Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — CEOs u l-membri fi ħdan il-bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ CEOs u membri fi ħdan il-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jagħti l-ħlas, l-perkaċċi u l-perjodu tal-ħatra ta' dawn is-CEOs u l-membri f’dawn il-bordijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fejn ikun applikabli l-bordijiet jiġu komposti skont ir-rekwiżiti maħruġa mil-liġi jew terms of reference tal-bord innifsu. Filwaqt li r-remunerazzjoni tal-bordijiet jingħataw skont il-Manwal tal-kategorizzazzjoni, klassifikazzjoni u r-remunerazzjoni tal-bord u l-kumitati maħtura mill-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm INCOs fis-sistema edukattiva, kif inhuma mqassmin u x’inhuma d-doveri tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 29 HoD fis-sistema edukattiva tal-Istat li huma mqassmin skont in-numru ta’ studenti statemented fl-iskejjel primarji, medji u sekondarji. Id-doveri tagħhom qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Wara li ttieħdet id-deċiżjoni li l-alternative papers għat-tfal b’diżabiltà jitwaqqfu, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jiġu eżentati mill-eżamijiet f’dawn l-aħħar tliet snin fi skejjel Maltin u fi skejjel Għawdxin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Totali (li minnhom każijiet Għawdxin)
2021
2022
2023
Ingliż
Malti
Matematika
Ingliż
Malti
Matematika
Ingliż
Malti
Matematika
Year 4
19 (0)
37 (3)
19 (0)
32 (1)
46 (7)
26 (1)
44 (5)
75 (5)
18 (2)
Year 5
23 (2)
53 (4)
21 (2)
38 (0)
26 (0)
28 (0)
39 (0)
91 (2)
23 (0)
Year 6 (Benchmark)
237 (19)
85 (8)
157 (11)
234 (24)
71 (7)
158 (14)
107 (23)
338* (39)
161 (19)
*Tinkludi 251 Migrant students
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-karti alternattivi ma kinux speċifikament għall-istudenti b’diżabilità biss. L-istudenti kollha jingħataw l-appoġġ u l-akkomodazzjonijiet li jeħtieġu sabiex jirnexxu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19754 u 20236 u jagħti lista ta’ persuni li f’dawn l-aħħar għaxar snin kellhom il-passaport diplomatiku Malti, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari għadha qed tkun imħejjija.
Għawdex — Studenti b’diżabiltà li jagħlqu s-16-il sena - Korsijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema edukattiva f’Għawdex hux qed toffri xi korsijiet għal studenti b’diżabiltà li jagħlqu s-16-il sena? Jekk iva, jista’ jgħid jekk għal dawn il-korsijiet, dawn l-istudenti humiex qed ikunu offruti assistenza personali skont l-esiġenzi tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — CEOs u membri fi ħdan il-bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-CEOs u l-membri fi ħdan il-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll il-ħlas u l-perkaċċi ta' dawn is-CEOs u l-membri f’dawn il-bordijiet u l-perjodu tal-ħatra tagħħom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx rappreżentazzjoni tal-iSpecial Olympics f’Għawdex u jekk teżistix din ir-rappreżentanza f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-irwol tagħha u x’servizz u assistenza qed toffri?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entita msemmija hi entita mhux Governattiva.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jiġi allokat mill-baġit mogħti mill-Gvern għall-iSpecial Olympics għall-assistenza u servizzi relatati f’Għawdex?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entita msemmnija hi entita mhux Governattiva.
Madankollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li SportMalta għandha ftehim ma’ Special Olympics li jkopri s-snin 2024-2026 li permezz tiegħu hemm allokazzjoni totali ta’ €600,000 fuq tliet snin. SportMalta tħallas wkoll il-coaches kollha ta’ Special Olympics.
