Jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet għad fadal każijiet marbuta ma’ kwistjonijiet tal-Home Ownership Scheme (HOS) li fuqhom il-Gvern għad irid jikseb titlu? Jista’ jgħid ukoll fiex wasal il-proċess?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad fadal każijiet ta’ artijiet marbuta ma’ kwistjonijiet tal-Home Ownership Scheme (HOS) li l-Gvern għad irid jikseb it-titlu tagħhom?
Skema HOS – Artijiet mgħoddija lill-Awtorità tad-Djar
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk l-artijiet li fis-snin 2023, 2024 u 2025 ġew mgħoddija lill-Awtorità tad-Djar marbuta mal-iskema tal-Home Ownership Scheme (HOS)? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalitajiet jinsabu?
Skema HOS – Artijiet mgħoddija lill-Awtorità tad-Djar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għaddew artijiet lill-Awtorità tad-Djar fis-snin 2023, 2024 u 2025 biex jiġu indirizzati kwistjonijiet marbuta mal-iskema tal-Home Ownership Scheme (HOS)?
Peress li iktar kmieni din is-sena l-art fiż-żona tad-Dib fil-Mosta ġiet akkwistata mill-Awtorità tal-Artijiet u kienet għaddiet lill-Awtorità tad-Djar, u issa r-residenti ta’ din l-akkwata qed jistennew sabiex finalment isiru sidien ta’ djarhom, jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess intern fi ħdan l-Awtorità tad-Djar biex numru ta’ residenti fiż-żona tad-Dib fil-Mosta, ikunu jistgħu jagħmlu l-kuntratt definittiv tal-akkwist tad-dar tagħhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art fiż-żona tad-Dib fil-Mosta għaddiet għand l-Awtorità tad-Djar, u issa qiegħda fil-proċess li jsir is-subdiviżjoni tal-art in kwestjoni skont il-‘plots’ rispettivi mid-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet. Malli dan il-proċess jitlesta, jibda l-proċess sabiex jiġu ffirmati l-kuntratti finali.
Peress li l-istage tat-trasport pubbliku f’Ħ’Attard “Għenba” ġie mċaqlaq għall-post ġdid numru ta’ xhur ilu, u bħalissa jinsab f’pożizzjoni mhux komda għar-residenti li jagħmlu użu minnu, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar dak li huwa ppjanat għal dan l-istage?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta qiegħda tħejji l-pjanti neċessarji sabiex il-bus stop “Għenba”, li jinsab fi Triq Santa Katerina, Ħ’Attard, jiġi mċaqlaq għal post alternattiv fl-istess triq sabiex ikun iktar aċċessibbli u komdu għall-pubbliku. Ta’ min jgħid li din iċ-ċaqliqa saret b’mod temporanju minħabba bus stop ftit iktar ’il fuq li kien qed jikkawża sitwazzjoni ta’ periklu fit-triq u anke xi xogħlijiet li kienu għaddejjin fl-inħawi.
Il-Mosta – proċess ta’ akkwist ta’ art fl-inħawi tad-Dib
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess ta' akkwist ta' art fil-Mosta marbut ma’ plots li kienu ngħataw mill-Awtorità tad-Djar fil-Mosta fl-inħawi tad-Dib fejn illum hemm triq il-Mitħna?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet tinsab fil-proċess li tgħaddi l-art akkwistata fl-inħawi tad-Dib lill-Awtorità tad-Djar.
(
Informazzjoni Addizzjoni:
Ara Dokument PL 4934 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 307 tat-Tlieta, 4 ta' Frar 2025.)
Fid-dawl li numru ta’ residenti fiż-Żona tad-Dib fil-Mosta li sal-lum għadhom m’għamlux il-kuntratti ta’ fidi taċ-ċens, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx żviluppi fuq din il-kwistjoni li ilha għaddejja s-snin?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li wara li ġew konklużi proċeduri fil-Qorti dwar l-art fiż-żona msemmija, imiss li jsir l-akkwist tal-art min-naħa tal-Gvern sabiex tgħaddi għand l-Awtorita tad-Djar.
Issa li ġie fi tmiemu l-proġett maġġuri tar-riġenerazzjoni tal-Pjazza tal-Mosta kif ukoll xogħol anċillari ieħor, jista' l-Ministru jipprovdi d-dettalji ta' kemm kien l-investiment totali f'dan il-proġett, u x'kienu x-xogħlijiet kollha inklużi f'dan l-istess proġett?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jipprovdi d-dettalji ta' kif se jkun provdut is-servizz tat-trasport pubbliku fil-Mosta issa li hemm sistema ġdida ta' ċirkolazzjoni tat-traffiku? Jista’ jagħti d-dettalji ta' liema huma dawk ir-rotot kollha li ser jgħaddu mill-Mosta, jew dawk ir-rotot li jibdew jew jintemmu fil-Mosta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista estensiva tar-rotot kollha li ser jgħaddu mill-Mosta, jew jibdew u jintemmu ġewwa l-istess lokalità. Inzid li r-rotot 47 u 103 jibdew u jintemmu fil-lokalità filwaqt li r-rotot l-oħra jgħaddu mill-Mosta hekk kif indikat. Il-Lista tindika ukoll it-toroq li ir-rotot ser jkunu qeghdin isegwu ġaladarba jitlestew ix-xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jipprovdi dettalji tal-frekwenza tar-rotot kollha li jgħaddu mill-Mosta, jew dawk ir-rotot li jibdew jew jintemmu fil-Mosta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din hija l- lista li turi l-frekwenza tar-rotot kollha li jservu l-lokalità tal-Mosta. It-tabella hija ikkumpilata fuq il-ħinijiet ‘peak’.
