Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skema HOS – Artijiet mgħoddija lill-Awtorità tad-Djar

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk l-artijiet li fis-snin 2023, 2024 u 2025 ġew mgħoddija lill-Awtorità tad-Djar marbuta mal-iskema tal-Home Ownership Scheme (HOS)? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalitajiet jinsabu?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f’sedta oħra.

Il-Mosta - Żona tad-Dib - Awtorità tad-Djar

Question

Peress li iktar kmieni din is-sena l-art fiż-żona tad-Dib fil-Mosta ġiet akkwistata mill-Awtorità tal-Artijiet u kienet għaddiet lill-Awtorità tad-Djar, u issa r-residenti ta’ din l-akkwata qed jistennew sabiex finalment isiru sidien ta’ djarhom, jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess intern fi ħdan l-Awtorità tad-Djar biex numru ta’ residenti fiż-żona tad-Dib fil-Mosta, ikunu jistgħu jagħmlu l-kuntratt definittiv tal-akkwist tad-dar tagħhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art fiż-żona tad-Dib fil-Mosta għaddiet għand l-Awtorità tad-Djar, u issa qiegħda fil-proċess li jsir is-subdiviżjoni tal-art in kwestjoni skont il-‘plots’ rispettivi mid-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet. Malli dan il-proċess jitlesta, jibda l-proċess sabiex jiġu ffirmati l-kuntratti finali.

Ħ’Attard - Trasport Pubbliku – Waqfa “Għenba”

Question

Peress li l-istage tat-trasport pubbliku f’Ħ’Attard “Għenba” ġie mċaqlaq għall-post ġdid numru ta’ xhur ilu, u bħalissa jinsab f’pożizzjoni mhux komda għar-residenti li jagħmlu użu minnu, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar dak li huwa ppjanat għal dan l-istage?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta qiegħda tħejji l-pjanti neċessarji sabiex il-bus stop “Għenba”, li jinsab fi Triq Santa Katerina, Ħ’Attard, jiġi mċaqlaq għal post alternattiv fl-istess triq sabiex ikun iktar aċċessibbli u komdu għall-pubbliku.  Ta’ min jgħid li din iċ-ċaqliqa saret b’mod temporanju minħabba bus stop ftit iktar ’il fuq li kien qed jikkawża sitwazzjoni ta’ periklu fit-triq u anke xi xogħlijiet li kienu għaddejjin fl-inħawi.

Il-Mosta – proċess ta’ akkwist ta’ art fl-inħawi tad-Dib

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess ta' akkwist ta' art fil-Mosta marbut ma’ plots li kienu ngħataw mill-Awtorità tad-Djar fil-Mosta fl-inħawi tad-Dib fejn illum hemm triq il-Mitħna?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet tinsab fil-proċess li tgħaddi l-art akkwistata fl-inħawi tad-Dib lill-Awtorità tad-Djar. ( Informazzjoni Addizzjoni: Ara Dokument PL 4934 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 307 tat-Tlieta, 4 ta' Frar 2025.)

Il-Mosta — Żona tad-Dib

Question

Fid-dawl li numru ta’ residenti fiż-Żona tad-Dib fil-Mosta li sal-lum għadhom m’għamlux il-kuntratti ta’ fidi taċ-ċens, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx żviluppi fuq din il-kwistjoni li ilha għaddejja s-snin?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li wara li ġew konklużi proċeduri fil-Qorti dwar l-art fiż-żona msemmija, imiss li jsir l-akkwist tal-art min-naħa tal-Gvern sabiex tgħaddi għand l-Awtorita tad-Djar.

Pjazza tal-Mosta — Xogħlijiet

Question

Issa li ġie fi tmiemu l-proġett maġġuri tar-riġenerazzjoni tal-Pjazza tal-Mosta kif ukoll xogħol anċillari ieħor, jista' l-Ministru jipprovdi d-dettalji ta' kemm kien l-investiment totali f'dan il-proġett, u x'kienu x-xogħlijiet kollha inklużi f'dan l-istess proġett?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Mosta — Trasport Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi d-dettalji ta' kif se jkun provdut is-servizz tat-trasport pubbliku fil-Mosta issa li hemm sistema ġdida ta' ċirkolazzjoni tat-traffiku? Jista’ jagħti d-dettalji ta' liema huma dawk ir-rotot kollha li ser jgħaddu mill-Mosta, jew dawk ir-rotot li jibdew jew jintemmu fil-Mosta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista estensiva tar-rotot kollha li ser jgħaddu mill-Mosta, jew jibdew u jintemmu ġewwa l-istess lokalità. Inzid li r-rotot 47 u 103 jibdew u jintemmu fil-lokalità filwaqt li r-rotot l-oħra jgħaddu mill-Mosta hekk kif indikat. Il-Lista tindika ukoll it-toroq li ir-rotot ser jkunu qeghdin isegwu ġaladarba jitlestew ix-xogħlijiet.

