-xogħol part-time tagħhom u li mhuwiex ix-xogħol primarju tagħhom, ras għal ras ta’ dawk kollha li jaħdmu bi qliegħ f’Malta u Għawdex flimkien, u f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista’ jagħti dan it-tagħrif ukoll maqsum nisa għalihom u rġiel għalihom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li din it-tip ta' informazzjoni ma tinġabarx.
Leg 11 PQ #14667 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6664 u 13981 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali minn kontributuri residenti f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-2009?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Kapital Fiss Gross f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-Investiment Totali, jiġifieri tal-Formazzjoni ta’ Kapital Fiss Gross f’Għawdex kull sena mill-1999 ‘l hawn? Kemm minnu kien investiment pubbliku u kemm kien investiment privat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-data rigward il-varjabbli: ‘Formazzjoni ta’ Kapital Fiss Gross’ (GFCF) tinġabar biss f’forma aggregata, jiġifieri għal Malta u Għawdex f’daqqa.

Għawdex — valur tan-Nefqa Domestika Gross fuq Riċerka u Żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tan-Nefqa Domestika Gross fuq Riċerka u Żvilupp f’Għawdex kull sena mill-1999 ‘l hawn? Kemm minnha kienet nefqa pubblika u kemm kienet nefqa privata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-istatistika rigward in-Nefqa Domestika Gross fuq l-R&D tinġabar biss b’mod aggregat u mhijiex disponibbli fuq bażi reġjonali.