Residenti permanenti Għawdxin — Special Olympics Board - Assistenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti permanenti Għawdxin li qed jiġu assistiti mill-iSpecial Olympics Committee/Board u x’tip ta’ assistenza qed jingħataw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entita msemmija hi entita mhux Governattiva.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk preżentement fl-iskejjel sekondarji humiex jiġu offruti trade subjects għall-istudenti? Jekk qed jiġu offruti trade subjects, fuq liema livell qed jiġu offruti? Jista’ jgħid ukoll kemm jinkludu persentaġġ ta’ prattika u persentaġġ ta’ teorija u jekk l-imsemmija trade subjects humiex offruti fl-intier tagħhom kemm għall-istudent Malti kif ukoll għall-istudent Għawdxi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel sekondarji kollha tal-Istat jiġu offruti suġġetti Vokazzjonali u Applikati. Dawn is-suġġetti jiġu mgħallma sa MQF Level 3 u kull suġġett iwassal jew għal kwalifika maġruġa mill-MATSEC jew kwalifika maħruġa mid-DQSE.
L-assessjar tal-kwalifika maħruġa mill-MATSEC tinkludi 30% ta’ prattika waqt li dik tad-DQSE tinkludi 50% ta’ prattika. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li kull suġġett huwa bbażat fuq ħiliet, u l-iskejjel kollha huma mgħammra b’apparat industrijali sabiex jiffaċilita t-tagħlim b’mod prattiku.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk option subjects bħal sports u swimming li ġew introdotti, humiex aċċessibli għal kulħadd?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suġġett tal-Edukazzjoni Fiżika bħala option subject ilu jiġi offrut mill-2001 u huwa offrut mid-disa’ sena sal-ħdax-il sena. Dan is-suġġett huwa aċċessibli għal kulħadd. Is-sillabu l-ġdid addottat mill-MATSEC mis-sena 2025 jinkludi għażla li l-istudent irid jagħmel bejn l-atletika u l-għawm.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-option subjects bħal swimming u sports lessons offruti mal-iSport Career Development Programme (SCDP) m’humiex qed ikunu inklussivi u jaċċettaw lil kulħadd, peress li hemm studenti li għalkemm m’humiex atleti qed issir diskriminazzjoni magħhom għax għalkemm iħobbu l-isports qed ikunu allegatament esklużi mis-sistema?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Edukazzjoni Fiżika Ġenerali hu aċċessibli għall-istudenti kollha li jħobbu l-isport, l-iSport Career Development Programme (SCDP) jiffoka fuq l-iżvilupp tat-talent sportiv. Is-suġġett huwa offrut fl-Iskejjel Medji u Sekondarji Statali kollha kif ukoll f’xi Skejjel Indipendenti. Sabiex student ikun eliġġibli biex isegwi l-programm irid jgħaddi minn assessjar prattiku.
Nassigura lill-Onor. Interpellant li mhu qed issir l-ebda diskriminazzjoni. Dan kien ukoll ikkonfermat mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilità dwar każ partikolari f’Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri u xi proġetti huma maħsuba sabiex Għawdex isir Carbon Neutral sas-sena 2030?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar qed iwettaq proġetti sostenibbli bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet, u fl-istess waqt, jiżdied il-carbon capture. Il-proġett tal-Multi-Modal Hub huwa eżempju ċar ta’ proġett sostenibbli li se jkun qed inaqqas il-konġestjoni tat-traffiku fix-xatt tal-Imġarr; l-inizjattiva li se tgħin biex jonqsu l-emissjonijiet. Fl-istess waqt, il-green open space se jkun qiegħed inaqqas l-ammont ta’ karbonju fl-arja. Min-naħa l-oħra, il-faċilita’ ta’ charging pillars fl-istess sit se tkun qed tippromwovi l-użu ta’ karozzi elettriċi. Dan minbarra numru ta’ proġetti oħrajn ta’ urban greening projects li qed jiġu imwettqa madwar Għawdex. Min-naħa l-oħra, l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex ippubblikat konsultazzjoni preliminari tas-suq (Preliminary Market Consultation) fil-bidu tal-2024 dwar pjan għall-gżira Għawdxija. Dan kien l-ewwel pass lejn il-formulazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni dettaljat, bil-għan li jintlaħaq it-tragward tan-newtralità fil-klima. L-istess Awtorità se tkun qed tippubblika tender fil-ġimgħat li ġejjin biex tqabbad ditta rinomata u b’għarfien tekniku, ħalli twettaq dan l-eżerċizzju.