Mosta — Rotot

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi dettalji tal-frekwenza tar-rotot kollha li jgħaddu mill-Mosta, jew dawk ir-rotot li jibdew jew jintemmu fil-Mosta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din hija l- lista li turi l-frekwenza tar-rotot kollha li jservu l-lokalità tal-Mosta. It-tabella hija ikkumpilata fuq il-ħinijiet ‘peak’. Rotta Minn Via Sa Frekwenza 41 Ċirkewwa Via Birkirkara Valletta 20 minuta 42 Ċirkewwa Via St. Venera Valletta 20 minuta 48 Buġibba Via Birkirkara Valletta 12 minuta 31 Buġibba Via Sptar Mater Dei Valletta 15 minuta 280 Buġibba Sptar Mater Dei 60 minuta 44 Mġarr Via Birkirkara Valletta 30 minuta 45 Buġibba Via Birkirkara Valletta 30 minuta 47 Mosta Via Birkirkara Valletta 60 minuta 103 Pembroke Bidnija 60 minuta 186 Rabat Buġibba 30 minuta 203 Buġibba Sliema 30 minuta 260 Għargħur Valletta 60 minuta 238 Mġarr Via Sptar Mater Dei Valletta 60 minuta 202 Sliema Rabat 30 minuta

Transport Malta — Impjegat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ xogħol għamel ma’ Transport Malta l-individwu li ismu qed jintbagħat separatament? Kemm kienet jitħallas fix-xahar ta’ dan ix-xogħol u kemm kien it-total ta’ ħlas li ħa fil-perjodu li għamel jaħdem ma’ din l-entità?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Identità — Impjegat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ xogħol għamel mal-aġenzija Identità l-individwu li ismu qed jintbagħat separatament? Kemm kienet jitħallas fix-xahar ta’ dan ix-xogħol u kemm kien it-total ta’ ħlas li ħa fil-perjodu li għamel jaħdem ma’ din l-entità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-individwu msemmi qatt ma kien impjegat tal-Aġenzija Identità.

Qorti ta' Malta — Impjegat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ xogħol għamel mal-Qorti ta’ Malta l-individwu li ismu qed jintbagħat separatament? Kemm kienet jitħallas fix-xahar ta’ dan ix-xogħol u kemm kien it-total ta’ ħlas li ħa fil-perjodu li għamel jaħdem ma’ din l-entità?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li d-dettalji tagħha inagħtaw separatament ġie appuntat mill-Qorti biex tagħti s-servizz bħala interpretu darbtejn fis-sena 2015 u darbtejn oħra fis-sena 2017. It-tabella ta’ hawn taħt turi kemm tħallas ta’ dan ix-xogħol. Sena € 2015 34.94 34.94 2017 41.30 82.60 Total 193.78
Leg 13 PQ #9854 Sitting 217 2019-04-08 Oral · Final From: ALEX MUSCAT To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Aġenzija Żgħażagħ – Proġett POLIFEST

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett POLIFEST li l-Aġenzija Żgħażagħ se tkun responsabbli tiegħu? Liema huma dawk is-setturi differenti ta’ żgħażagħ li se jkunu involuti u meta se jibda jitwettaq dan il-proġett?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Polifest huwa proġett li qiegħed jiġi mħaddem minn Aġenzija Żgħażagħ u kkofinanzjat minn fondi Ewropej tal-Erasmus+. Dan il-proġett jagħmel parti minn Djalogu Strutturat u allura l-għan ewlieni tiegħu huwa li joħloq spazji fejn żgħażagħ jiddiskutu ma’ policy makers dwar dawk l-issues li jaffetwawlhom ħajjithom. Gruppi ta' żgħażagħ minn setturi differenti bħal għaqdiet taż-żgħażagħ differenti u studenti minn diversi istituzzjonijiet edukattivi qegħdin jieħdu sehem f’Polifest. Polifest huwa proġett ta’ sena u huwa magħmul minn 12-il attività marbuta ma’ ġranet internazzjonali tal-Ġnus Magħquda bħal Jum id-Demokrazija, Jum l-Għaqdiet Non-governattivi, Jum id-Diversità Kulturali, u l-Ġurnata Internazzjonali kontra l-Abbuż mid-Droga u Traffikar Illeċitu, fost l-oħrajn. L-ewwel attività ta’ Polifest kienet iċċelebrata f’Jum iż-Żgħażagħ f’Awwissu tal-2018, u s’issa saru tmien (8) attivitajiet. Dan il-proġett jiġi fi tmiemu f’Ġunju 2019. Matul dawn l-attivitajiet żgħażagħ Maltin u Għawdxin jattendu workshops imtella’ minn youth workers professjonali li matulhom jingħataw l-opportunità li jiddiskutu issues relatati mal-politika taż-żgħażagħ bħal parteċipazzjoni, l-inklużjoni soċjali, id-diversità, l-empowerment u d-demokrazija. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li ż-żgħażagħ li jkunu ħadu sehem matul l-attivitajiet ta’ Polifest ser ikunu qegħdin jippreżentaw numru ta' rakkomandazzjonijiet dwar il-politika taż-żgħażagħ sabiex iż-żgħażagħ stess ikollhom sehem iktar attiv f’dak kollu li jinteressahom.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri nisa li kienu vittmi ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm priġunieri nisa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u kemm minnhom kienu vittmi ta’ vjolenza domestika qabel ma’ daħlu fil-Ħabs?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm 73 mara li 2 minnhom qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni. Fil-Faċilità ma tinżammx statistika ta’ kemm minnhom sofrew vjolenza domestika qabel ma daħlu fil-Faċilità.

Kunsilli Lokali – Proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea kien hemm matul dawn l-aħħar sentejn u liema kunsilli lokali bbenefikaw minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #9857 Sitting 217 2019-04-08 Oral · Final From: ALEX MUSCAT To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Drittijiet u dmirijiet tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’inhuma d-drittijiet u d-dmirijiet tal-ħaddiema li jaħdmu mal-Gvern kif ukoll dawk li jaħdmu mal-privat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija ma taqax fir-remit ta' Jobsplus jew tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.