Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu kemm f’Malta, kif ukoll f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x'miżuri u x'azzjonijiet ittieħdu jew qed jittieħdu għaż-żamma u l-manutenzjoni tagħhom?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x'miżuri u x'azzjonijiet ittieħdu jew qed jittieħdu għaż-żamma u l-manutenzjoni tagħhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 11490.

Gozo Channel — Ir-raba’ vapur

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar ir-raba’ vapur ġdid għall-Gozo Channel li ġie mwiegħed għal din is-sena? Jista’ jgħid ukoll jekk dan hux ser jinkera jew jinxtara?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel tinsab fil-proċess li toħroġ tender għal vapur ġdid.

Għawdex — Sptar ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-ewwel fażi tal-isptar il-ġdid ġewwa Għawdex, li ġiet imwiegħda li kellha titlesta sal-ewwel kwart ta' din is-sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li x-xogħol relatat mal-istudji ġeoteknici ġew konklużi, bir-rapporti tar-riżultati jkunu f’idejna fil-ġimgħat li ġejjijn. It-tenders relatati mar-rilokazzjoni ta’ pazjenti u servizzi fil-binja ta’ nofsinhar tal-isptar qegħdin fi stadji varji tal-proċess tal-akkwist. Id-dokumentazzjoni relatata mal-immaniġjar tal-proġett ġiet żviluppata u qed tiġi riveduta. Ġie konkluż il-proċess ta' konsultazzjoni tas-suq ma' azjendi potenzjali li joffru s-servizzi relatati ma’ disinn u superviżjoni għall-isptar akut il-ġdid. Konkluż ukoll il-proċess ta’ verifikazzjoni tal-ispejjeż tal-proġett.

Gozo Channel — Kirja ta’ uffiċċju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-kirja tal-post li se jinbena bħala uffiċċju tal-Gozo Channel flok il-garaxx li kien użat bħala supermarket? Jista’ jgħid ukoll kemm inħarġu flus mill-Gozo Channel għat-tiswija ta' dan il-post sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Niniforma lill-Onor. Interpellant li l-kirja medja li l-Gozo Channel qeda’ tħallas fuq l-uffiċini hija ta’ Eur65,129.48 kull sena.

Ta’ Sannat — Triq il-Qasam - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq il-Qasam, int u dieħel is-Sannat? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirefferi għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 22958.

Rabat/Xagħra — Triq San Anard - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq San Anard, mir-Rabat għax-Xagħra? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq isiru skont l-esigenzi minn żmien għal żmien.

Rabat/Nadur — Triq ir-Rabat u Ta’ Xħajma - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq ir-Rabat u Triq Ta' Xħajma mir-Rabat għan-Nadur? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq isiru skont l-esigenzi minn żmien għal żmien.

Nadur/Qala — Triq il-Qala - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq il-Qala, minn Nadur għall-Qala? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirefferi għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 24153.

Għawdex — Skola Sekondarja - Handyman

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser ikun hemm ingaġġ ta’ handyman fl-Iskola Sekondarja tal-Gvern ta' Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Maintenance Unit tal-Education li taqa’ taħt il-Ministeru għal Għawdex u l-Ipjannar tagħmel il-manutenzjoni li jkun hemm bżonn fl-iskejjel kollha ta’ Għawdex.

Il-Fontana — Triq tal-Għajn u l-Qalb ta' Ġesù - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq tal-Għajn u Triq il-Qalb ta' Ġesù, fil-Fontana? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru diskussjonijiet mal-kunsill lokali kif ukoll qed isiru diskussjonijiet mal-entitajiet ikkonċernati sabiex imbagħad ikun jista’ jibda l-proċess sabiex isiru.

Ta’ Kerċem — Triq Wied il-Lunzjata - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq Wied il-Lunzjata, fid-daħla ta' Kerċem? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li ġejjin ħierġa t-tender għal geological investigations fil-Wied tal-Lunzjata.

Marsalforn — Triq il-Qbajjar - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq il-Qbajjar, f’Marsalforn? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin f’diskussjonijiet mal-entitajiet ikkonċernati.

L-Għasri — Triq iż-Żebbuġ - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq iż-Żebbuġ, fl-Għasri? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li bħalissa l-Ministeru qed jaħdem sabiex tinħareġ sejħa għall-offerti għall-studji u l-preparamenti ta’ dokumentazjoni meħtieġa sabiex toħroġ it-tender għax-xogħlijiet.

Iż-Żebbuġ, Għawdex — Triq il-Knisja - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq il-Knisja, iż-Żebbuġ Għawdex? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Ministeru qed jaħdem biex tinħareġ sejħa għall-offerti għall-studji, u kif ukoll il-preparamenti ta’ dokumentazzjoni meħtieġa, biex toħroġ it-tender għax-xogħlijiet.

Il-Qala — Triq l-Indipendenza - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq l-Indipendenza, il-Qala? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq isiru skont il-prijoritajiet li jkunu qed jinbidlu minn żmien għal żmien.

Għajnsielem — Triq ta' Bordin - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq ta' Bordin, Għajnsielem? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Water Services Corporation ħarġet it-tender; WSC/T/120/2024 – Works – Trenching and pipelaying works in an environmentally friendly manner by WSC – Tender for water and new water works at Għajnsielem, Xewkija and Nadur Gozo. Din it-tender tinkludi xogħol fi Triq ta’ Bordin, Għajnsielem.