B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4802, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tas-sitt kumpaniji u/jew individwi li ghandhom applikazzjonijiet pendenti, konfermata bħala applikazzjoni kompluta mill-1 ta’ Ġunju 2021 sas-7 ta’ Diċembru 2022?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentarti 3952, u peress li ninsab informat li dan il-proġett ġie trasferit mill-Ministeru tal-Edukazzjoni għall-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet dwar il-post permanenti għall-Middle School ta’ Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 3592.
Pulizija – żieda għal dawk li jaqbżu d-29 sena servizz
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif se taħdem iż-żieda għal dawk il-pulizija li jaqbżu d-disgħa u għoxrin (29) sena ta' servizz?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onorevoli Interpellant huwa skorrett li jindika li din il-miżura ser tkun tapplika għal-Korp tal-Pulizija biss. Dan għaliex il-Budget preżentat għas-sena 2023 jgħid ċar li din il-miżura tapplika għal Korpi dixxiplinati kollha.
Il-Gvern iddeċieda li jibda jwettaq il-wegħdi fil-manifest elettorali tiegħu immedjatament permezz tal-ewwel budget ta’ din il-leġislatura. Għaldaqstant fi żmien li ġej ser ikunu mħabbra d-dettalji ta’ din l-inizjattiva li ser tkun implimentata mis-sena 2023.
Jista’ l-Ministru jikkonferma kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jinbnew kliniċi mediċi ġewwa Malta u Għawdex tul l-aħħar sena u nofs?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4802, ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar għandha pendenti quddiema sitt applikazzjonijiet, kkonfermata bħala applikazzjoni kompluta mill-1 ta’ Ġunju 2021 sas-7 ta’ Diċembru 2022, li tirrigwarda bini ta’ kliniċi mediċi ġewwa Malta u Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex isiru estensjonijiet fuq kliniċi mediċi ġewwa Malta u Għawdex tul l-aħħar sena u nofs?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4827, ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar ma għandha l-ebda applikazzjoni li ġiet kkonfermata bħala applikazzjoni kompluta mill-1 ta’ Ġunju 2021 sas-7 ta’ Diċembru 2022 li tirrigwarda żidiet ma’ klinika medika u li għadha pendenti.
Professjonisti tas-saħħa – taħriġ dwar il-Fibromyalgia u l-ME
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4732, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Ibbażat fuq l-Art. 26 tal-UNCRPD, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jiżgura li l-professjonisti tas-saħħa tagħna, ir-rewmatisti u n-newroloġisti qed ikomplu t-taħriġ u l-edukazzjoni tagħhom dwar il-Fibromyalgia u l-ME? Kemm qed jinvesti l-istat f’taħriġ kontinwu lill-professjonisti kollha fuq mard debilitanti bħal dan, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fil-komunità?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skejjel tal-Knisja – Laboratory Technicians — promozzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx diskussjonijiet biex il-Laboratory Technicians fl-iskejjel tal-Knisja jingħataw il-promotions ta' ATO, TO, STO U PTO, bħall-iskejjel tal-Gvern? Jekk iva, fiex waslu dawn id-diskussjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ibbażat fuq l-Art. 26 tal-UNCRPD, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jiżgura li l-professjonisti tas-saħħa tagħna, ir-rewmatisti u n-newroloġisti qed ikomplu t-taħriġ u l-edukazzjoni tagħhom dwar il-Fibromyalgia u l-ME? Kemm qed jinvesti l-istat f’taħriġ kontinwu lill-professjonisti kollha fuq mard debilitanti bħal dan, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fil-komunità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill Ministeru kkonċernat
Jista' l-Ministru jgħid x'toroq hemm ippjanati li jiġu riġenerati fir-Rabat, Għawdex matul is-sena 2023?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li beda x-xogħol fuq Triq Ġużeppi Spiteri u dalwaqt ser jibda x-xogħol fuq Triq ta’ Wara s-Sur. Aktar 'il quddiem se nkun qed inħabbar aktar xogħlijiet f’numru ta’ toroq oħra fir- Rabat, Għawdex.
