Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — Għawdex –matul il-lejl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ikun hemm pulizija matul il-ħinijiet tal-lejl ġewwa Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi din il-materja ġiet spjegata fil-laqgħa tal-Kumitat Parlamentari dwar Għawdex ta' nhar is-16 ta' Ottubru 2023, u għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-traskrizzjoni tal-Parlament.

Pulizija — Għawdxin stazzjonati f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija Għawdxin stazzjonati Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi hemm mija u erbgħa u ħamsin pulizija li huma reġistrati f'indirizz fuq Għawdex li huma assenjati ma’ diversi branki tal-Korp, inkluż dawk speċjalizzati. Infurmat ukoll illi r-rata per capita tal-Pulizija fid-distrett u community police ġewwa Għawdex hija ogħla minn dik ta’ Malta.

Bord tal-Inġustizzja tal-Armata ta' Malta — Deċiżjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser joħorġu d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Inġustizzja tal-Armata ta' Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Gvern huwa kommess li jkompli jsewwi l-ħsara u l-inġustizzji ta' Gvern ta’ qabel l-2013. Wara li l-ħaddiema kollha gawdew minn ftehim kollettiv li tejjeb ħafna il-kundizzjonijiet u d-drittijiet tas-suldati wara li tħallew b'paga sub-standard u friżata għal ħafna snin minn Gvern preċedenti, fiż-żmien li ġej ikun ukoll ippubblikat ir-riżultati tal-aħħar bord tal-inġustizzji.

Laboratorju tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex – Baġit allokat

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11810, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma l-baġit li kien allokat għal-Laboratorju tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex għal din is-sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-budget tal-Gvern se jkun qed jiġi preżentat lill-Parlament fit-30 ta’ dan ix-xahar.

Rabat, Għawdex — Uffiċċju tal-Malta Public Transport ġewwa l-Bus Terminus

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11809, jista’ l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet ġewwa Għawdex, l-operat tal-uffiċċju tal-Malta Public Transport ġewwa l-Bus Terminus fir-Rabat, Għawdex qed jiġi offrut?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7852.

Xewkija — Kampus Universitarju – Pjan biex jiżdiedu l-korsijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11833, jista’ l-Ministru jgħid x'korsijiet hemm ippjanati li jibdew ġewwa Għawdex fis-snin li ġejjin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għal Għawdex – Nefqa fuq attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Ministeru għal Għawdex / Direttorat tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex nefaq f’kull raħal sabiex isiru attivitajiet mill-21 ta’ Ġunju sal-20 ta’ Settembru 2023, lokalità b'lokalità, u kemm minn dawn huma mogħtija direttament lil għaqdiet, kemm minnhom huma għal Kunsill u kemm minnhom huma attivitajiet organizzati direttament mill-Ministeru?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Każijiet kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fl-aħħar ħames snin fuq każijiet kriminali ġewwa Għawdex u kemm minn dawn kienu ta' ċittadinanza barranija?

Response (ATTARD, JONATHAN)

It-tabella ta’ hawn taħt turi kemm tressqu persuni l-Qorti ta’ Għawdex sena b’sena mill-2018 sa Settembru tal-2023 fuq każijiet kriminali u kemm min dawn kienu ta’ ċittadinanza barranija. Sena Każijiet Numru ta’ akkużati Numru ta’ akkużati barranin 2018 592 670 115 2019 690 745 143 2020 792 870 189 2021 576 615 111 2022 681 751 187 2023* 461 473 116 *Sat-30 ta’ Settembru, 2023

Gozo Channel — MV Nikolaos - Kirja

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11794 u tal-mistoqsija parlamentari 12574 tat-13-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jagħti l-ispiża eżatt tal-kirja tal-MV Nikolaos, u fiex tikkonsisti, għaliex fl-ebda minn dawn iż-żewġ tweġibiet ma ngħatat kwantifikazzjoni eżatta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10505 tat-13-il Leġiżlatura.

European Regional Development Fund — Priority Areas

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11795, jista' l-Ministru jikkonferma li l-parteċipazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex fil-European Regional Development Fund (ERDF) hija biss priority objective 5?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Qed nieħu gost li l-Onorevoli Interpellant issa fehem li hemm miljuni ta’ ewro Fondi Ewropew allokati għal Għawdex, għall-kuntrarju ta’ dak li ntqal fl-aħħar ġimgħat meta provat tingħata l-impressjoni li Għawdex mhux se jgawdi minn fondi Ewropej. Għal dan il-Gvern, Għawdex jibqa’ prijorità u dan se jkun rifless ukoll fl-u¿u tal-fondi Ewropew. Fid-dokument tal-European Regional Development Fund (ERDF), kien spjegat kif Għawdex huwa intitolat għal 8% taħt Priority 4, Strategic Objective 5, dawn jammontaw għal minn tal-anqas €58 miljun li huma ring fenced ghal Ghawdex. Inżid, li kif ġie spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11795, huwa wkoll previst li Għawdex jibbenefika minn madwar 10% tal-fondi ta’ koe¿joni u dawk strutturali [ERDF, ESF+ (European Social Fund Plus) u CF (Cohesion Fund)] kif ukoll dawk Agrikoli taħt il-Pjan Strateġiku għall-Politika Agrikola Komuni [li jiġbor fih il-European Agricultural Fund for Rural Development (EAFRD) u l-European Agricultural Guarantee Fund (EAGF)]. Dawn jammontaw għal għexieren ta’ miljuni ta’ ewro oħra biex Għawdex se jkun qed igawdi minn pakkett rekord ta’ fondi Ewropej wara li l-Prim Ministru nnegozja f’isem pajji¿na u għall-pajji¿na l-ikbar pakkett ta’ fondi għal Malta kemm ilna membri tal-Unjoni Ewropea.

