Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19754 u jagħti lista ta’ persuni li f’dawn l-aħħar għaxar snin kellhom il-passaport diplomatiku Malti, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex is-seduti tat-Tribunal tal-Artijiet li jikkonċernaw kwistjonijiet marbuta ma’ Għawdex, jinstemgħu fil-Qorti ta’ Għawdex stess minflok f’Malta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex — Under water sealed drain
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu pazjenti fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex minħabba li m'hemmx l-apparat li jissejjaħ ‘under water sealed drain’ (UWSD) bejn l-2013 u l-2024, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ma jirriżulta l-ebda mewt ta’ pazjent/i fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex minħabba li m'hemmx l-apparat li jissejjaħ ‘under water sealed drain’ (UWSD) bejn l-2013 u l-2024.
Infurmat ukoll li l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għandu dan it-tip ta’ apparat disponibli f’każ ta’ bżonn.
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jgħid għaliex il-latrina li qiegħda max-xatt ta’ Baħar iċ-Ċagħaq ilha snin ma tinfetaħ u tinsab fi stat tant diżastruż? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan li ssir il-manutenzjoni neċessarja fuqha?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan li l-impjant tad-drenaġġ li hemm fix-Xewkija, Għawdex jiġi estiż?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed taħdem fuq pjan ta’ tisħiħ tal-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ li jinsab fil-limiti ta’ Għajnsielem, Għawdex, mhux fix-Xewkija.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġu identifikati l-miżuri li ser jiġu implimentati taħt is-Sustainable Urban Development Fund?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li wara t-twaqqif tal-kumitat tal-COCOSUD mill-Ministeru responsabbli mill-Fondi tal-UE, saru b’kollox tliet laqgħat bl-iskop li jiġi diskuss l-iżvilupp urban sostenibbli ta’ Għawdex. Matul dawn il-laqgħat saru diskussjonijiet dwar l-interventi potenzjali li għandhom jiġu kkunsidrati għall-finanzjament fi ħdan il-parametri tal-Prijorità 4 tal-Programm FEŻR. Il-proposti kollha għaddew minn proċess ta’ deliberazzjoni bir-reqqa biex jiġu kkonsolidati, u fit-tielet u l-aħħar laqgħa tal-COCOSUD reġgħu ġew ippreżentati l-għanijiet tal-Prijorità 4 tal-FEŻR flimkien mal-baġit u l-indikaturi tiegħu, segwit minn diskussjonijiet fost il-membri tal-kumitat.
Fix-xhur li ġejjin se tinħareġ sejħa għall-applikazzjoni segwita minn sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-proġett mill-benefiċjarju.
Il-Belt Valletta – Triq ir-Repubblika — Scaffolding
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif l-iscaffolding li hemm fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, faċċata ta' Starbucks, ilu hemm snin mingħajr użu? Jista' jagħti informazzjoni fuq x’inhu l-użu ta’ dan l-iscaffolding?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Il-Belt Valletta – Triq ir-Repubblika — Scaffolding
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif l-iscaffolding li hemm fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, faċċata ta' Starbucks, ilu hemm ħames snin mingħajr użu? Jista' jagħti informazzjoni fuq x’inhu l-użu ta' dan l-iscaffolding?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Il-Belt Valletta – Triq ir-Repubblika — Scaffolding
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif l-iscaffolding li hemm fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, faċċata ta' Starbucks, ilu hemm ħames snin mingħajr użu? Jista' jagħti informazzjoni fuq x’inhu l-użu ta' dan l-iscaffolding?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Il-Belt Valletta – Triq ir-Repubblika — Scaffolding
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif l-iscaffolding li hemm fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, faċċata ta' Starbucks, ilu hemm ħames snin mingħajr użu? Jista' jagħti informazzjoni fuq x’inhu l-użu ta' dan l-iscaffolding?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iscaffolding msemmi minnu jagħmel parti minn sit li huwa meqjus bħala sit ta’ kostruzzjoni.
