Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' omiċidju ġewwa Għawdex, sena b'sena, mill-2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ persuni li mietu kawża ta' omiċidju ġewwa Għawdex, mis-sena 2013 sal-15 ta’ Novembru 2022 kien kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Omiċidji f' Għawdex
Sena
Każijiet
Vittmi
2013
1
1
2014
0
0
2015
1
1
2016
0
0
2017
0
0
2018
1
1
2019
0
0
2020
0
0
2021
0
0
2022
2
2
Total
5
5
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3744 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jekk hemmx pjan dwar parkeġġ pubbliku ġewwa r-Rabat, Għawdex? Jekk iva, fejn hu ppjanat li jiġi mibni u meta ser jinbeda?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru għaddej bil-pjanijiet meħtieġa biex titwettaq il-wegħda elettorali marbuta ma’ parkeġġi ġodda u spazji miftuħa kif imwiegħed u li l-poplu Għawdxi, tagħna mandat b’saħħtu għalih.
Uffiċċju tal-Public Transport fit-Terminus tar-Rabat Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentarui 3583 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-Uffiċċju tal-Public Transport fit-Terminus tar-Rabat, Għawdex ingħalaq? Per konsegwenza, min jitlef Tallinja Card f’Għawdex irid imur bilfors Malta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi kollha jistgħu jingħataw minn fuq it-telefown, mis-sit www.publictransport.com.mt jew inkella mit-Tallinja App.
Minbarra hekk ninsab infurmat mill-operatur tat-Trasport Pubbliku li l-uffiċċju tagħhom fit-terminus tal-karrozzi tal-linja fir-Rabat, Għawdex, reġa’ jinsab miftuħ kull nhar ta’ Sibt filgħodu proprju minn nhar is-Sibt li għadda, 19 ta’ Novembru.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Malta la hawn Konslu u lanqas Ambaxxata tal-Brażil?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni u r-raġuni dwar x’livell ta’ rappreżentanza li pajjiż ikollu jew ma jkollux f’Malta hija għad-diskrezzjoni tal-pajjiż barrani u mhux ta’ Malta. Madankollu, il-Brażil huwa akkreditat għal Malta minn ġewwa Ruma u reċentement il-Brażil ressaq talba lill-Gvern Malti sabiex jaħtar Konslu Onorarju f’pajjiżna liema talba qiegħda tiġi pproċessata.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet rigward il-post permanenti għall-Middle School ta’ Għawdex?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tat-tkabbir u l-immodernizzar tal-Middle School li tifforma parti mill-Kulleġġ t’Għawdex hu parti minn proġett ikbar li jinvolvi wkoll il-bini ta’ Skola Primarja ġdida u ċentru għall-ħarsien tat-tfal. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni jinsab fi stadju avvanzat ħafna, filwaqt li għaddejjin il-preparazzjonijiet biex jibda x-xogħlijiet mekkaniċi u elettriċi, kif ukoll ta’ finishes.
