Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu flus s’issa fi proġetti kulturali relatati ma’ Valletta 2018? Kemm artisti u persuni oħrajn li jaħdmu fil-qasam kulturali bbenefikaw minnhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li il-budget fuq 5 snin huwa ta’ 10 miljuni ta’ Ewro li minnhom hemm 0.5 miljuni ta’ Ewro ddedikati għar-riċerka. In-numru ta’ artisti li ġew involuti fil-programm huwa ta’ 921. Dawn jinkludu artisti lokali u barranin li taw sehmhom fil-programm.
Dan in-numru ma jinkludiex in-numru kbir ta’ studenti minn dipartimenti differenti fl-MCAST u l-Università ta’ Malta li qegħdin jieħdu sehem bħala artisti fi proġetti varji u numru ieħor kbir ta’ parteċipanti fil-komunitajiet differenti f’Malta u f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta’ proġetti li se jitwettqu matul l-2018? Kemm minnhom se jsiru speċifikament fil-Belt Valletta u kif inhuma mqassmin skont ir-reġjun, il-bqija,?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li b’kollox hemm 140 proġett ippjanati fl-2018. Minn dawn il-proġetti ser isiru:
- 54 fil-Belt Valletta.
- 6 proġetti huma ippjanati fir-reġjun Nofsinhar li jinkludu proġetti fil-Ħamrun, s-Siġġiewi, Ħal Qormi u l-Mqabba.
- 7 proġetti ippjanati fir-reġjun tat-Tramuntana li jinkudu proġetti fil-Mellieħa, r-Rabat u Pembroke.
- 4 proġetti ser isiru f’Għawdex fosthom, proġetti fir-Rabat, in-Nadur u l-Għarb.
- 13 il-proġett, ser issiru fir-reġjun taċ-Ċentru li jinkludu proġetti fl-Msida, San Ġiljan, ġo Ħ’Attard, Tas-Sliema, Birkirkara, Ħal Lija u il-Gżira.
- fil-waqt li fir-reġjun Xlokk ser isiru 9 proġetti, min barra dawk li ser isiru ġol-Belt Valletta, u fosthom hemm proġetti li ser isiru fiż-Żejtun, l-Birgu, il-Furjana, il-Kalkara, il-Marsa, u Marsascala.
Hemm ukoll 13 il-proġett li ser isiru f’iżjed minn lokalita’waħda ma’ Malta u Għawdex u hemm 31 il-proġett li l-lokalita’ fejn ser isiru għadha trid tiġi kkonfermata. Hemm ukoll 3 proġetti li ma huma se jsiru fl-ebda lokalita' speċifika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li ntlaqtu nies minn Valletta 2018 matul l-2016 u kemm hu pproġettat li jintlaħqu matul l-2017 u fis-sena proprja (2018) meta se nkunu qegħdin niċċelebraw il-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea għall-Kultura? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-attivitajiet bl-akbar attendenzi? Il-Fondazzjoni responsabbli kif qiegħda twassal bl-aħjar mod il-messaġġ u tikkomunika man-nies kif se jintlaqtu bl-attivitajiet varji?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li matul l-2016 huwa stmat li ntlaħqu madwar 175,000 persuna permezz tal-attivitajiet relatati mal-Valletta 2018.
Huwa pproġettat li fl-2017 ser jintlaħqu 350,000 persuna u 'l fuq minn miljun persuna fl-2018.
L-attivitajiet bl-ikbar udjenza jinkludu l-Valletta Pageant of the Seas, u l-Valletta Green Festival, kif ukoll festivals u attivitajiet oħra li jsiru fi spazju pubbliku. Huwa mistenni li fost l-avvenimenti bl-akbar attendenzi matul l-2018 ser ikun hemm iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Valletta 2018 (li ser issir fl-20 ta' Jannar 2018), u t-tieni edizzjoni tal-Valletta Pageant of the Seas.
Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tu¿a numru ta' mezzi sabiex twassal il-messaġġ tagħha, fosthom mezzi tal-midja tradizzjonali (primarjament it-televiżjoni, r-radju u artikli f'gazzetti lokali) u midja soċjali (inkluż Facebook, Twitter u Instagram). Il-Valletta 2018 wkoll iżżomm kuntatt ma kunsilli lokali, għaqdiet komunitarji u residenti permezz tas-sitt koordinaturi reġjonali li jaħdmu fil-qrib mar-reġjuni differenti ta' Malta u Għawdex.
Ftit tal-ġranet ilu, il-Valletta 2018 ħabbret il-programm kulturali tal-2018, li permezz tiegħu il-Fondazzjoni Valletta 2018 issa tista twassal dettalji tal-proġetti u attivitajiet kollha li ser isiru matul l-2018. Dan il-programm huwa aċċessibli wkoll permezz tal-mobile app uffiċjali tal-Valletta 2018.
Jista’ l-Ministru jgħid kif jaħseb li nbidlet il-perċezzjoni tal-Belt Valletta fl-aħħar erba’ snin f’għajnejn il-Beltin stess u l-Maltin oħrajn? Kif qed jintlaqtu n-nies tal-Belt fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom? X’inhuma l-affarijiet li l-aktar ibbenefikaw minnhom u fejn hemm lok għal aktar ħidma?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li mir-riċerka li wettqet il-Fondazzjoni Valletta 2018 matul dawn l-aħħar snin (b'mod partikolari il-Valletta Participation Survey, li huwa survey li jinħadem b'kollaborazzjoni mal-NSO) turi li l-perċezzjoni tal-Belta Valletta qed titjieb bil-kbir hekk kif nersqu għall-2018. Fost sejbiet oħrajn, din ir-riċerka turi li:
- 59.2% jaqblu ("agree mostly" jew "agree very much") li l-Belt Valletta hija belt attiva u mimlija ħajja (żieda ta' 4% fuq is-sena ta' qabel, u ta' 11% mill-2014).
- 58.3% jaqblu ("agree mostly" jew "agree very much") li l-Belt Valletta hija ċentru tal-kreattività (żieda ta' 10% fuq is-sena ta'
qabel).
- 52.2% jaqblu ("agree mostly" jew "agree very much") li l-Belt Valletta tipprovdi kwalità tal-ħajja għolja (żieda ta' 12$ fuq is-sena ta' qabel u 20% fuq l-2014).
- 81.4% jaqblu ("agree mostly" jew "agree very much") li l-Belt Valletta toffri diversità kulturali (żieda ta' 5% fuq is-sena ta'
qabel).
- 86% jaqblu ("agree mostly" jew "agree very much") li l-Belt Valletta qed tinbidel għall-aħjar.
- 86.5% tar-residenti Beltin huma kburin bil-Valletta 2018.
