Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel tal-Knisja – Laboratory Technicians — promozzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5267, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet biex il-Laboratory Technicians fl-Iskejjel tal-Knisja jingħataw il-promozzjonijiet ta' ATO, TO, STO u PTO bħall-Iskejjel tal-Gvern?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet biex jiġi stabbilit kif jistgħu jingħataw dawn il-promozzjonijiet minħabba li l-gradi ta’ TO, STO u PTO għal-iskejjel tal-istat huma pożizzjonijiet fejn l-uffiċċjali jservu f’numru ta’ skejjel jew saħansitra l-iskejjel kollha taħt l-istess employer filwaqt li dan mhux il-każ fl-iskejjel tal-Knisja.

Għawdex — ftuħ tas-CDAU

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6258 dwar il-ftuħ ta’ Child Development Assessment Unit (CDAU) ġewwa Għawdex, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet bejnu u l-Ministri kkonċernati l-oħra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet mal-Ministeru għas-Saħħa u għall-Edukazzjoni.

Rabat/Marsalforn, Għawdex – Triq Marsalforn – applikazzjoni għal fondi Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk applikax għal Fondi Ewropej għar-rikostruzzjoni ta’ Triq Marsalforn, mir-Rabat għal Marsalforn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kostruzzjoni ta’ din it-triq ser isiru minn fondi lokali. Ix-xogħol għadu ma bediex minħabba appell li għaddej quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.

Gozo Innovation Hub – kumpaniji privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji privati ġewwa l-Gozo Innovation Hub? Kemm iħaddmu persuni dawn il-kumpaniji?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħataw fil-mistoqsijiet parlamentari numri 2509 u 6469 .

Gozo Innovation Hub – ftuħ ta’ kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija fetħet ġewwa l-Gozo Innovation Hub u kemm iħaddmu nies?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ħames kumpaniji ingaġġati fl-informazzjoni u t-Teknoloġija li fetħu ġewwa l-Gozo Innovation Hub u dawn jimpjegaw erbgħa u tletin ħaddiem bejniethom.

Pulizija – Persuni akkużati bi traffikar ta’ droga f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni akkużati bi traffikar ta’ droga f’Għawdex, sena b'sena, mill-2013 sal-2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li ġew akkużati bi traffikar ta’ droga f’Għawdex mill-Pulizija tad-Distrett u dawk tat-Taqsima ta’ Kontra d-Drogi, sena b'sena, mill-2013 sas-16 ta’ Frar 2023 kien kif jidher hawn taħt. Infurmat li hemm każijiet fejn għalkemm il-persuni tressqu fil-Qorti fis-snin indikati, ir-reat seta' seħħ qabel. Sena Numru ta’ persuni li ġew akkużati bi traffikar ta’ droga f’Għawdex 2013 4 2014 4 2015 5 2016 6 2017 4 2018 4 2019 14 2020 6 2021 - 2022 3

Pulizija – rapporti dwar każi ta’ omiċidji f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ omiċidji ġewwa Għawdex, sena b'sena, mill-2013 sal-2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ każijiet ta’ omiċidji li seħħew ġewwa Għawdex, mis-sena 2013 sa 2023 kien kif indikat fit-tabella hawn taħt: Year Cases 2013 1 2014 0 2015 1 2016 0 2017 0 2018 1 2019 0 2020 0 2021 0 2022 2 2023* 0 Total 5 *sa 16 ta Frar

Pulizija – persuni akkużati bir-reat ta’ vjolenza domestika f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti mill-Pulizija akkużati bir-reat ta’ vjolenza domestika f’Għawdex, sena b'sena, mill-2013 sal-2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ persuni li tressqu persuni l-Qorti mill-Pulizija akkużati b'reati relatati ma' vjolenza domestika f’Għawdex, sena b'sena, mill-2013 sal-2023 kien kif jidher fit-tabella hawn taħt: Persuni mressqa l-Qorti mill-Pulizija akkużati b'reati relatati ma' vjolenza domestika f’Għawdex Sena Ammont 2013 44 2014 59 2015 46 2016 56 2017 48 2018 55 2019 23 2020 50 2021 53 2022 64 2023* 19 *sa 15 ta Frar

Għawdex — ftuħ tas-CDAU

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta huwa ppjanat li jiftah iċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) ġewwa Ghawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għadejjin diskussjonijiet mal-Ministeri għall-Edukazjoni u għal Għawdex dwar dan.

Persuni bil-kondizzjoni ta’ Multiple Sclerosis – Mediċina ‘Kesimpta (ofatumumab)’

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-proċess ta’ tendering għall-mediċina‘Kesimpta (Ofatumumab)’ sabiex tingħata lil min ibati minn Multiple Sclerosis?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ħareg l-ebda tender għall mediċina li qed jirreferi għaliha.

Sptar Mater Dei – apparat fis-Sleep Lab

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3290, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal ix-xogħol li kien għaddej biex jiġi ppubblikat tender bi specifications sabiex jinxtara apparat addizzjonali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm żewġ tenders għand id-Dipartiment tal-Kuntratti, li jikkorċennaw id-Dipartiment tal-Sleep Lab.