Għawdex — Diversifikazzjoni tal-ekonomija - Proġetti
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti hemm maħsuba sabiex Għawdex jiddiversifika l-ekonomija tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar għaddej b’ħidma kontinwa biex jinħolqu aktar opportunitajiet, filwaqt li tiġi iddiversifikata l-ekonomija Għawdxija. Din il-ħidma qed issir fil-kuntest aktar wiegħsa, fosthom fl-isfond tat-tkabbir ekonomiku bla preċedent li rreġistrat l-ekonomija Għawdxija. Infatti, tajjeb li jiġi sottolineat li jekk wieħed iħares lejn il-Gross Value Added tal-gżira Għawdxija, hekk kif ippubblikati mill-NSO f’Diċembru tal-2023, jista jiġi nnotat kategoriji stabbiliti skont in-NACE Codes għal fini ta’ kumpilazzjoni ta’ data maħruġa mill-Unjoni Ewropea. B’kollox hemm 11-il NACE Code fejn wieħed isib kontribut importanti f’diversi kategoriji. Dan jirrifletti l-iżvilupp soċjo-ekonomiku li esperjenza Għawdex fl-aħħar snin. F’dan il-kuntest il-Ministeru nieda żewġ skemi ġodda - li se jibnu fuq il-Gozo Employment Refund Scheme u l-Gozo Back Office Scheme - bl-għan aħħari li jiġi inċentivat il-qasam ta’ knowledge based economy; liema qasam se jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ impjiegi aktar stabbli u t-tisħiħ tas-sostenibbilita’ ekonomika tal-gżira Għawdxija. Iż-żewġ skemi li ġew imnedija huma;
· Supporting Knowledge Based Sectors in Gozo Scheme; u
· Supporting Sustainable Quality Employment in Gozo Scheme.
It-tnedija ta’ dawn iż-żewġ skemi tikkumplimenta partijiet mill-istrateġija mnedija mill-Awtorita’ għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex (GRDA). Infatti l-istrateġija mnedija mill-GRDA tagħmel referenza għall-‘Ekonomija Ġdida’, fejn hemm elenkati għadd ta' mizuri b’rabta mat-tisħiħ tad-diversifikazzjoni ekonomika ta’ Għawdex. Fost il-miżuri li telenka l-istrateġija hemm il-proġett state of the art tal-Gozo Indoor Sports & Aquatic Pavilion, li se jkompli jsaħħaħ u jiddiversifika l-ekonomija Għawdxija permezz tal-impatt notevoli li mistenni jħalli fuq in-niċċa tat-turiżmu sportiv. Dan is-settur turistiku huwa ikkunsidrat bħala turiżmu kwalittativ li jrendi attivita’ ekonomika f’xhur li mhux neċessarjament huma kkunsidrati bħala peak. Apparti hekk, qed issir ħidma fuq proġetti oħrajn, fosthom ir-Rural Airfield li għandu l-potenzjal li jixpruna niċeċ ekonomiċi ġodda. Sa issa, diġa’ hemm interess minn operaturi barranin biex joperaw ċertu drones u testing tagħhom; fatturi li eventwalment se jgħinu biex jinħolqu opportunitajiet oħra fis-settur tal-avvjazzjoni. Intant, aktar informazzjoni u tagħrif dwar il-ħidma tal-Ministeru fil-qasam tad-diversifikazzjoni tal-ekonomija, inċentivi ta’ investiment u x-xogħol f’Għawdex, tinsab fil-pjattaforma diġitali investgozo.gov.mt li ġiet imnedija f’Marzu li għadda.