Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Intrerpellant li bejn Ġunju 2017 u d-data ta’ din it-tweġiba il-lista ta’ żjarat uffiċjali tal- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ huma elenkati:
Lussemburgu
Fid-
19 ta’ Ġunju 2017
, il-Ministru Abela attenda l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li ltaqa ġewwa l-Lussemburgu. F’dan il-Kunsill, ġew diskussi diversi temi, fosthom l-Istrateġija Globali tal-UE, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, is-sitwazzjoni ġewwa l-Iraq, l-immigrazzjoni irregolari u t-tensjonijiet bejn il-pajjiżi tal-Golf Għarbi.
Fil-marġini ta’ din il-laqgħa, il-Ministru Abela kellu wkoll laqgħa bilaterali mas-Segretarju tal-Istat tar-Renju Unit, Boris Johnson. Qabel il-laqgħa tal-Kunsill, il-Ministru Abela attenda
breakfast meeting
li kien organizzat mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Latvija u l-Islovakkia sabiex jiġi diskuss il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ġeorġja. Mikheil Janelidze, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ġeorġja, kien ukoll preżenti għal din il-laqgħa.
Kroazja
F’
1 ta’ Lulju 2017
, il-Ministru Abela attenda l-Forum ta’ Dubrovnik u ltaqa’ mad-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Kroazja, l-E.T Marija Pejcinovic Buric.
Italja
Il-Ministru attenda Konferenza Ministerjali dwar il-migrazzjoni f'Ruma fis-
6 ta’ Lulju 2017.
Awstrija
Fil-
11 ta’ Lulju 2017
, Il-Ministru attenda għall-‘Laqgħa Informali’ għall-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-OSCE f’Mauerbach, l-Awstrija. Il-Ministru tenna li wasal iż-żmien li r-relazzjoni tal-OSCE mal-Mediterran tmur lil’ hinn minn xbieha ta’ pjattaforma istituzzjonali u ssir aktar tanġibbli, f’sura li tinħass mill-popli li jgawdu minnha. Matul din il-laqgħa l-Ministru kellu wkoll diskussjonijiet bilaterali mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Taljan, Angelino Alfano, rigward il-proposta ta’ Malta sabiex jinħatar Rappreżentant Speċjali tal-OSCE għall-Mediterran.
Ġermanja
Fl-
14 ta’ Lulju 2017
, l-On. Carmelo Abela, ipparteċipa f’Konferenza dwar Il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) ġewwa Berlin bħala parti minn panel ta’ diskussjoni.
Belġju
Fis-
17 ta’ Lulju 2017
, il-Ministru Abela attenda l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li ltaqa ġewwa Brussell. Matul din il-laqgħa ġew diskussi l-Istrateġija Globali tal-UE, is-sitwazzjoni fil-Libya, is-sitwazzjoni fil-Korea ta’ Fuq u l-immigrazzjoni irregolari.
Stati Uniti
Il-Ministru attenda l-Forum Politiku ta' Livell Għoli (HLPF) dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fi New York bejn is-
17 u d-19 ta' Lulju 2017
. Matul din il-laqgħa, il-Ministru ta diskors nazzjonali fejn ipprovda rendikont tax-xogħol li sar matul il-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u nforma dwar l-isforzi ta' Malta biex timplimenta l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli (SDGs).
Ghana
Bejn is-26 u 28 ta’ Lulju 2017
, il-Ministru Carmelo Abela akkumpanja l-President ta’ Malta, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, f’Żjara Statali fil-Ghana. Matul din iż-Żjara, il-Ministru Abela kellu laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Integrazzjoni Reġjonali, Shirley Ayorkor Botchwey, fejn intlaħaq ftehim biex tinżamm fix-xhur li ġejjin it-tieni laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta Permanenti. Il-Ministru Abela ltaqa’ wkoll mal-Ministru għall-Kummerċ u l-Industrija, Alan Kyerematen, fejn ġie diskuss kif ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn Malta u l-Ghana jistgħu jitjiebu. Matul iż-Żjara Statali, ġew iffirmati Ftehim dwar konsultazzjonijiet politiċi bejn il-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tar- Repubblika ta’ Malta u tar-Repubblika tal-Ghana, Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn TradeMalta u l-Assoċjazzjoni tal-Industriji tal-Ghana, u Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Kmamar tal-Kummerċ ta’ Malta u tal-Ghana
Belġju
Fl-
1 ta 'Awwissu 2017
waqt żjara fil-Belġju, l-On. Carmelo Abela irrappreżenta lil Malta f'avveniment organizzat mill-gvern tar-Renju Unit biex jikkommemora 100 sena minn Passchendaele, magħrufa bħala It-Tielet Battalja ta' Ypres.