Special Olympics – għajnuna lil sportivi Għawdxin b’diżabilità
Question
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3785 u 4132, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-fondi se jingħataw lil dawk l-isportivi Għawdxin b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fl-iSpecial Olympics?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi kollha li jingħataw minn Special Olympics jibbenefikaw minnhom l-atleti b’mod ekwu bla ebda distinzjoni bejn Maltin u Għawdxin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4381, u jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' fondi miksubin minn Għawdex taħt dawn il-programmi:
- Programm ta' Koeżjoni;
- ERDF;
- ESF;
- Agrikoltura; u
- Sajd?
Jista' jelenka dawn il-proġetti taħt il-programm rispettiv?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika hux qed jirreferi għall-programm li qegħdin fih jew għal programm il-ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx diskussjonijiet biex il-Laboratory Technicians ġewwa l-iskejjel tal-Gvern jingħataw il-promotions ta' ATO, TO, STO U PTO? Jekk iva, fiex waslu dawn id-diskussjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' fondi miksuba minn Għawdex taħt dawn il-programmi:
- Programm ta' Koeżjoni;
- ERDF;
- ESF;
- Agrikultura; u
- Sajd?
Jista' jelenka dawn il-proġetti taħt il-programm rispettiv?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma kemm hu l-persentaġġ ta' fondi miksuba minn Għawdex taħt dawn il-programmi:
- Programm ta' Koeżjoni;
- ERDF;
- ESF;
- Agrikultura; u
- Sajd?
Jista' jelenka dawn il-proġetti taħt il-programm rispettiv?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura u tingħata f’seduta oħra.
Għawdex –Taxxa miġbura minn lukandi u akkomodazzjonijiet oħra
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4161, jista' l-Ministru jgħid kemm mid-dħul tat-taxxa fuq kull lejl fil-hotels u akkomodazzjonijiet oħrajn minn indirizzi reġistrati f’Għawdex ġie investit f'Għawdex stess?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif spjegat fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4161, saru diversi interventi matul iż-żmien, bl-aħħar intervent, ċjoèl-iscuttling tal-Hephaestus fl-inħawi tax-Xatt l-Aħmar, jiġi jiswa nofs miljun Ewro.
Għawdex — Fondi Ewropej (Programming period 2014-2020) – fondi mogħtija u mitlufa
Question
Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3868 u jikkonferma kemm Fondi Ewropej ġew mogħtija u mitlufa fuq proġetti ġewwa Għawdex matul il-'programming period' 2014-2020?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-‘programming period’ 2014-2020 għadu miftuħ u għaldaqstant allokazzjonijiet ta’ fondi għadhom fil-perjodu ta’ eliġibbiltà b'ebda telf irreġistrat.
Special Olympics – għajnuna lil sportivi Għawdxin b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3743 u jagħti tagħrif dwar liema għajnuna speċifika, inkluż dik finanzjarja, jew inċentiva tingħata lil dawk l-isportivi Għawdxin b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fl-iSpecial Olympics?
Għawdex –Taxxa miġbura minn lukandi u akkomodazzjonijiet oħra
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2169, jista' l-Ministru jgħid kemm mid-dħul tat-taxxa fuq kull lejl fil-hotels u akkomodazzjonijiet oħrajn minn indirizzi reġistrati f’Għawdex ġie investit f'Għawdex stess?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-fond imsemmi mhux amministrat minn dan il-Ministeru, ħdimna kontinwament flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu, biex Għawdex jibqa’ jkun destinazzjoni ta’ eċċellenza u distinta minn Malta. Fost oħrajn sar ħafna xogħol u investiment f’diversi bajjiet u żoni turistiċi oħrajn, inkluż scuttling tal-vapur Hephaestus fl-inħawi tax-Xatt l-Aħmar biex iservi ta’ attrazzjoni ġdida ma’ dawk li diġà hemm għall-benefiċċju tas-settur tad-diving, niċċa turistika ta’ importanza kbira u li qabdet sew f’Għawdex. Aktar ħidma simili ppjanata għaż-żmien li ġej.
Pazjenti Għawdxin li jieħdu l-Kimoterapija fis-SAMOC
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti Għawdxin li qed jagħmlu użu mill-Kimoterapija ġewwa Sir Anthony Mamo Oncology Centre? Jista' jikkonferma kemm hemm pazjenti li jagħmlu użu mill-kimoterapija ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Mater Dei hemm 31 pazjent Għawdxi li qed jagħmel użu mill-Kimoterapija ġewwa Sir Anthony Mamo Oncology Centre u 25 pazjent li qed jagħmlu uzu mis-servizz tal-kimoterapija gewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.