European Regional Development Fund — Allokazzjoni għal Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-maġġoranza tal-allokazzjoni għal Għawdex ta' madwar €166 miljun taħt il-European Regional Development Fund (ERDF) hux ser jiġi deċiż u implimentat minn Ministeri Maltin?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Xewkija — Kampus Universitarju - Pjan biex jiżdiedu l-korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma x'tip ta’ investimenti hemm pjanati fuq il-Kampus Universitarju ġewwa x-Xewkija, Għawdex, u jekk hemmx pjan li jiżdiedu xi korsijiet? Jekk iva, liema korsijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lil Ministru kkonċernat.

European Regional Development Fund — Priority Areas

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-Priority Areas imsemmija fl-Operational Program (OP) tal-European Regional Development Fund (ERDF) li ma jistax jipparteċipa direttament il-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Operational Programme(OP) tal-European Regional Development Fun(ERDF) għandu Priority Areaddedikata kollha kemm hi għal Għawdex. Madankollu d-dokument jgħid ukoll li l-inizjattivi mmirati taħt l-istess Priority Area,se jkunu kkumplimentati wkoll minn investimenti previsti taħt Priority Areasoħrajn, li minnhom se jibbenefika wkoll Għawdex.

European Regional Development Fund — Priority Areas

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej jelenka l-Priority Areas imsemmija fl-Operational Program (OP) tal-European Regional Development Fund (ERDF) li ma jistax jipparteċipa direttament il-Ministeru għal Għawdex?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11795.

Ministeru għal Għawdex — Persons of trust' u konsulenti - Remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista kompluta tal-'persons of trust' u konsulenti fi ħdan il-Ministeru tiegħu? Jista’ jagħti wkoll il-pakkett remuneratorju tagħhom, inkluż l-allowances li jappartjenu għal pożizzjoni tagħhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni impjegati bħala person of trust jew konsulenti huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu diġà’ tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rabat, Għawdex — Uffiċċju tal-Malta Public Transport ġewwa il-Bus Terminus

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-uffiċċju tal-Malta Public Transport ġewwa l-Bus Terminus fir-Rabat, Għawdex huwiex magħluq? Jekk iva, x'inhi r-raġuni u meta ser jerġa’ jinfetaħ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7852 fejn ġie spjegat kif l-operat tal-uffiċċju msemmi ġie mifrux f'aktar lokalitajiet hekk kif is-servizzi pprovduti minn dak l-uffiċċju issa qed jingħataw b'mezzi differenti. Dan sar biex il-pubbliku jkun moqdi aħjar bis-servizzi jkunu ferm aktar aċċessibbli.

Laboratorju tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex – Baġit allokat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma l-baġit allokat għal-laboratorju tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l- baġit tal-Gvern tas-sena li ġejja se jitħabbar fit-30 ta’ Ottubru.

Xewkija — Kampus Universitarju – Pjan biex jiżdiedu l-korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma x'tip ta’ investimenti hemm pjanati fuq il-Kampus Universitarju ġewwa x-Xewkija, Għawdex, u jekk hemmx pjan li jiżdiedu xi korsijiet? Jekk iva, liema korsijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li għadu kif tlesta r-restawr tal-faċċata tal-Università msemmija, hu ppjanat li din l-Università ssir hub edukattiv f’Għawdex, ċentru għall-konferenzi u kif ukoll post fejn jistgħu jiġu ospitati attivitajiet kulturali. Fir-rigward ta’ korsijiet, ġie organizzat serje ta’ korsijiet ġodda offruti taħt il-programm tal-Liberal Arts and Sciences filwaqt li hu ppjanat ukoll li jsiru korsijiet oħra fis-snin li ġejjin.

Għawdex — Pjan għal Sptar ġdid

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhu l-pjan rigward sptar ġdid ġewwa Għawdex, u jagħti time frame ta’ meta dan ser isir?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt illi t-titjib fis-servizz mogħti mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex huwa on-going - bħall-ħruġ ta’ tender għal MRI ġewwa Għawdex, u ż-żieda tas-servizz ta’ 13-il konsulent mediku addizzjonali, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet interni dwar il-medical brief għal sptar ġdid.