- 89% tar-residenti Beltin jaqblu li l-Valletta 2018 hija opportunità
għal Malta
Din ir-riċerka turi wkoll li l-bidliet li qed isiru ġewwa l-Belt Valletta għandhom effett posittiv fuq varji aspetti tal-ħajja, fosthom il-kreattivita', il-viżibilita' internazzjonali tal-Belt Valletta, it-turiżmu, u l-intrapriża fil-Belt.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet azzjonijiet ta’ infurzar matul l-ewwel sitt (6) xhur tas-sena 2017 u fiex kienu jikkonsistu dawn l-azzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika eżatt għal liema tip ta’ azzjonijiet ta’ infurzar qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm hits fuq il-portal il-ġdid tal-Awtorità tal-Ippjanar fl-ewwel ġimgħa li kien imniedi dan il-portal?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1290, skont is-sistema tal-Awtorità tal-Ippjanar kien hemm erbgħin elf ħames mija u ħamsa u għoxrin hit (40,525) fuq il-websajt il-ġdida tal-istess Awtorità fl-ewwel ġimgħa minn meta ħarġet uffiċjalment għall-użu tal-pubbliku.
Din l-informazzjoni nġabret fuq kemm il-IP Address differenti, estern mill-Awtorità, aċċessa din il-websajt bejn l-24/7/2017 u t-30/7/17 f-intervalli ta’ nofs siegħa b’tali mod li jekk l-istess IP Address aċċessa l-websajt għal aktar minn darba, dan ġie ripetut jekk f’ intervalli differenti u mhux ikkalkulat jekk fl-istess intervall ta’ nofs siegħa.
Tista’ l-Ministru tgħid fl-aħħar erba’ snin (2013-2017) kemm ġew implimentati proġetti b’fondi Ewropej f’kull wieħed minn dawn l-oqsma:
a) saħħa;
b) edukazzjoni u xogħol;
c) turiżmu;
d) inklużjoni soċjali;
e) sigurtà nazzjonali;
f) kultura u restawr;
g) trasport;
h) żgħażagħ;
i) agrikoltura, biedja u sajd;
j) ambjent;
k) enerġija u ilma; u
l) riċerka u innovazzjoni
Tista’ tgħid kemm kien jammonta l-valur ta’ dawn il-fondi Ewropej f’kull qasam? Tista’ tagħti lista ta’ liema kienu dawn il-proġetti, mil-liema settur ta’ fondi Ewropej u kemm minnhom għandhom rabta ma’ Għawdex? Liema huma l-fondi li qegħdin jibbenefikaw minnhom nies li huma fir-riskju tal-faqar?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-listi ta’ proġetti implimentati matul il-Programming Period 2007/2013. Il-maġġoranza ta’ l-ispiza ġiet ffinalizata bejn l-2013 u l-2015.
Nsemmi wkoll li n-nefqa f’Fondi Ewropej għall-Programming Period 2007/2013 taħt il-Fond Agrikolu Ewropew w skemi oħrajn għall-bdiewa kienet tammonta għal €77,653,355 filwaqt li n-nefqa f’Fondi Ewropej taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd għall- Programming Period 2007/2013 kienet ta’ €8,372,329.
Infurmata wkoll li l-ammont nvestit direttament għall-benefiċċju t’Għawdex taħt il-Programming Period 2007/2013 kien ta’ €95 miljun, jiġifieri ħdax fil-mija tal-allokazzjoni globali ta’ Programm Operattiv I u Programme Operattiv II.
Taħt il-Programm Operattiv II tal-Programming Period 2007/2013 ittieħdu zewġ mizuri partikolari biex jiġu ndirizzati dawk in-nies li kienu f’riskju ta’ faqar. Dawn il-mizuri huma l-Garanzija għaz-zgħazagħ (nefqa kienet tammonta għal €3,068,801.69) kif ukoll l-proġett Leap (nefqa kienet tammonta għal €2,222,483.32)
Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew – Xogħlijiet tal-MITA
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kien l-involviment tal-aġenzija MITA fix-xogħol u l-proġetti li saru matul is-sitt xhur tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lil Onor. Interpellant lil-MITA ġiet fdata bit-tmexxija ta’ programm estensiv tat-teknoloġija tal-informatika, li kien jikkonsisti f’diversi inizjattivi, proġetti u servizzi bil-għan li jipprovdu soluzzjoni komprensiva u kompluta, skont il-bżonnijiet tal-Presidenza Maltija.
Il-MITA pprovdiet servizzi ta’ project management, servizzi ta’ konsulenza speċjalizzata u servizzi ta’ mmaniġġar ta’ kuntratti relatati ma’ networks, servizzi tat-telefon, stampar u soluzzjoni CCTV, proviżjoni tas-servizzi tal-internet, internet bandwidth, soluzzjoni IPTV, soluzzjoni għal video conferencing, proviżjoni ta’ laptops/tablets u apparat għall-ipproċessar ta’ video u stampi. Servizzi ta’ konsulenza oħrajn li ġew ipprovduti kien jinkludu valutazzjoni u proviżjoni ta’ wireless internet f’siti barra mill-Palazz tal-Granmastru, websites u app uffiċjali tal-Presidenza, servizzi għas-sigurtà tal-informatika u soluzzjoni għall-akkreditazzjoni.
Il-MITA mmaniġġjat, ikkordinat u pprovdiet infrastruttura ta’ network u anke wireless madwar il-Palazz tal-Granmastru fil-Belt li kien imfassal apposta għall-ġurnalisti, delegati u t- team tal-Presidenza. Ħadet ukoll ħsieb li jsir tiġdid fit-teknoloġija użata f’Dar Malta fi Brussell, intenzjonata biex tkabbar il-kapaċità tal-ICT minħabba ż-żieda fil-produttività li kien hemm bżonn matul il-Presidenza Maltija.
Matul is-sitt xhur tal-Presidenza Maltija, il-MITA pprovdiet appoġġ tekniku u servizzi ta’ monitoraġġ biex tiżgura eżekuzzjoni bla problemi tal-laqgħat informali. Is-servizzi ta’ appoġġ ġew ipprovduti minn team iddedikat li kien jopera mill-Palazz u li kien responsabbli mill-appoġġ tekniku ta’ kuljum u l-manutenzjoni tal-infrastruttura u s-servizzi tal-ICT. Team speċjalizzat ta’ impjegati li pprovdew desktop support li assistew lid-delegati u lill-ġurnalisti fl-użu tas-servizzi tal-ICT li kien disponibbli matul il-laqgħat. Il-monitoraġġ tas-servizzi u tal-apparat tal-ICT sar fuq bażi 24x7 matul is-sitt xhur mid-Data Centre tal-MITA.