Għawdex – Sptar Ġenerali – tqassim ta’ deżerta mal-ikel
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi r-raġuni li d-deżerta mal-ikel mhux qed tingħata dejjem lill-pazjenti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-meal plan tal-pazjenti individwali tista' tkun skont kif indikat mill-professjonisti kliniċi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx għaliex il-P71 tal-AFM Maritime Squadron li ġiet ordnata snin ilu ma ġiex maħsub għaliha shore supply tal-elettriku? Kemm qed tiġi tiswa kuljum lill-Gvern Malti f’diesel billi l-P71 spiċċat qed tieħu supply tal-elettriku minn generator fuq l-art? Meta ser jibda x-xogħol biex isir shore supply? Jekk jaf b’dan kollu, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-karti ta’ kemm qed tiġi tiswa kuljum lill-Gvern Malti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi x xogħol ta’ shore supply ilu li beda minn Awwissu tas-sena 2019, bir-raba’ sejħa ġiet ippubblikata f’Lulju tas-sena 2022. Il-kuntrattur rebbieħ ġie notifikat u bħalissa s-sejħa qiegħda fl-istadju tal-appell. L-Iskwadra Marittima bħalissa qiegħda tuża wieħed mill-ġeneraturi tagħha sabiex tipprovdi l-elettriku lill-vapur u għadu kmieni wisq sabiex toħroġ stima preċiża fid-dawl li din waslet f'Malta fl-aħħar jiem.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar x'tip ta' mediċini qed jingħataw mill-POYC lil persuni li jbatu mill-Fibromyalgia? Hemm pjan li dawn il-persuni jiġu mogħtija kupuni fix-xahar bħala għajnuna biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-ispiża li jkollhom bżonn apparti l-mediċina, fosthom pixxina, fiżjoterapija u chiropractor, għax mhux dejjem ikun vijabbli li jużaw is-servizz tal-Gvern minħabba li l-appuntamenti mhux dejjem ikunu kemm hemm bżonn u dan minħabba l-lista twila ta' persuni li qed ibatu minn din il-kondizzjoni dejjem tikber?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għall-Fibromylagia, qed jingħataw tlett tipi ta mediċini – Amitriptyline, Tramadol u Pregabalin. Jekk persuni li jbatu mil-Fibromyalgia ikollhom bzonn fiżjoterapija din tingħata b’xejn miss-servizzi tas-saħħa.
Għawdex – Għajnsielem Triq l-Imġarr — reflective arrows
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li jsiru reflective arrows fil-crossroad li hemm fit-tarf ta' Triq l-Imġarr, ħdejn il-Knisja ta' Lourdes, f’Għajnsielem sabiex jiġu evitati inċidenti koroh?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindika eżattament għal liema sit qed jirreferi. Il-Ministeru ma jsibx oġġezzjoni u jilqa' kull suġġeriment biex tissaħħaħ is-saħħa u s-sigurtà ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm tibdil fit-telework għall-ħaddiema fid-Dipartiment tat-Taxxa? Jekk iva, x’kienet il-bidla u x’inhi r-raġuni li saret din il-bidla?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għat-teleworking jiġu riveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3300 u jgħid kemm hawn anzjani Għawdxin li jridu s-servizz ta’ helpers fid-djar tagħhom, imma mhux jingħatalhom? Jista’ jgħid kemm hawn anzjani li sa sitt xhur ilu kellhom is-servizz ta’ helpers fid-dar tagħhom f’Għawdex, imma m’għadux jingħatalhom? Jista’ jgħid ukoll minn Jannar tal-2021 sal-lum kemm kien hemm helpers f’Għawdex li telqu minn fuq il-post tax-xogħol tagħhom? Jista’ jgħid kemm hu dan l-ammont kull xahar tal-helpers li telqu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li numru ta’ homehelpers irtiraw biż-żmien jew irriżenjaw, id-Direttorat qiegħed fil-proċess li jsaħħaħ dan is-servizz sabiex ilaħħaq mad-domanda li dejjem qed tiżdied.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk hemmx ħsieb biex is-CGM (Continuous Glucose Monitoring) tingħata lil dawk bid-dijabete ta' bejn il-21 u 35 sena? Jekk iva, meta ser tidħol fis-seħħ din il-miżura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 3388.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu atti kriminali ġewwa Għawdex sena b’sena f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-ammont ta’ reati kriminali rrappurtati f’Għawdex mis-sena 2018 sal-aħħar ta’ Ottubru ta' din is-sena, kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt.
Sena
Rapporti ta’ każi kriminali Għawdex
2018
713
2019
816
2020
747
2021
855
2022
(sa Ottubru)
761
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema għajnuna speċifika, inkluż dik finanzjarja, jew inċentiva tingħata lil dawk l-isportivi Għawdxin b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fl-iSpecial Olympics?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx pjan dwar parkeġġ pubbliku ġewwa r-Rabat, Għawdex? Jekk iva, fejn hu ppjanat li jiġi mibni u meta ser jinbeda?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3744 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.