Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq il-Kapuċċini, ir-Rabat? Jekk iva, meta ser jibda?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fi Triq il-Kappuċċini huwa parti mix-xogħol li bħalissa għaddej fi Triq Ġorġ Pisani, Triq Patri Giaċintu Camenzuli u Triq Marsalforn.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Konsulenti u Persons of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ konsulenti u persons of trust fi ħdan il-Ministeru li huwa responsabbli għalih tul dawn l-aħħar ħames snin, bil-pagi u allowances kollha tagħhom, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 20921.
Għawdex – Skola Sekondarja tal-Gvern – Għalliem tal-Ingliż
Question
Fid-dawl li l-Iskola Sekondarja tal-Gvern ġewwa Għawdex ilha ġimgħat sħaħ mingħar għalliem tal-Ingliż għall-istudenti tal-Year 11 (Form 5), jista’ l-Ministru jgħid meta dawn ser jingħataw għalliem?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-għalliem għas-suġġett imsemmi, fl-iskola msemmija ntbgħat sabiex jibda' bis-servizz tiegħu.
Għawdex — Studenti b’diżabiltà li jagħlqu s-16-il sena - Korsijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema edukattiva f’Għawdex hux qed toffri xi korsijiet għal studenti b’diżabiltà li jagħlqu s-16-il sena? Jekk iva, jista’ jgħid jekk għal dawn il-korsijiet, dawn l-istudenti humiex qed ikunu offruti assistenza personali skont l-esiġenzi tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda kurrikulu nazzjonali speċifiku għall-istudenti li għandhom aktar minn 16-il sena li jattendu fl-iskola Sannar Primary and Special Unit. L-iskola toffri programm kurrikulari funzjonali (Functional Curriculum) bbażat fuq il-ħtiġijiet li joħorġu mill-Pjan Individwali Edukattiv għal kull student.
Fil-Unit Speċjali fl-iskola ta’ Sannat studenti minn sittax-il sena sa tnejn u għoxrin sena isegwu programm li għalkemm hu mibni fuq il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali huwa adattat għal kull student individwali. L-istudenti huma mqassma fi klassijiet fejn ikun hemm għalliem wieħed, erbgħa
Learning Support Educators
u mhux iktar minn tmin studenti.
Kull student, kull sena jkollu l-
Individualized Educational Programme
tiegħu maħdum b’konsultazzjoni mal-ġenituri u mal-professjonisti kollha li jsegwu lill-istudent. Xogħol l-għalliem hu li jara li kull student qed jirċievi tagħlim li hu tajjeb għall-istudent bl-għajnuna tal-
Learning Support Educators
.
Il-ġurnata tibda u tispiċċa b’dak li hu msejjaħ
Circle Time
. Waqt dan il-ħin il-klassi tkun miġbura kollha bħala familja u l-enfasi tkun fuq l-iżvilupp ta’ ħiliet soċjali. Fil-ħin l-ieħor il-ġurnata tkun mimlija b’attivita’ strutturata waħda wara l-oħra. Għalkemm f’ħin wieħed kulħadd ikun qed jagħmel il-Matematika ma jfissirx li l-istudenti kollha jkunu qed jagħmlu l-istess attività imma kollha kemm huma jagħmlu attività skont il-ħila u l-bżonn tagħhom.
Normalment l-attivitajiet ikunu marbuta ma tema partikulari li tinbidel kull ġimgħa.
Suġġetti li jiġu mgħallma huma:
· Malti
· Ingliż
· Matematika
· Xjenza Ġenerali
· Reliġjon
· Office Skills
· Lego Club
· Edukazzjoni Fiżika
· Tisjir
· Life-Skills
· Home Management
· Hydrotherapy
· Ħiliet fl-Informatika ( ICT Skills)
Fl-aħħar tas-sena jsir
Review
tal-
Individualized Educational Plan
biex jiġi diskuss flimkien mal-ġenituri l-progress li sar. Dan ir-
Review
iservi bħala bażi għat-tagħlim li jingħata fis-sena ta’ wara.
Il-filosofija tal-iskola hi li fl-istudent ma narawx dak li ma jafx jew mhux kapaċi jagħmel imma naraw il-potenzjal partikulari tal-istudent, anke b’diżabilità severa u nippruvaw niżviluppawh.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — CEOs u membri fi ħdan il-bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-CEOs u l-membri fi ħdan il-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll il-ħlas u l-perkaċċi ta' dawn is-CEOs u l-membri f’dawn il-bordijiet u l-perjodu tal-ħatra tagħħom?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21721, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u li issa ġiet referuta lilu u jgħid liema huma l-għases f’Għawdex li jkunu miftuħa 24 siegħa kuljum u ċjoè ma jingħalqux għal ebda raġuni, fejn wieħed jista’ jdaħħal rapport hu x’inhu? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-għases f’Għawdex li huma magħluqa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li llum Għawdex għandu mhux biss Għases li joperaw 24/7, iżda Għawdex kollu huwa kopert bil-pulizija tal-komunità, li hija strateġija effettiva u differenti minn dik ta’ meta snin ilu kien hemm taparsi għases miftuħa b’pulizija wieħed jew miftuħa biss f'okkażjonijiet oħra bħal fil-ġimgħa tal-festa. Infurmat għalhekk li l-Għases tal-Imġarr, ir-Rabat u Marsalforn, flimkien max-Xlendi (tul ix-xhur tas-Sajf), joperaw 24 siegħa kuljum. Hemm ukoll uffiċċji operattivi li jaħdmu minnhom il-Pulizija tal-Komunità, f’Għajnsielem, l-Għarb, l-Għasri, Kerċem, in-Nadur, il-Qala, San Lawrenz, is-Sannat, Ta’ Pinu, ix-Xagħra, ix-Xewkija u ż-Żebbuġ. L-Għases tar-Rabat u Marsalforn iservu wkoll ta' uffiċċju għall-Pulizija tal-Komunità.