Aktar minn hekk, proġetti oħrajn li saru matul dan il-perjodu u li kienu relatati mal-Presidenza Maltija kienu jinkludu l-Malta Summit fi Frar tal-2017 u l-Malta Digital Assembly 2017 li sar f’Ġunju.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi proġetti saru fis-snin 2016 u 2017 permezz tal-MITA Innovation Hub? Kemm-il startup applikaw u x’kien l-ammont ta’ grants li dawn ibbenefikaw minnhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lil Onor. Interpellant li bejn l 2016 u l 2017 l-MITA Innovation Hub ħarġet tliet startup programmes. Dettalji tat-tliet programmi jinsabu fit-tabella hawn taht:
ProgettData tas-sejħaApplikantiApplikanti magħżulaValur ta' kull grant moghti lil kull startupTotal ammont allokat għal kull grant
StartApp2.012 /03 201683€22,000€66,000
YouStartIT8 /10/ 2016195€22,000€110,00
YouStartIT#219 /05/ 2017176€22,000€132,000
Total €308,000
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ kotba li nxtraw għal-libreriji tal-iskejjel fl-2016 u kemm kienet in-nefqa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2016, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol bis-saħħa tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u f’kollaborazzjoni mal-iskejjel fl-għaxar kulleġġi tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni qassam madwar 50,000 ktieb fil-libreriji tal-iskejjel primarji, medji u sekondarji, u nefaq mat-€340,000 fix-xiri ta’ dawn il-kotba. Mal-34,000 ktieb tqassmu lil-libreriji tal-klassijiet tal-ewwel, it-tieni u t-tielet sena bħala parti mill-programm ‘Aqra Kemm Tiflaħ’ tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u 16,000 ktieb ieħor inxtraw u tpoġġew fil-libreriji tal-iskejjel mit-Taqsima tal-Libreriji tal-Iskejjel tal-Aġenzija u mill-iskejjel.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-programm edukattiv Gem 16+ fis-sena li għaddiet u x’hemm ippjanat għal din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika 2016-17, il-Programm Gem 16+ kien ibbażat fuq korsijiet ta’ riparatorju intensivi fil-Malti, Ingliż, Matematika u Fiżika li jwasslu sal-livell tas-SEC. Barra dawn is-suġġetti ġie mgħallem l-ECDL u ngħataw sessjonijiet tal-Edukazzjoni Fiżika u PSCD. Tħaddmet struttura ta’ assessjar kontinwu li ffokat fuq assessjar formattiv u dak sammattiv. Saret ukoll kollaborazzjoni mal-MCAST u l-ITS fejn jidħol rikonoxximent ta’ kwalifiki miksuba u, bħal kull istituzzjoni edukattiva oħra, f’GEM 16+ saru diversi attivitajiet kross-tematiċi/kurrikulari. Matul is-sena li għaddiet saret ukoll evalwazzjoni esterna ta’ dan il-Programm, liema analiżi qiegħda tiġi diskussa bħalissa.
Għal din is-sena qed ikomplu d-diskussjonijiet ma’ istituzzjonijiet edukattivi bħall-MCAST u l-ITS, u mal-uffiċjali mill-qasam tal-industrija fosthom il-GRTU sabiex jitkabbru l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ f’oqsma ta’ xogħlijiet relevanti għalihom apparti l-linja akkademika li jirċievu.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet infrastrutturali li saru, jew se jsiru, fl-MCAST matul is-sena akkademika li għaddiet u għall-2017/18?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li x-xogħlijiet infrastrutturali li saru fl-MCAST matul is-sena akkademika li għaddiet huma kif se nsemmi:
· Tisħiħ tas-sistema tat-telefonija
· Tisħiħ tas-sistema tan-
network
u
fibre optic
· Estensjoni tas-sistema
CCTV
· Estensjoni tas-sistema tal-
Fire Detection
· Installazjoni ta’
gates u barriers
biex jikkontrollaw it-traffiku
· Bdil u tiswija ta’ soqfa fil-parti antika tal-kampus
· Bini ta’ rampi u turġien għal aċċess aħjar
· Qsim ta’ uffiċċji u klassijiet
· Bini ta’ klassi/sala għall-kors tal-ġurnaliżmu
· Bdil ta’ madum u rħam
· Ċaqlieq ta’ servizzi ta’ drenaġġ u elettriku biex ikun jista’ jitkompla l-
masterplan
· Skavar għall-binja IET
· Bidu ta’ kostruzzjoni binja IET
Infurmat ukoll li x-xogħlijiet infrastrutturali li mistennija jsiru fl-MCAST fis-sena akkademika 2017/2018 huma dawn:
· Titlesta l-binja IET
· Bidu tal-kostruzzjoni binja MRC
· Twaqqiegħ ta’ binja biex jagħmel post għall-binja IICT
· Skavar u bini ta’
culvert
għas-servizzi (elettriku,
network
,
telefonija)
· Skavar għall-binja IICT
· Bidu ta’ kostruzzjoni binja IICT
Università ta’ Malta – xogħlijiet infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet infrastrutturali li saru, jew se jsiru, fl-Università ta’ Malta matul is-sena akkademika li għaddiet u għall-2017/18?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena akkademika 2016/2017, ix-xogħlijiet elenkati hawn taħt, tlestew, jew huma works in progress:
· Tlestija tax-xogħol ta' restawr fil-laboratorji tal-kimika tal-Junior College.
· Tlesta restawr totali tar-raba' sular tal-Junior College.
· Bdil tal-lifts tal-Junior College. Lift minnhom ġie mibdul filwaqt li qed isir ix-xogħol biex jinbidel it-tieni lift.
· Xogħol ta' kostruzzjoni fil-laboratorji tal-Engineering Materials
huma
works in progress,
u huwa mistenni li
finishing works
u xogħlijiet elettrriċi/mekkaniċi jibdew u jitlestew fl-2018.
· Tlesta restawr totali tal-Lecture Theatres u l-Lecture rooms tal-Lecture Centre building.
· Dalwaqt se jitlestew xogħlijiet ċivili li jipprovdu rampi ta' aċċessibbiltà fil-bini tal-Biomedical Sciences.
· Tlesta restawr totali tal-University Valletta Campus Theatre.
· B'kollaborazzjoni mal-Government Restoration Unit, qed isir xogħol ta' restawr fuq il-faċċati interni tal-bitħa u l-faċċati esterni tal-University Valletta Campus.
Infurmat ukoll li matul is-sena akkademika 2017/18, ħa jitkomplew dawn ix-xogħlijiet u jibdew proġetti oħrajn:
· Tlestija tal-laboratorji tal-Engineering Materials.
· Bidu u tkomplija fuq it-
TRAKE building project
. Dan jiddependi mill-approvazzjoni tal-fondi tal-ERDF.
· Bidu u tkomplija fuq is-
Sustainable Living Complex building
. Dan jiddependi mill- approvazzjoni tal-fondi tal-ERDF.
· Bidu u tkomplija fuq l-estensjoni tal-bini tal-Matematika u Fiżika.
· Bidu u progress fuq l-iSports Facilities Regeneration project.
· Bdil tal-lift tal-bini tal-Inġinerija.
· Bidu u tlestija tax-xogħol ta' restawr fil-laboratorji tal-fiżika tal-Junior College.
