Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid it-time frame ta’ meta ser tibda u titlesta s-sistema tal-MRI ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mobile MRI tkun disponibbli fil-Gozo General Hospital fl-aħħar ta' Jannar 2024.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhu l-pjan rigward is-CT Scan ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex peress li din kellha l-ħsara u mhux qed tintuża?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-CT scan ġewwa Gozo General Hospital qiegħda taħdem.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett tal-pixxina ġewwa r-Rabat, Għawdex, u jagħti time frame ta’ meta dan ser jitlesta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-kumpless akwatiku u sportiv wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu u fil-ġimgħat li ġejjin se tibda tingħalaq il-faċċata. It-tlestija tal-finishing ta’ dan il-proġett hija ppjanata li tingħalaq fit-tieni kwart tas-sena li ġejja.
IRU — approvazjoni tal-pakketti finanzjarji ta’ CEOs ta’ awtoritajiet/entitajiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-pakkett finanzjarju għal CEOs ta’ awtoritajiet jew entitajiet pubbliċi humiex regolati jew inkella approvati mill-Industrial Relations Unit (IRU)? Jekk iva, jista’ jgħid minn meta dan beda jseħħ u x’inhuma l-linja gwida li fuqhom l-IRU timxi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li skont il-providementi tal-Manwal ta’ Direttiva 7, ir-responsabbiltà tal-koordinament tal-ħidma fl-aġenziji u l-entitajiet huma tas-Segretarju Permanenti rispettiv. Rakkomandat li s-Segretarju Permanenti jikkonsulta internament fi ħdan l-istrutturi tal-Amministrazzjoni Pubblika, liema strutturi jinkludu wkoll is-sezzjoni tal-IRU, sabiex jiġu stabbiliti il-pakketti tas-salarji tal-ogħla gradi fi ħdan l-entitajiet.
Akkomodazzjoni Soċjali ġdida ġewwa Ta' Ċawla – qtugħ ta’ siġar
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk inqatgħux jew jekk hux ser jinqatgħu siġar waqt il-proċess li tinbena l-binja l-ġdida tal-akkomodazzjoni soċjali ġewwa Ta' Ċawla? Jekk iva, daħlet applikazzjoni ambjentali mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA)?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa ma nqatgħux siġar u mhux ippjanat li jinqatgħu siġar.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx pjan li l-bandli Tas-Sannat jittranġaw minħabba li jinstabu fi stat diżastruż ħafna? Jekk iva, meta ser jibda l-istrutturar fuqhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-Financial Services Gozo Foundation? Għadha tiffunzjona? Jista’ jgħid ukoll min huma l-membri tal-Bord ta' din il-Fondazzjoni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninsab infurmat li din il-Fondazzjoni ma ġietx maħtura għax evolviet u minflokha ġiet stabbilita, b’liġi, l-Awtorità għall-Iżvillup Reġjonali ta’ Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-Financial Services Gozo Foundation? Għadha tiffunzjona? Jista’ jgħid ukoll min huma l-membri tal-Bord ta' din il-Fondazzjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8699 u 8983 u jipprovdi lista ta’ kull entità tal-Gvern li b'xi mod tirċievi subvenzjoni finanzjarja mill-Gvern? Jista’ għal kull entità jgħid:
a. min hu l-Ministeru responsabbli;
b. l-istatus tagħha, jekk hijiex awtorità jew aġenzija jew xi definizzjoni oħra;
ċ. jekk il-pożizzjoni teżisti, l-isem u l-kunjom tal-Kap Eżekuttiv kif ukoll il-pakkett finanzjarju (inkluż is-salarji u l-allowances) tiegħu; u
d. jekk il-pożizzjoni teżisti, l-isem u l-kunjom taċ-Chairperson kif ukoll il-pakkett finanzjarju (inkluż is-salarji u l-allowances) tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8699 u jipprovdi lista ta’ kull entità tal-Gvern li b'xi mod tirċievi subvenzjoni finanzjarja mill-Gvern? Jista’ għal kull entità jgħid:
a. min hu l-Ministeru responsabbli;
b. l-istatus tagħha, jekk hijiex awtorità jew aġenzija jew xi definizzjoni oħra;
ċ. jekk il-pożizzjoni teżisti, l-isem u l-kunjom tal-Kap Eżekuttiv kif ukoll il-pakkett finanzjarju (inkluż is-salarji u l-allowances) tiegħu; u
d. jekk il-pożizzjoni teżisti, l-isem u l-kunjom taċ-Chairperson kif ukoll il-pakkett finanzjarju (inkluż is-salarji u l-allowances) tiegħu?
