Jista' l-Ministru jgħid jekk il-breakwater ta’ Marsalforn għadux ippjanat li jsir? Jekk iva, jista’ jagħti time-frame u f'liema stadju wasal?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-breakwater ta’ Marsalforn għadu ppjanat li jsir u bħalissa qed jiġu eżaminati r-rapporti tekniċi marbutin mal-Environmental Impact Assessment.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-Mużew ta' Għawdex u meta ser jitlesta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet tal-finishes u tal-M&Es. Il-proġett tal-Mużew t’Għawdex huwa mistenni li jkun lest fl-2026.
Għawdex — Lista ta' toroq li ser jiġu ristrutturati
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' toroq f’Għawdex li ser jiġu ristrutturati din is-sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li prezentament għaddej ix-xogħol fuq Triq ta’ Wara s-Sur fir-Rabat, Triq 28 ta' April 1688 fil-Qala, parti min Triq Lord Strickland fil-Qala, Triq Għajn Tuta Kerċem u Triq Ħamri, Għajnsielem. Fil-ġimgħat li ġejjin inkunu qed jitħabbru wkoll aktar xogħlijiet fuq toroq oħra.
Ministeru għal Għawdex — Uffiċini u dipartimenti li ma baqgħux jaqgħu taħt id-dekasteru
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-uffiċini u d-dipartimenti ġewwa Għawdex li matul dawn l-aħħar tliet snin ma baqgħux jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 kien hemm tliet Aġenziji li ġew iffurmati u li l-uffiċċji f’Għawdex sussegwentement ġew integrati ma’ dawn l-Aġenziji. Dawn kienu Libreriji, il-Qrati ta’ Għawdex u l-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-pjan biex il-Maritime Squadron ġewwa Għawdex jiġu rilokati f'post aktar adattat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li wara li dipartimenti varji qablu dwar l-użu tal-binja, u l-ERA ma’ sabet l-ebda oġġezzjoni għall-iżvilupp tal-binja, issa bdiet fażi oħra fejn jiġi determinat u mfassal l-ispazju meħtieġ. Il-FAM b’kooperazzjoni ma’ TM qed jaħdmu sabiex din il-binja tiġi żviluppata, ħalli kemm il-FAM kif ukoll dipartimenti oħra ikun jista jkollhom post aktar attrezzat għall-ħaddiema tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx Domestic Violence Unit ġewwa Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Korp tal-Pulizija waqqaf il-Gender based and domestic violence unit fi ħdanu sabiex is-servizz offrut ikun aktar speċjaliżżat. Infurmat li il-Korp qiegħed preżentament jaħdem sabiex iwaqqaf tim ta' uffiċjali sabiex jindirizzaw każijiet ta' vjolenza domestika ġewwa Għawdex. Infurmat li matul is-sena 2023 f' Għawdex ġew rapurtati wieħed u disgħin (91) każ ta' vjolenza domestika u elfejn u wieħed u sebgħin (2071) każ f' Malta.
Peress li kienet wegħda elettorali tal-Gvern preżenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk għadx hemm pjan li jinxtara r-raba’ vapur ġdid tal-Gozo Channel? Jekk iva, jista' jagħti time-frame ta' meta ser iseħħ dan?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan għadu hemm.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex tiġi ristrutturata Triq it-Tiġrija, fin-Nadur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ħareġ it-tender; SPD03/2022/006 – Tender for the provision of consultancy and construction management services for the reconstruction of several arterial roads between the boundaries of Nadur and Qala, Gozo. F’dan il-kuntratt hemm ukoll inkluż ir-ristrutturar ta’ Triq it-Tiġrija flimkien ma’ Triq l-Qala u Triq San Ġużepp.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' meta ser jinbeda l-proġett tal-'Victoria Parks'?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex nediet id-dokument ta’ konsultazzjoni pubblika f’Lulju 2023 dwar il-viżjoni tagħha għaċ-ċentru urban tar-Rabat. Wara diskussjoni wiesgħa - fejn il-partijiet interessati u l-pubbliku ġenerali bagħtu l-feedback tagħhom - ġiet ippubblikata feedback statement f’Diċembru 2023. Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar qed janalizza l-feedback u fix-xhur li ġejjin se jkun f’pożizzjoni li jniedi l-proġett, inkluż l-istudji meħtieġa, qabel ma jissottometti l-proġett għall-approvazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fosthom l-Awtorità tal-Ippjanar.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' mediċini li huma out of stock mill-Ispiżerija tal-Gvern?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ mediċini out of stock tinsab fuq is-sit elettroniku https://healthservices.gov.mt/en/cpsu/Documents/Out-Of-Stock/2024/22012024.pdf. Kopja ta’ din il-lista qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx diskussjonijiet biex il-Laboratory Technicians ġewwa l-iskejjel tal-Gvern jingħataw il-promotions ta' ATO, TO, STO U PTO? Jekk iva, fiex waslu dawn id-diskussjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li l-gradi ta’ ATO, TO, STO u PTO jimtlew wara li tinħareġ sejħa u jsir proċess ta’ għażla, ma jkunx hemm il-ħtieġa ta’ ebda diskussjonijiet.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-Hyperbaric Unit hux qed tintuża ġewwa l-Isptar Ġenerali t'Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat mit-tmexxija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li l-Hyperbaric Unit ġewwa dan l-isptar qed tintuża regolarment għal każijiet urgenti ta’ aċċidenti relatati mal-għadds fil-baħar kif ukoll għal trattamenti medici oħra li jibbenefikaw minn tali terapija.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fuq il-latrina tad-Dwejra u jagħti timeframe ta' meta għandhom ikunu lesti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol tas-servizz tal-ilma u d-drenaġġ tlesta. Ix-xogħlijiet l-oħrajn mistennija jkunu lesti fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li wieħed għandu jissodisfa biex persuna li għandha kundizzjoni, marda jew diżabilità jiġu mwieżna mill-Istat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali kkonsultawx mal-Ministeru għal Għawdex rigward il-ftuħ ta’ AgriConnect ġewwa Għawdex, partikolarment peress illi din l-entità ser toffri servizzi simili u in kompetizzjoni ma’ servizzi offruti minn Rural Gozo mill-Farm tal-Gvern ġewwa x-Xewkija?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14540.