· Bidu u tkomplija tal-University Residences Project. Dan huwa proġett konġunt bejn l-Università u żviluppatur privat fuq bażi ta' PPP.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet taħt l-Iskema Irrestawra Darek imnedija mill-Awtorità tal-Ippjanar u minn liema lokalitajiet kienu l-applikazzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Għall-Iskema Irrestawra Darek imnedija mill-Awtorità tal-Ippjanar kien hemm 884 applikazzjoni li minnhom 830 applikazzjonijiet kienu validi. Aktar informazzjoni tinsab fuq id-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tal-Ippjanar – family friendly measures għall-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-
policy
tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar
family friendly measures
għall-ħaddiema?
Response (BORG, IAN)
Ninfurma lil Onor. Interpellant li l-Awtorita' tal-Ippjanar għandha diversi family friendly measures. Dawn jinkludu:
· leave specjali bi ħlas bħal leave tal-maternita’ u leave għall-addozzjoni, u leave specjali bla ħlas bħal parental leave, career break leave, u responsibility leave, biex jgħin lill-impjegati jieħdu ħsieb uliedhom li jkun għadhom f’eta' żgħira;
· il-faċilita' ta’ reduced hours li permezz tagħha l-impjegati jkunu jistgħu jaħdmu ħinijiet imnaqqsa, biex ikunu jistgħu ilaħħqu aħjar mal-familja;
· il-faċilita' ta’ teleworking li permezz tagħha l-impjegati jkunu jistgħu jrabbu lil uliedhom jew jieħdu ħsieb lill-ġenituri anzjani tagħhom;
· sistema ta' child care reimbursement għal dawk l-impjegati li jkollhom tfal taħt l-eta' ta' tlett snin, u ġenitur wieħed biss ikun qed jaħdem.
Prosekuzzjonijiet li qed jitmexxew mill-Avukati tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm prosekuzzjonijiet qed jitmexxew mill-avukati tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, minflok mill-Pulizija? X’benefiċċji qed tħalli din il-proċedura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-avukati mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ilhom jassistu fil-prosekuzzjoni f’ kawżi tat-traffiku quddiem il-Qorti tal-Maġistrati sa mill-4 t’Ottubru 2016.
Is-seduti jsiru kull nhar ta’ Tlieta u Avukat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali dejjem ikun preżenti għal dawn is-seduti.
Matul kull seduta jsir is-smiegħ ta’ bejn 40 u 60 kawża u b’kollox bejn l-4 t’Ottubru 2016 u l-11 ta’ Lulju 2017 saru 30 seduta.
Dan il-proġett joffri l-vantaġġ illi jsaħħaħ il-prosekuzzjoni, jipprepara lill-Avukati fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali aħjar għall-prosekuzzjonijiet u jħejji t-triq biex aktar prosekuzzjonijiet quddiem il- Qorti tal-Maġistrati jsiru mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
Il-proġett huwa fil-fatt maħsub li jiġi estiż dalwaqt għal ċerti kumpilazzjonijiet speċjalment għal dawk dwar reati iżjed gravi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri elettroniċi ttieħdu matul din is-sena fil-Qorti u l-benefiċċji li dawn qed iħallu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li il-miżuri elettroniċi li ttieħdu matul din is-sena u l-benefiċi li dawn qed iħallu huma s-segwenti:
Prezentati b’mod elettroniku ta kawżi quddiem il-Qorti tal-Maġistrati – Sede Ċivili – Kawżi ċivili quddiem il-Qorti tal-Maġistrati issa jistgħu jiġu preżentati online mill-Kommunita Legali.
Titjib fil-programm taċ-Ċedoli ta' Depożitu fil-Qrati –
Iċ-Ċedoli ser jibdew jiġu reġistrati wkoll bin-numru tal-ID Card b'hekk tkun faċilitata t-tfittxija għalihom, kif ukoll digrieti jiġu reġistrati u mibgħuta b'email lill-Avukati.
Titjib fil-programm tas-Subbasti –
Kull parti fis-subbasta ser tibda tiddaħħal biex jagħmel it-tfittxija aħjar. Id-Digrieti tal-Qorti ser jibdew jiġu reġistrati fis-sistema u jintbgħatu lill-Avukati.
Introduzzjoni tal-Mobile App li permezz tagħha wieħed jirċievi notifikazzjoni dwar id-data tas-seduta tal-kawżi tiegħu –
Kull parti fil-kawża tista’ tirreġistra u tirċievi avviż tas-smiegħ b’sms ftit jiem qabel is-smiegħ tal-kawża.
Multi pendenti nkorporati mac-certifikat tal-kondotta –
L-uffiċju tal-kondotti ngħatalhom aċċess għal program tal-multi sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw jekk multa hiex imħallsa jew le. B’hekk iċ-ċittadin ma jkollux għalfejn jintbagħat il-Qorti għal verifika jekk multa tkunx ġiet imħallsa jew le.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien ix-xogħol infrastrutturali li sar s’issa fil-Qorti biex tiżdied il-kumdità fil-ħidma u jittejjeb is-servizz għal min jeħtieġu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ix-xogħol infrastrutturali li sar s’issa fil-Qorti biex tiżdied il-kumdità fil-ħidma u jittejjeb is-servizz għal min jeħtieġu kien dan:-
2013
Sistema ta’ Video Link ġdida f’Awla 10 – Ġie installat apparat għal video link ġdida f’Awla 10, fejn jinstemgħu l-minuri.
Sar refurbishment fuq il-Generator tal-Qorti għal spiża totali ta €25,988 li kienet maqsuma fi €17,458 spare parts u xogħol u €8,590 għal kiri ta’ Generator.
Sar refurbishment tat-toilets tal-irġiel, fi tieni sular, fejn inbidlu l-madum u l-aċċessorji kollha u s-sistema tal-eletriku kollu għal spiża ta’€15,209,58.
Ġiet installata X-Ray machine fil-Qorti tal-Familja li swiet €32,974.00.
2014
Saru tiswijiet neċessarji fuq l-X-ray Machine l-qadima biex b’hekk għall-ewwel darba l-Qorti għandu żewġ X-Ray Machines fl-intrata prinċipali u oħra fil-Qorti tal-Familja.
Sar refurbishment fuq it-toilets pubblici tan-nisa u dawk tal-ġurati annessi ma Awla 22.
Uffiċċji ġodda għall-Membri tal-Ġudikatura – Binja San Tumas More. Binja li tikkonsisti f’43 kamra li jinkludu uffiċċji għal 18 l-iImħallef u l-istaff tagħhom u l-uffiċċju l-ġdid u l-librerija tal-Prim Imħallef. L-ispiża totali ta’ €1,710,722 li hi maqsuma fi spiza ta’ €1,581,592 f-kostruzzjoni, restawr, electrical u mechanical installation u spiża ta’ €129,130 f’għamara.