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika jgħid għaliex il-latrina li qiegħda max-xatt ta’ Baħar iċ-Ċagħaq ilha snin ma tinfetaħ u tinsab fi stat tant diżastruż? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan li ssir il-manutenzjoni neċessarja fuqha?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ippjanat li tinfetaħ latrina pubblika oħra fil-viċinanza peress li l-latrina pubblika msemmija mhux iċċertifikata li jistgħu jidħlu persuni fiha minħabba li għandha problemi strutturali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pedjatra on call fl-Isptar Ġenerali f'Għawdex fil-ħinijiet kollha tal-ġurnata sebat ijiem fil-ġimgħa f'każ ta’ emerġenza? Jekk iva, jista’ jgħid jekk inżammx rekord ta' kemm-il darba ġie mgħajjat f'sitwazzjoni ta’ emerġenza jew on call fis-sena 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex hemm servizz ta’ pedjatra on call 24 f’kull ħin tal-ġurnata, sebat ijiem fil-ġimgħa f’każ t’emerġenza mmexxi minn konsulenti.
Fid-dawl tal-fatt li r-regoli rigwardanti żoni pedonali mhumiex jiġu rispettati fi Pjazza San Ġorġ ġewwa r-Rabat Għawdex, jista’ l-Ministru:
a. jipprovdi kemm kien hemm drabi li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) intervjeniet f'din l-aħħar sena biex ir-regoli tal-passaġġi pubbliċi jibqgħu mħarsa u ma jiġux maħnuqa mill-imwejjed u s-siġġijiet?
b. jgħid jekk l-Awtorità tal-Artijiet għandhiex ġurisdizzjoni fuq żgombru tal-imwejjed u siġġijiet f'okkażjonijiet bħal funerali u tiġijiet u meta hemm il-permessi meħtieġa u għala dan mhux iseħħ?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor, Interpellant biex jirreferi l-ewwel mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Dwar it-tieni mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li meta l-pulizija tinforma lill-Awtorità tal-Artijiet li hemm il-ħtieġa li jiġu żgumbrati temporanjament konċessjonijiet tal-imwejjed u s-siġġijiet, l-inkwilini jkunu nfurmati b’diversi mezzi mill-Uffiċjali tal-Awtorità biex ineħħu l-affarijiet li jkollhom bżonn jitneħħew.
Ir-Rabat, Għawdex — Pjazza San Ġorġ – Passaġġi pubbliċi– Permessi ta’ żgombrar mill-Kunsill Lokali
Question
Jista’ l-Ministru:
i. jgħid kemm kien hemm drabi f'din l-aħħar sena li l-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex ħareġ permess ta’ żgombrar u għeluq għat-traffiku fi Pjazza San Ġorġ minħabba okkażjonijiet?
ii. jgħid jekk il-Kunsill Lokali tar-Rabat għandux ġurisdizzjoni fuq żgombrar tal-imwejjed u siġġijiet fl-istess pjazza f’okkażjonijiet bħal funerali u tiġijiet u għaliex dan mhux iseħħ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex li:
i. F'din l-aħħar sena (minn 25.03.23 sa 27.03.24) fi Pjazza San Ġorġ inħarġu 17-il permess taħt it-titlu 'divertiment okkażjonali/one day events', u 23 permess għal tiġijiet u funerali, total ta' 40 permess.
Ma’ dawn hemm il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira, l-Irxoxt, il-festa ta' San Ġorġ f'Lulju u nhar Santa Marija. Dawn il-permessi jinħarġu bl-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Artijiet biex jitneħħew l-imwejjed u siġġijiet.
ii. Il-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex m'għandux ġurisdizzjoni fuq ¿gumbrar ta' mwejjed u siġġijiet fi kwalunkwe triq jew pjazza.
Jista’ l-Ministru jgħid:
i. X’passi ħa fl-aħħar sena biex Pjazza San Ġorġ, ir-Rabat, Għawdex tkun fi stat aċċettabbli u kulhadd jirrispetta r-regoli kollha?
ii. Jekk hemmx pjan ċar dwar l-immaniġġjar ta’ Pjazza San Ġorġ ħalli ma jibqax jirrenja l-kaos?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.