Servizz Pubbliku — Manwal li jirregola l-Headship Positions
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema hu l-Manwal li jirregola l-Headship Positions fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta? Jista’ wkoll jindika d-data li fih ġie fis-seħħ tali Manwal u permezz ta’ liema strument legali?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li tali Manwal huwa intitolat Manual regarding Headship and Assistant Director positions in the Malta Public Service li huwa aċċessibbli mis-sit tas-Servizz Pubbliku, bil-verżjoni kurrenti fis-seħħ mit-31 ta’ Lulju 2024. Qed inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dan il-Manwal huwa komplementari mal-Kodiċi dwar l-Immaniġġjar tas-Servizz Pubbliku (PSMC) u għandhom status legali ta’ Direttiva bis-saħħa tad-Direttiva emendata 1.1, maħruġa skont l-Att dwar L-Amministrazzjoni Pubblika.
Jista’ l-Ministru jindika liema huma l-għases f’Għawdex li jkunu miftuħa 24 siegħa kuljum u ċjoè ma jingħalqux għal ebda raġuni, fejn wieħed jista’ jdaħħal rapport hu x’inhu? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-għases f’Għawdex li huma magħluqa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Uffiċjali pubbliċi taħt akkuża kriminali li ma ġewx sospiżi mix-xogħol
Question
Jista’ l-Prim Ministru jelenka kemm hemm uffiċjali pubbliċi taħt kull Ministeru li huma taħt akkuża kriminali u li ma ġewx sospiżi mix-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-uffiċjali ġew innominati biex ikunu membri f xi bord ta’ għażla, matul il-perodju fejn l-akkuża kriminali kienet għadha effettiva?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Lulju 2024, kien hemm 54 uffiċjal pubbliku li kellhom proċeduri kriminali għaddejjin kontrihom u li ma ġewx sospiżi mill-eżerċizzju tas-setgħat u l-funzjonijiet tal-kariga tagħhom għal skopijiet ta’ prekawzjoni. Minn dawn il-54 uffiċjal, tlieta ġew maħtura fuq Bord ta’ Selezzjoni.
Sustainable Urban Development Fund — Pjanijiet u proposti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanijiet u l-proposti magħżula li se jiġu proposti għall-kofinanzjament mis-Sustainable Urban Development Fund?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentement għaddejjin ix-xogħolijiet fuq l-proposti li se jkunu mressqa għall-konsiderazzjoni tal-kofinanzjament mis-Sustainable Urban Development Fund u l-pjanijiet rispettivi tagħhom. Dan ix-xogħol għandu jitlesta fil-gimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk infetħetx is-sejħa għall-proposti għas-Sustainable Urban Development Fund? Jekk iva, jista’ jgħid meta hi d-deadline għal din is-sejħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li nħarġet sejħa f’Ġunju, fejn il-Managing Authority (MA) infurmat formalment lill-MGP bit-tnedija tas-Sejħa 21 taħt il-Programm ERDF/CF/JTF. Is-sejħa hija ristretta għall-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u tiffoka speċifikament fuq żewġ interventi: (i) improving the environment and a shifting towards a climate neutral economy u (ii) protecting and promoting Gozo’s characteristics and fostering Gozo’s socio-economic fabric. L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-proposta tagħlaq fit-8 ta’ Novembru 2024.
Jista' l-Ministru jispjega x'ser ikun l-irwol ta' Projects Gozo?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-istqarrija għall-istampa numru PR241492 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. Kopja tal-istqarrija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 21313 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar iwaqqaf il-kumpanija Projects Gozo Limited.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il skola tal-Istat f’Għawdex sarilha xogħol ta' manutenzjoni bejn Jannar 2024 u Settembru 2024? Jista’ jgħid ukoll liema kienu dawn l-iskejjel u x'xogħol sar fuqhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabret eco-contribution minn Għawdex matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant illi għall-informazzjoni tas-snin 2021 u 2022 jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9271.
Għas-snin 2023 u 2024 (sal-11 ta’ Lulju 2024) l-informazzjoni hi skont it-tabella hawn taħt:
SENAEKO-KONTRIBUZZJONI MIĠBURA MIN GĦAWDEX
2023 € 275,674.00
2024 € 96,984.50 *(sal-11 ta' Lulju 2024)
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19754, 20236 u 20475 u jagħti lista ta’ persuni li f’dawn l-aħħar għaxar snin kellhom il-passaport diplomatiku Malti, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari għadha qed tkun imħejjija.