2015
Entratura Prinċipali tal-Qorti - Ġew restawrati l-bażijiet tal-kolonni tal-entratura prinċipali tal-Qorti. Saru tiswijiet neċessarji fuq l-irħam tat-turġien u rħam ieħor li hemm f’din l-entratura fi Triq ir-Repubblika.
Saret strong room ġdida u aktar spazzjuża għall-esebiti tas-sezzjoni Kriminali li ġiet tiswa €8,588,10.
2016
Entratura ta’ Sigurtà Triq Santa Luċija – Proġett biex tissaħħaħ is-sigurta fl-entratura li tintuża mill-avukati. Spiża totali ta €111,038 li hi maqsuma fi spiża ta’ €72,752 f-kostruzzjoni, electrical u mechanical installation, €6,400 Walkthrough Metal Detector u spiża ta’ €31,886 f’ Luggage X-Ray Machine.
Pont Intern bejn it-tieni u t-tielet sular - Sabiex jipprovdi aċċessibilita’ permezz tal-lift għat-tielet sular u fl-istess waqt iservi bħala wainting area għaż-żewġ Awli ġodda li se jinbnew f’dan is-sular. I-ispiża fuq dan il-proġett kienet ta’ €64,170.
Pont li jgħaqqad il-bini prinċipali tal-Qorti mal-binja l-ġdida 'Binja San Tumas Moore' li fiha hemm l-uffiċini tal-Imħallfin. Dan il-pont iservi prinċipalment sabiex jitnaqqas l-iskariġġ u l-iskomdu ta ġarr ta proċessi bejn il-binja l-ġdida fi Strada Stretta u l-qorti prinċipali kemm tal-Imħallfin u l-istaff tagħhom. Hemm ukoll l-element ta sigurta għal Ġudikanti li ma jkollhomx għalfejn joħorgu barra sabiex imorru mill uffiċċju tagħhom għall-Awla u viċi versa.
Installazzjoni ta’ apparat aktar state of the art ta’ Portable Video Conference biex tittieħed xhieda ta’ tobba u persuni oħra li jkun aktar ta benefiċċju għal kulħadd li jixhdu mill-post tax-xogħol tagħhom u b’hekk jitnaqqas l-iskariġġ u l-inkonvenjenza żejda.
Arkivju ġdid Crown Works Ditch Floriana – Inbena arkivju ġdid ta madwar 300 metru kwadru. Dan l-arkivju ġie attrezzat b’2,160 metru ta’ xkaffar. Madwar 45% ta dan l-arkivju ġew użati billi ġew trasferiti 1,640 kaxxi tal-proċessi u 10,100 volumi mill-Arkivju Ċivili tal-qorti. Bl-ispazju li ntrebaħ bit-trasferiment ta dawn il-volumi u proċessi inbnew training room u librerija ġodda.
Issaqqaf kuritur bejn it-tieni u t-Tielet Sular – Dan il-proġett sar sabiex inħolqot waiting area għal żewġ Awli ġodda li se jsiru flok it-training room u l-librerija. Sa dan it-tant inbnew training room u l-librerija ġodda f’post ieħor ġewwa l-Qorti.
Secure Exhibits Strong Room ġdida għat-taqsima Kriminal, fejn jinzammu l-esebiti ta’ ċertu portata u ta’ valur.
2017
Awla Ġdida – flok l-Ex uffiċċju tal-Prim Imħallef fit-tieni sular li swiet €95,000. B’hekk hemm aktar faċilita biex il-Ġudikanti jżommu aktar seduti. In-numri ta’ Awli minn erbgħa u għoxrin (24) tela għal ħamsa u għoxrin (25).
Sala tat-Taħriġ u Librerija – Dawn swew €134,900. Is-sala tat-taħriġ ġiet armata b’apparat ta Video Conferencing u overhead projector.
Xogħol ieħor li ser jitlesta matul din is-sena:
Bħalissa qed jinbena Reġistru ġdid fir-raba’ sular tal-Qorti tal-Familja li se jiswa €64,029.
Fi ftit żmien se jibda xogħol fuq żewġ Awli ġodda li se jinbnew flok is-Sala tat-Taħriġ u
l-Librerija l-antika li se jiġu jiswew €166,884
Se jinbidel ukol il-lift prinċipali tal-Qorti għal spiża ta’ €92,632.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ta’ simplifikazzjoni ttieħdu fil-qasam tal-ġustizzja biex dejjem tiġi mnaqqsa l-burokrazija?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Miżuri ta simplifikazzjoni li ttieħdu fil-qasam tal-Ġustizzja sabiex titnaqqas il-burokrazija huma diversi, kollha bil-għan li jingħata servizz aħjar liċ-ċittadin u jiffaċilitaw ħafna proċessi. Dawn il-miżuri huma is-segwenti:
Min naħa tad-Dipartiment tal-Ġustizzja insibu dawn il-Miżuri:
• Avukati li jaħdmu fil-Kumpaniji tas-Servizzi Finanzjarji jagħtu ġuramenti huma stess u m’hemmx għafejn imorru għand nutar barra l-uffiċċju;
• L-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet minn avukati barranin sabiex jirreġistraw f’Malta għall-prattika tal-professjoni qed isir kollu b’mod elettroniku
Miżuri li saru min-naħa tal-Qrati tal-Ġustizzja
• SMS lill-partijiet dwar differimenti ta' kawzi - Ġiet introdotta sistema li permezz tagħha l-partijiet f'kawża jiġu nfurmati b'sms kull meta l-kawża tagħhom tkun differita . Din is-sistema tinformahom ukoll bid-data tad-differiment.
• Artikolu 23D tal- Kap 9 tal-Ligijiet ta’ Malta - Dan l-Artikolu daħal fis-seħħ bl-għan li jiffaċilita’ t-tlestija tar-rapport tal-iffriżar tal-assi. Dan ir-rapport kien qabel jiġi imħejji minn diversi avukati mqabbda mill-qrati. Saret emenda fil-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta sabiex dan ir-rapport jiġi preparat mir-reġistratur tal-Qrati.
• Artikolu 392A (5) tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta - Dan l-Artikolu huwa mezz sabiex l-imputat flimkien mal-Avukat Ġenerali jilħaq ftehim għal sanzjoni adegwata għalih jekk jiġi biex jammetti l-akkużi miġjuba fil-konfronti tiegħu. Dan sabiex il-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali tapplika s-sanzjoni li jkunu ftehmu fuqha.
• Twaqqif ta' Sezzjoni - Court Customer Relations – B’din l-inizzjativa ġew appuntati tlett Court Customer Relations Assistants. Kull min jidħol il-Qorti l-llum isib lill dawn l-uffiċjali fl-intrata tal-Qorti li jieħdu ħsieb li jirrispondu mistoqsijiet u diffikultajiet u jipprovdu informazzjoni u direzzjoni lil klijenti fuq servizzi offruti mid-Direttorati tal-Qrati.