Rotta
Minn
Via
Sa
Frekwenza
41
Ċirkewwa
Via Birkirkara
Valletta
20 minuta
42
Ċirkewwa
Via St. Venera
Valletta
20 minuta
48
Buġibba
Via Birkirkara
Valletta
12 minuta
31
Buġibba
Via Sptar Mater Dei
Valletta
15 minuta
280
Buġibba
Sptar Mater Dei
60 minuta
44
Mġarr
Via Birkirkara
Valletta
30 minuta
45
Buġibba
Via Birkirkara
Valletta
30 minuta
47
Mosta
Via Birkirkara
Valletta
60 minuta
103
Pembroke
Bidnija
60 minuta
186
Rabat
Buġibba
30 minuta
203
Buġibba
Sliema
30 minuta
260
Għargħur
Valletta
60 minuta
238
Mġarr
Via Sptar Mater Dei
Valletta
60 minuta
202
Sliema
Rabat
30 minuta
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ xogħol għamel ma’ Transport Malta l-individwu li ismu qed jintbagħat separatament? Kemm kienet jitħallas fix-xahar ta’ dan ix-xogħol u kemm kien it-total ta’ ħlas li ħa fil-perjodu li għamel jaħdem ma’ din l-entità?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ xogħol għamel mal-aġenzija Identità l-individwu li ismu qed jintbagħat separatament? Kemm kienet jitħallas fix-xahar ta’ dan ix-xogħol u kemm kien it-total ta’ ħlas li ħa fil-perjodu li għamel jaħdem ma’ din l-entità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-individwu msemmi qatt ma kien impjegat tal-Aġenzija Identità.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ xogħol għamel mal-Qorti ta’ Malta l-individwu li ismu qed jintbagħat separatament? Kemm kienet jitħallas fix-xahar ta’ dan ix-xogħol u kemm kien it-total ta’ ħlas li ħa fil-perjodu li għamel jaħdem ma’ din l-entità?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li d-dettalji tagħha inagħtaw separatament ġie appuntat mill-Qorti biex tagħti s-servizz bħala interpretu darbtejn fis-sena 2015 u darbtejn oħra fis-sena 2017. It-tabella ta’ hawn taħt turi kemm tħallas ta’ dan ix-xogħol.
Sena
€
2015
34.94
34.94
2017
41.30
82.60
Total
193.78
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett POLIFEST li l-Aġenzija Żgħażagħ se tkun responsabbli tiegħu? Liema huma dawk is-setturi differenti ta’ żgħażagħ li se jkunu involuti u meta se jibda jitwettaq dan il-proġett?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Polifest huwa proġett li qiegħed jiġi mħaddem minn Aġenzija Żgħażagħ u kkofinanzjat minn fondi Ewropej tal-Erasmus+. Dan il-proġett jagħmel parti minn Djalogu Strutturat u allura l-għan ewlieni tiegħu huwa li joħloq spazji fejn żgħażagħ jiddiskutu ma’ policy makers dwar dawk l-issues li jaffetwawlhom ħajjithom. Gruppi ta' żgħażagħ minn setturi differenti bħal għaqdiet taż-żgħażagħ differenti u studenti minn diversi istituzzjonijiet edukattivi qegħdin jieħdu sehem f’Polifest.
Polifest huwa proġett ta’ sena u huwa magħmul minn 12-il attività marbuta ma’ ġranet internazzjonali tal-Ġnus Magħquda bħal Jum id-Demokrazija, Jum l-Għaqdiet Non-governattivi, Jum id-Diversità Kulturali, u l-Ġurnata Internazzjonali kontra l-Abbuż mid-Droga u Traffikar Illeċitu, fost l-oħrajn. L-ewwel attività ta’ Polifest kienet iċċelebrata f’Jum iż-Żgħażagħ f’Awwissu tal-2018, u s’issa saru tmien (8) attivitajiet. Dan il-proġett jiġi fi tmiemu f’Ġunju 2019.
Matul dawn l-attivitajiet żgħażagħ Maltin u Għawdxin jattendu workshops imtella’ minn youth workers professjonali li matulhom jingħataw l-opportunità li jiddiskutu issues relatati mal-politika taż-żgħażagħ bħal parteċipazzjoni, l-inklużjoni soċjali, id-diversità, l-empowerment u d-demokrazija. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li ż-żgħażagħ li jkunu ħadu sehem matul l-attivitajiet ta’ Polifest ser ikunu qegħdin jippreżentaw numru ta' rakkomandazzjonijiet dwar il-politika taż-żgħażagħ sabiex iż-żgħażagħ stess ikollhom sehem iktar attiv f’dak kollu li jinteressahom.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri nisa li kienu vittmi ta’ vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm priġunieri nisa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u kemm minnhom kienu vittmi ta’ vjolenza domestika qabel ma’ daħlu fil-Ħabs?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm 73 mara li 2 minnhom qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni. Fil-Faċilità ma tinżammx statistika ta’ kemm minnhom sofrew vjolenza domestika qabel ma daħlu fil-Faċilità.
Kunsilli Lokali – Proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea kien hemm matul dawn l-aħħar sentejn u liema kunsilli lokali bbenefikaw minnhom?