Slovenja
Fl-
4 u 5 ta’ Settembru 2017
il-Ministru Carmelo Abela, ġie mistieden jipparteċipa fil
Bled Strategic Forum
fis-Slovenja. Il-Ministru Abela ltaqa’ ukoll mas- Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran fil-marġini tal-Forum, u kellhu laqgħat bilaterali mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Indja, il-Montenegro, u l-Maċedonja, kif ukoll mad-Deputat Sottosegretarju tal-Istat tal-Istati Uniti tal-Amerika, u l-Ambaxxatur tal-Iżrael għall-Malta.
Estonja
Fis-7 u 8 Settembru 2017
– Il- Ministru pparteċipa f’laqgħa informali tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, fejn fost bosta temi ġew diskussi l-implementazzjoni tal-pjan ta’ difiża (mal-Ministri tad-Difiża tal-Unjoni Ewropea), kif ukoll is-sitwazzjoni fil-Korea ta’ Fuq u l-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani. Saret ukoll laqgħa bilaterali mal-Ministru ta-Affarijiet Barranin tal-Polonja, fejn ġie diskuss ir-relazzjonijiet bilaterali.
Fil-
11 ta’ Settembru
2017
l-Ministru pparteċipa f’laqgħa informali tal-‘Ministri Responsabbli għall-Iżvilupp’ li saret f'Tallinn. Matul din il-laqgħa, ġew diskussi numru ta’ suġġetti, fosthom l-Impenn ma’ Pajjiżi aktar avvanzati fl-Iżvilupp, ir-Rabta bejn l-Għajnuna Umanitarja u l-Għajnuna għall-Iżvilupp, l-Użu Diġitali għall-Iżvilupp, u l-Pjan ta' Investiment Estern.
Stati Uniti
Il-Ministru attenda l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda ġewwa New York, mis-
17 sal-24 ta’ Settembru 2017
. Matul din is-sessjoni, il-Ministru Abela akkumpanja lil-Prim Ministru f’laqgħat bilaterali li seħħew mal-kapijiet ta’ Stat tal-Gujana, l-Kosovo u l-Liberja, mal-Prim Ministru tal-Maċedonja kif ukoll mas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda. Il-Ministru kellu wkoll laqgħat bilaterali mal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tat-Tuneżija, l-Andorra, s-San Marino u l-Libja kif wkoll mal-Ministru tas-Sajd, Opportunitajiet Indaqs, u Kooperazzjoni Nordika tad-Danimarka, u s-Segretarju Ġenerali tal- Kunsill għall-Kooperazzjoni tal-Golf. Il-Ministru Abela ltaqa mas-Segretraju Ġenerali tal-Commonwealth kif ukoll ippresjeda l-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Commonwealth peress li Malta preżentament għada
Chair in Office
tal-Commonwealth.
Polonja
28/29 ta’ Settembru 2017
. Fuq stedina mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Polonja, l-E.T. Witold Waszczykowski, il-Ministru Carmelo Abela għamel żjara ritorn lejn Varsavja nhar it-28 ta’ Settembru għal-taħdidiet bilaterali mal-Ministru Waszczykowski, fejn ġew diskussi r-relazzjonijiet bilaterali u kwistjonijiet reġjonali u Ewropej, u fejn ġie ffirmat il-Ftehim fuq Rappre¿entazjoni għall-ħruġ ta’ Viżi għal Malta mill-Ambaxxata Pollakka ġewwa Tehran, l-Iran.