• Prezentata tal-Atti tista' ssir kemm fir-Registru ta' Malta u kemm f'dak t'Għawdex irrispettivament fejn qed tinstema' l-kawza – Din il-faċilita tippermetti li persuna li jkollha kawża Ċivili Għawdex tista' faċilment tippreżenta l-kawża u kwalnukwe att ieħor relatat magħha fir-Reġistru ta' Malta mingħajr l-inkonvenjent li trid tmur Għawdex u viċe versa. Għal dan l-iskop saru emendi legali permezz tal-Att VII tal-2014. Din ġiet estiza anke għar-rapport peritali fejn qed jiġu maħlufa rapporti minn periti hawn Malta f'kawża li tkun qed tinstema' Għawdex u viċe versa.
• E-mails lill-avukati dwar digriet in camera – L-emails kollha li jingħataw in camera bdew jintabgħatu lil avukat awtomatikament mis-sistema tal-LECAM.
• Użu tal-Awli - Is-sistema tal-użu tal-awli kienet tintuża mid-Deputati tar-reġistru biss sabiex jassenjaw l-awla li fiha ikun ser jaħdem il-maġistrat jew l-imħallef fil-ġurnata li hija skedata s-seduta. B’din l-inizjattiva d-deputati kollha tal-maġistrati u imħallfin ingħataw aċċess għal din is-sistema. L-għan ta’ dan it-tibdil kien sabiex is-seduti li huma ippjanati jidħlu fis-sistema mal-ewwel u l-pubbliku jkun jista’ jikkonferma jekk effettivament għandux seduta f’ġurnata partikolari billi jidħol fis-sit tal-ġustizzja mill-kumdita’ ta’ daru.
• E-mails lill-avukati u Prokuratur Legali dwar rizultat ta' notifika - Ġie introdott servizz ġdid fejn bih l-avukati u l-prokuraturi legali jiġu nfurmati permezz ta' email jekk att ġudizzjarju ġiex notifikat jew le.
• Traskrizzjonijiet ta’ xhieda u digrieti - Inbdiet sistema ġdida fil-Case Management system sabiex l-avukati jiġu moqdija mill-aktar fis possibbli fejn jidħlu xhieda li ngħataw tul proċeduri kriminali. Is-sistema qabel kienet li wara s-seduta jew meta l-kawża tkun waslet għat-trattazzjoni finali, ssir kopja tax-xhieda u tinġabar mill-avukat tal-imputat/a jew tal-parti ċivile. B’din l-inizzjativa meta x-xhieda tiġi traskritta din tintbgħat permezz tal-posta elettronika lil avukati fil-kawża. B’din is-sistema jitnaqqsu traġitti żejda lil avukati sas-sigrieta tal-maġistrat għal kopji neċessarji u permezz ta’ din il-proċedura l-avukati jkunu jistgħu jibnu l-proċess mill-kumdita’ tal-uffiċċju tagħhom bil-mod il-mod. Din is-sistema qed tintuża kemm għad-digrieti u kif wkoll għax-xhieda mogħtija fil-kumpilazzjonijiet.
• Artikolu 392B tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta- Ammissjoni ta’ Ħtija - L-għan ta’ dan l-artikolu huwa li fejn ikun hemm ammissjoni bikrija mill-imputat għall-akkużi li huma soġġett għal piena ta’ aktar minn għaxar snin minflok ma jgħaddu minn snin ta’ ġbir ta’ provi quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti Istruttorja, l-kawża tintbgħat għand l-Avukat Ġenerali b’notifika lir-Reġistratur tal-Qorti sabiex din il-kawża tiġi appuntata għas-smiegħ mill-Qorti Kriminali fi żmien xahrejn minn mindu tirċievi n-notifika mill-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti Istruttorja.
• Metodu ġdid ta' kif qed jiġu ntaxxati l-aġġudikaturi tat-Tribunal Għal Talbiet Żgħar fejn qed jitħallsu per terminated case u mhux per sitting. - Ħarget Legal Notice 295 tal-2014, fejn irregolat il-ħlas tal-aġġudikaturi tat-Tribunal Għal Talbiet ¯għar fejn dawn qed jitħallsu għal kull kawża magħluqa u mhux għal kull seduta li jagħmlu. B'hekk hemm l-inċentiva li l-kawżi jiġu terminati malajr u mingħajr dewmien
• Simplifikazzjoni ta' kif jiġu nominati il-Kuraturi - Il-mod ta' kif jiġu nominati l-kuraturi deputati sar aktar trasparenti u dan billi meta jidħol rikors biex jiġu nominati kuraturi deputati, dawn jiġu nominati skont l-elenku mill-ewwel skont id-data tal-prezentata u cash number (meta jkun hemm aktar minn rikors wieħed) u mhux skont id-data tad-digriet finali tal-Imħallef/Maġistrat. B'hekk kull avukat u prokuratur legali imniżżel fl-elenku ikun jaf minn qabel għal liema atti ha jkun nominat bħala kuratur deputat. Din l-proċedura tassikura trasparenza fl-għażla tal-kuraturi.
• Lecam on-line ghal professjoni legali - Acts Module (l-Ewwel Fazi)- Permezz ta’ din l-inizjattiva l-Professjoni Legali jkollha aċċess għall-kull att li jidħol il-Qorti. B'hekk min-naħa tal-amministrazzjoni tal-Qorti sar eżerċizzju fejn l-atti kollha meta jiġu preżentati jiġu linked mal-kawza rispettiva.
• Lecam on-line għal professjoni legali - Warrants Module (It-Tieni Fazi) - Ġiet fis-seħħ il-Lecam Online għal dak li jirrigwarda l-mandati. Ġiet offruta lill-Professjoni Legali, jiġifieri għal Avukati, Prokuraturi Legali u Nutara Pubblici. B'dan il-mod kull klijent li jmur fl-uffiċċju tal-avukat tiegħu jkun jista' jiġi aġġornat dwar il-mandati dak il-ħin stess.
• Emails lill-Avukat u Prokuraturi Legali dwar digrieti fl-atti tal-mandati kollha u mhux fil-Mandat t'Inibizzjoni biss – Bdew jintbagħtu d-digrieti tal-Qorti lill-Avukati u lill-Prokuraturi Legali tal-partijiet. Dan kien possibbli wara li sar eżercizzju estensiv fejn ġew iċċekjati l-kawżi kollha biex jiddaħħlu l-avukati u l-prokuraturi legali fis-sitema tal-Lecam biex b'hekk ikunu jistgħu jirċievu d-digrieti mill-ewwel b'email.