Fibromyalgia u l-Myalgic Encephalomyelitis — Diskussjonijiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet dwar il-possibbiltà li l-Fibromyalgia u l-Myalgic Encephalomyelitis jiġu trattati bħala diżabilità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi lista ta’ kull entità tal-Gvern li b'xi mod tirċievi subvenzjoni finanzjarja mill-Gvern? Jista’ għal kull entità jgħid:
a. min hu l-Ministeru responsabbli;
b. l-istatus tagħha, jekk hijiex awtorità jew aġenzija jew xi definizzjoni oħra;
ċ. jekk il-pożizzjoni teżisti, l-isem u l-kunjom tal-Kap Eżekuttiv kif ukoll il-pakkett finanzjarju (inkluż is-salarji u l-allowances) tiegħu; u
d. jekk il-pożizzjoni teżisti, l-isem u l-kunjom taċ-Chairperson kif ukoll il-pakkett finanzjarju (inkluż is-salarji u l-allowances) tiegħu?
Għawdex – artijiet u proprjetajiet li huma f’żona ta’ żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-artijiet u l-proprjetajiet f'Għawdex fejn il-Gvern huwa sid, u tali artijiet u/jew proprjetajiet huma f’Development Zone Including Rationalisation (żona ta' żvilupp)? Jista’ ma’ kull proprjetà jelenka:
a. in-numru ta' metri kwadri assoċjati mal-proprjetà jew art;
b. l-istat ta' użu u liema funzjoni qiegħda taqdi; u
ċ. jekk hemmx permessi li ġew applikati mill-2018 'l hawn? Jekk iva, jista’ jagħti n-numru tal-permess hekk kif maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-tip ta’ data qiegħda tiġi kompilata fis-sistema l-ġdida tal-GIS tal-Awtorità, iżda din l-informazzjoni mhux avviżabbli li tkun magħmula pubblika għaliex dan iservi biss sabiex ikun hemm tentattivi ta’ spekulazzjoni fuq art tal-Gvern. Ikun iktar għaqli jekk domandi bħal dawn isiru fuq siti partikolari u f’waqthom, minnflok domanda ġenerali fuq it-territorju kollu ta’ Għawdex.
Rabat, Għawdex – Twaħħil ta’ struttura fuq il-binja ta’ ARMS Ltd.
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8223, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilha, u ċjoè: Fid-dawl tal-fatt li twaħħlet struttura temporanja fuq il-binja tal-ARMS Ltd. fi Triq il-Kapuċċini, ir-Rabat Għawdex, tista’ l-Ministru tgħid:
a. x'inhi r-raġuni li twaħħlet din l-istruttura;
b. hemmx il-permessi kollha neċessarji kif stabbiliti mil-liġi biex isiru x-xogħlijiet? Jekk iva, x'inhu n-numru tar-referenza tal-permess;
ċ. hemmx pjan ta' rilokazzjoni għal entità tal-ARMS fid-dawl tal-fatt li dan jista’ jkun ta' periklu; u
d. x'inhu l-pjan u għal kemm terminu ta' żmien din l-istruttura se tibqa’ mwaħħla?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, peress li x-xogħlijiet li qed jirreferi għalihom mhux qed isiru mill-kumpanija ARMS.
Jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-breakwater ta' Marsalforn? Meta hi proġettata li toħroġ is-sejħa għall-offerti tal-kostruzzjoni? Kemm hu l-baġit skedat għal dan il-proġett? Kemm hu t-terminu ta' żmien biex jiġi komplut il-proġett? Jista’ jgħid jekk hemmx l-involviment ta' Infrastructure Malta u jekk iva, fiex jikkonsisti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Ministeru għaddej bil-proċess tal-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar. Fis-sajf tal-2022 saru l-investigazzjonijiet ġeoloġiċi fis-sit fejn hu ppjanat li jkun hemm il-breakwater. Ir-riżultati tagħhom ġew integrati fir-rapport tal-Environmental Impact Assessment. L-ewwel draft tar-rapport mistenni jiġi konkluż mill-kuntrattur inkarigat fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Ministeru se jkun qiegħed jagħti feedback fuq dan ir-rapport u l-verżjoni finali tintbagħat lill-Awtorita tal-Ambjent u r-Riżorsi għall-iskrutinju tagħhom.
Marsalforn, Għawdex — Ġnien it-Tliet Għoljiet - xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex Ġnien it-Tliet Għoljiet f’Marsalforn, Għawdex, jiġi rranġat peress li l-playingfield li hemm fih tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qiegħda titħejja s-sejħa għall-offerti għall-bdil tat-tagħmir u l-art biex dak li jinxtara jkun konformi mal-istandards nazzjonali u Ewropej li jirregolaw il-playingfields.
Amministrazzjoni Pubblika – ħaddiema fl-iskali 10 sa 14
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8288 u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7890, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hawn ħaddiema fl-‘Amministrazzjoni Pubblika’ ġewwa Malta u Għawdex fl-iskali 10 sa 14, esklużi l-pulizija, l-għalliema, it-tobba, l-infermiera u l-qwiebel?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li preżentament hemm 8,842 ħaddiem fl-Amministrazzjoni Pubblika ġewwa Malta u Għawdex fl-iskali 10 sa 14. Fl-istess perjodu fl-2022, dawn kienu jammontaw għal 8,848.