Għawdex — spetturi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3239, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jkun hemm it-tielet spettur f’Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kif dejjem sar kull żieda jew tqassim ieħor ta’ membri fil-Korp f’kull rank, jiġi determinat u jsir skond l-esiġenzi u n-neccessitajiet fl-aħjar interess tal-komunità u tal-Korp.

Għawdex – Triq Ġdida fi Triq l-Ewropa — manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan sabiex New Street ġewwa Triq l-Ewropa titranġa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta’ rikostruzzjoni fuq din it-Triq huwa parti mill-Proġett ta’ rikostruzzjoni ta’ Triq Marsalforn. Bħalissa il-proċess huwa wieqaf peress li hemm appell quddiem l-Awtorita tal-Ippjanar.

Skejjel tal-Knisja – Laboratory Technicians — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4840 u 4901 u jgħid jekk hux qegħdin isiru diskussjonijiet biex il-Laboratory Technicians fl-Iskejjel tal-Knisja jingħataw il-promozzjonijiet ta' ATO, TO, STO u PTO bħall-Iskejjel tal-Gvern? Jekk iva, fiex waslu dawn id-diskussjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet neċessarji għadhom għaddejin.

Għawdex – Għoti ta’ fondi għal diversi programmi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4382 u jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' fondi miksubin minn Għawdex taħt dawn il-programmi: - Programm ta' Koeżjoni; - ERDF; - ESF; - Agrikoltura; u - Sajd? Jista' jelenka dawn il-proġetti taħt il-programm rispettiv?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni li qed tiġi mitluba tinsab fit-tabella, hawn taħt. Għawdex- Għoti tà Fondi għal Diversi Programmi Isem tal-Fond Fondi Kommessi/ Imħallsa Persentaġġ tà Fondi miksuba minn Għawdex Cohesion Fund €23,140,063.58 9.60% ERDF €46,836,291.73 7.09% ESF( excluding the Wage Subsidy Scheme) €18,257,071.07 11.49% EAFRD €35,667,957.0 18.19% EMFAF €4,948,269.85 21.87%

Għoti ta’ fondi għal diversi programmi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4381 u jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' fondi miksuba minn Għawdex taħt dawn il-programmi: - Programm ta' Koeżjoni; - ERDF; - ESF; - Agrikultura; u - Sajd? Jista' jelenka dawn il-proġetti taħt il-programm rispettiv?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Għawdex huwa ntitolat għal 10% tal-allokazzjoni tal-fondi tal-Cohesion Fund (CF), il-European Regional Development Fund (ERDF) u l-European Social Fund + (ESF+) tal-programm il-ġdid 2021-2027. Il-Ministeru għal Għawdex jista’ japplika taħt is-sejħiet, bi proposti għal proġetti taħt il-programmi msemmija (CF, ERDF, ESF+, EAFRD, EMFAF), hekk kif l-Awtorita’ ta’ Ġestjoni toħroġ is-sejħiet rispettivi

Anzjani Għawdxin – servizz ta’ helper fid-dar

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3813, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi u jekk iva, x'tip ta' żviluppi kien hemm f'dan ir-rigward?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Novembru sal-lum bdew jagħtu s-servizz erba assistenti soċjali ġodda, li qed jaħdmu perezz ta’ tender, u li qed jaqdu 41 dar. Min-naħa l-oħra, irritornaw lura għax-xogħol - wara l-leave tal-maternita’ - żewġ assistenti soċjali li bejniethom qed jaqdu 29 dar. Il-kuntrattur offra li min irid jista jaħdem overtime u d-differenza tħallasha l-kumpanija. B’dan il-mekkaniżmu tal-overtime qed jinqdew 12-il dar.

Taħriġ u edukazzjoni dwar il-Fibromyalgia u l-ME

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4902 u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4732, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Ibbażat fuq l-Art. 26 tal-UNCRPD, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jiżgura li l-professjonisti tas-saħħa tagħna, ir-rewmatisti u n-newroloġisti qed ikomplu t-taħriġ u l-edukazzjoni tagħhom dwar il-Fibromyalgia u l-ME? Kemm qed jinvesti l-istat f’taħriġ kontinwu lill-professjonisti kollha fuq mard debilitanti bħal dan, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fil-komunità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Skejjel tal-Knisja – laboratory technicians — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4840 u jgħid jekk hux qegħdin isiru diskussjonijiet biex il-Laboratory Technicians fl-Iskejjel tal-Knisja jingħataw il-promozzjonijiet ta' ATO, TO, STO U PTO bħall-Iskejjel tal-Gvern? Jekk iva, fiex waslu dawn id-diskussjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Taħriġ u edukazzjoni dwar il-Fibromyalgia u l-ME

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4732, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Ibbażat fuq l-Art. 26 tal-UNCRPD, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jiżgura li l-professjonisti tas-saħħa tagħna, ir-rewmatisti u n-newroloġisti qed ikomplu t-taħriġ u l-edukazzjoni tagħhom dwar il-Fibromyalgia u l-ME? Kemm qed jinvesti l-istat f’taħriġ kontinwu lill-professjonisti kollha fuq mard debilitanti bħal dan, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fil-komunità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.