• Proġett Pilota – Notifiki fil-kawżi sommarji. L-għan ta' dan il-proġett huwa li: 1) l-imputati u x-xhieda jkunu notifikati mill-kumpanija privata u mhux mill-Puliżija; 2) li x-xhieda f'kawża ma jiġux il-Qorti għalxejn fil-każ fejn l-imputat ma jkunx notifikat; 3) Id-Deputat Reġistratur ikun jista' jikteb il-verbal fis-sistema provduta mill-kumpanija privata u toħroġ estratt tas-sentenza sabiex l-imputat u l-partijiet jkollhom kopja informali tas-sentenza immedjatament. Bis-saħħa ta' dan il-proġett il-kawżi sommarji qegħdin f'sistema fejn wieħed jista' faċilment jikkonferma x'ġara f'kawża partikolari mingħajr ma jkollu bżonn ifittex fl-arkivju.
• Tkomplija ta' delegazzjoni ta' funzjonijiet tal-Lecam fit-tliet modules oħra - Acts Module, Cedoli Module u Fines Module. Korrezzjonijiet li qabel kienu jsiru mill-MITA issa ser jibdew isiru mill-uffiċċjali tad-Direttorat taċ-Ċivil.
• Ħlas tal-Kawtela - Iċ-ċedola ta' depożitu bdiet timtela mill-attwarji tal-appell fejn kopja taċ-ċedola tinżamm fil-proċess u l-oriġinali timxi għand is-subbasti. Meta l-appellant imur bic-ċedola biex din titħallas il-cash, din timxi max-xogħol għand id-Deputati tar-Reġistru fejn meta jiffirmaw iċ-ċedola jittimbraw li l-appell huwa kawtelat fuq l-appell innifsu. B'hekk il-proċessi tal-appell ma joqgħodux jiġru minn uffiċċju għall-ieħor u ma jkunx hemm il-biża li l-proċess jiġi ttimbrat bħala kawtelat mis-subbasti qabel mal-appellant imur iħallas tali appell u għaldaqstant jista' jagħti l-każ jibqa' sejjer mingħajr ma jħallas. Din l-inizjattiva evitat li l-appellant imur f'erbgħa uffiċċji differenti biex iħallas il-kawtela.
• Lecam online phase 3 - Case Management online għal professjoni legali – B’din l-inizjattiva ta' Lecam Online il-Professjoni Legali jkollha aċċess għall-kull kaz li jidħol il-Qorti komodament mill-uffiċċju tagħhom
• Direttorju Ġenerali tat-telefon tal-Qrati tal-Ġustizzja -Direttorju Ġenerali tan-numri tat-telefon tal-Qrati tal-Ġustizzja ġie aġġornat b’lista ta’ numri ta’ kull sezzjoni fil-Qorti u qed ikun disponibbli fuq il-Website tal-Ġustizzja. B'hekk il-pubbliku jkun jista' jċempel dirett fid-diversi uffiċċji u lid-diversi impjegati tal-Qorti mingħajr ma jkollu bżonn jinqeda bil-linja ġenerali li ħafna drabi tkun okkupata minħabba n-numru kbir ta telefonati li jidħlu kuljum.
• LECAM Judgements apllication. Permezz ta' dan l-enchacement is-sentenzi mogħtija fil-Qrati Maltin ser ikunu aċċessibli għal staff fil-Qorti ta' Ghawdex u sentenzi mogħtija mill-Qorti ta' Għawdex ser ikunu aċċessibli għal staff tal-Qorti ta' Malta.
• Bdejna l-implimentazzjoni tad-delegazzjoni ta' Funzjonijiet tal-Lecam minn fuq il-MITA għal fuq id-Direttorat taċ-Ċivil fil-Case Management Module. - B'hekk issa it-tibdil rikjest f'kawżi li jkunu ngħalqu aktar minn sena ilu; update ta' dettalji ta' kawżi ċivili, u tħassir ta' data dwar seduti li jkun għadu ma sar xejn fihom jibda jsir minn uffiċċjali għolja fid-Direttorat taċ-Ċivil. Din l-inizzjattiva sservi sabiex jitnaqqas il-burokrazija li tinħoloq kull darba li żball żghir fil-case management ikun irid jiġi rranġat.
• Memos lill-istaff il-ġdid – Il -memos l-aktar importanti ġew miġbura u ngħataw lill-impjegati l-ġodda skont il-posizzjoni tagħhom. Din il-ġabra ta’ memos qed tkun tibqa' tiġi aġġornati b’memos ġodda li jinħargu minn żmien għall-ieħor. Din il-ġabra qed tkun ta' għajnuna għall-impjegati kollha meta jiġu biex iwettqu dmirijiet.
• Lecam online phase 4 - Aċċess għall-atti mill-partijiet fil-kawża – B’din l-inizjattiva l-partijiet fil-kawża jistgħu jaraw il-kawża tagħhom online u b'hekk ikunu jistgħu jsegwu aħjar il-kawża tagħhom. L-aċċess għal online case għandu jsir permezz tal-e-id.
• e-Filing fit-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva - sabiex niffaċilitaw il-mod kif talbiet għal reviżjoni ta' deċizjonijiet amministrattivi jiġu mressqa quddiem dan it-Tribunal. Ġiet introdotta sistema fejn tali talbiet jiġu ppreżentati online mill-avukati. Il-ħlas tad-drittijiet ukoll isir online.
• Tneħħija tal-uża tal-e-ID meta wieħed jiffalja b'mod eletroniku Avviż tat-Talba fit-Tribunal Għal Talbiet Zgħar – Ġiet faċilitata l-mod kif talbiet fit-Tribunal Għal Talbiet ¯għar jiġu mressqa quddiem dan it-Tribunal bl-użu tal-informatika.
• Scanning ta' proċessi li jkunu waslu għal ġuri: Proċessi li jkunu intbagħtu mingħand l-Avukat Generali lil Qorti Kriminali sabiex ikunu appuntati għal ġuri ġew'scanned' u kopja tagħhom tingħata fuq CD lil partijiet konċernati b'hekk is-sistema saret aktar effiċjenti u jkun hemm anqas ħela ta' karti.
• Lecam online phase 5 - Faċilita' li l-avukati u prokuraturi legali jkollhom aċċess għal-history tan-notifiki li jkunu rċevew permezz tal-sms's u imejls – Din l-inizzjativa tgħin lill-avukat u lill-prokuratur legali jżomm track tan-notifiki u digrieti li huma llinkjati ma' ismu.
• e-fees - Dan il-proġett jirrigwarda l-intaxxar tal-kawżi. Kull kawża ċivili tiswa ċertu flus li jkunu dovuti lir-Reġistru tal-Qorti kif ukoll lill-Avukati/Prokuraturi Legali li jkunu taw is-servizz tagħhom lill-partijiet fil-kawża. Din is-sistema tat l-opportunita li wieħed ikun jaf kemm tkun qed tiswih il-kawża tiegħu - kemm ikunu qed isiru spejjeż. Dan ifisser minn x'ħin jiġi ppreżentat ir-rikors ġuramentat għal kull att li jidħol waqt il-kawża sa ma tiġi ntaxxata finalment mid-deputat reġistratur. Aħna min-naħa tal-Qorti joħroġ l-avviż għall-ħlas tad-Dritt tar-Reġistru, ukoll minn din is-sistema, u l-persuna tista' tiġi tħallas jew inkella tista' tħallas on-line.
• Applikazzjonijiet online għall-entitajiet li jippreżentaw fir-Reġistru tat-Tribunal għal Talbiet ¯għar. Qed isir titjib fil-mod kif inhi formolata l-formoli elettroniċi sabiex kumpaniji jew entitajiet legali jkunu wkoll jistgħu jippreżentaw onlajn talbiet f'dan it-Tribunal.
• Faċilità lill-avukati u prokuraturi legali fejn ikunu jistgħu jaraw l-atti kollha ppreżentati li huma llinkjati ma' isimhom – Din l-inizzjativa qed tgħin lill-avukati u lill-prokuraturi legali jkunu jafu x'ippreżentaw f'kull kawża li jkollhom u b'hekk ikunu jistgħu jżommu track tal-kawżi u f'hiex ikunu waslu mingħajr m'għandhom għalfejn jiġu r-reġistru jaraw il-file fiżikament li jaf ikun għand l-Imħallef jew Maġistrat u għalhekk ma jkunx aċċessibbli.
• Tagging ta' kawża li avukat jew prokuratur legali jista' jkollu nteress fiha –B’din is-sistema ta' tagging iffacilitat lill-avukat jew prokuratur legali li jekk għandu interess f'kawża jew kawżi partikolari huwa jiġi awtomatikament updated bl-andament ta' dik il-kawża partikolari mingħajr ma' joqgħod iżomm paperwork żejjed u followups żejda.
• Lecam online phase 6 - Tibdil tal-indirizz tal-imejl u numri tal-mowbajl mill-Avukati u Prokuraturi Legali - tingħata l-faċilita lill-avukati u lill-prokuraturi legali li jkunu jistgħu jibdlu n-numru tal-mowbajl u tal-indirizz tal-imejl tagħhom, meta jkun il-każ, u b'hekk ma jkollhomx għalfejn joqgħodu jidħlu l-Qorti u jikkomunikaw mal-iskrivani sabiex isir dan it-tibdil imma jagħmluh komodament mill-uffiċċji tagħhom.
• Scanning ta' Atti Ġudizzjarji ppreżentati fil-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili. Atti ppreżentati fil-Prim Awla jibdew jiġu skanjati sabiex iċ-ċittadin ikollu aċċess għalihom mill-programm MyActs li ġie varat is-sena l-oħra.
• eActs (Ittri Uffiċjali). Il-professjoni legali ser tingħata l-faċilita li jippreżentaw ittri uffiċjali online.
• Apparat ta' Video Conferencing. Ġie installat apparat ta' Video Conferencing f'Awla 14 sabiex ikun possibbli li tittieħed xhieda minn barra minn Malta u ta' individwi li ma jkunux jistgħu jattendu l-Qorti għal diversi raġunijiet. Inxtara wkoll apparat ta' Video Conferencing Portable sabiex ikun jista' jintuża fejn meħtieġ. B'hekk sa fejn hu possibbli s-seduti fil-kawżi jsiru u ma jitwalux bla bżonn minnħabba li xhieda ma jkunux jistgħu jigu personalment il-Qorti.
• eFines - Ħlas ta' multi online. B'din is-sistema il-pubbliku ma jkollux għalfejn jiġi l-Qorti sempliċiment biex iħallas multa u jkun hemm aktar serħan tal-moħħ li ma jkunx hemm ċekkijiet li ma jiġux onorati mill-banek
• Aċċess aktar utli għall-website http://www.justiceservices.gov.mt. Apparti li l-website reġgħet ġiet mibnija mill-ġdid, il-professjonisti legali u ċ-ċittadin ser ikollhom aċċess aktar effiċjenti peress li issa l-website ser tkun ukoll mobile friendly.
• Teħid ta' xhieda ta' tobba mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex permezz ta' video-conference mal-Qorti ta'Għawdex b'hekk tiġi mnaqqsa l-burokrazija u jitnaqqas il-ħela ta' ħin u l-iskariġġ żejjed għat-tobba li jistgħu jużaw ħinhom aħjar l-isptar - T-Tobba li jkunu jridu jgħatu x-xhieda tagħhom quddiem il-Qorti. Il-parti involuta fil-kawża. Il-pazjenti li qabel seta kien il-każ li jkollhom jingħataw appuntament ieħor minħabba li t-tabib kien ikun irid jattendi l-Qorti fil-ġurnata tal-appuntament tagħhom.
• Titjib fil-programm taċ-Ċedoli ta' Depożitu fil-Qrati - Iċ-Ċedoli ser jibdew jiġu reġistrati wkoll bin-numru tal-ID Card b'hekk tkun faċilitata t-tfittxija għalihom, kif ukoll digrieti jiġu reġistrati u mibgħuta b'email lill-Avukati
• Multi pendenti nkorporati mac-certifikat tal-kondotta – L-uffiċju tal-kondotti ngħatalhom aċċess għal program tal-multi sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw jekk multa hiex imħallsa jew le. B’hekk iċ-ċittadin ma jkollux għalfejn jintbagħat il-Qorti għal verifika jekk multa tkunx ġiet imħallsa jew le.
• Titjib fil-programm tas-Subbasti - Kull parti fis-subbasta ser tibda tiddaħħal biex jagħmel it-tfittxija aħjar. Id-Digrieti tal-Qorti ser jibdew jiġu reġistrati fis-sistema u jintbgħatu lill-Avukati.
• Prezentati b’mod elettroniku ta kawżi quddiem il-Qorti tal-Maġistrati – Sede Ċivili – Kawżi ċivili quddiem il-Qorti tal-Maġistrati issa jistgħu jiġu preżentati online mill-Kommunita Legali.
• Introduzzjoni tal-Mobile App li permezz tagħha wieħed jirċievi notifikazzjoni dwar id-data tas-seduta tal-kawżi tiegħu – Kull parti fil-kawża tista’ tirreġistra u tirċievi avviż tas-smiegħ b’sms ftit jiem qabel is-smiegħ tal-kawża.
• Miżuri oħrajn saru min naħa tal-Avukat Ġenerali
Dwar il-qasam tal-prosekuzzjoni, dan il-qasam huwa strettament regolat bil-liġi u għalhekk m’ hijiex biss kwistjoni ta’ intervent amministrattiv. F’ dan il-qasam saru ukoll diversi emendi li jnaqqsu l-burokrazija bhal per ezempju procedura mqassra biex tinqata l-kawza f’ każijiet meta l-akkużat jammetti mal-ewwel , referenza ta’ każijiet li jinvolvu pussess ta’ ammonti żgħar ta’ droga għall-użu personali lill-Kummissarju tal-Ġustizzja permezz tal-Att I tal-2015 u ż-żieda tal-possibilita ta’ patteġġjament f’ kawżi fejn l-akkużat ikun lest jammetti.