San Ġwann — Żona Industrijali - Ilmenti ta’ irwejjaħ ta’ ikel
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26075 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid x’passi ser jittieħdu fuq ilmenti dwar irwejjaħ ta’ ikel tal-annimali li ġejjin minn fejn hemm iż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25351 u 26085 u jgħid kemm tħallset id-ditta u / jew l-individwu għall-konsulenza dwar il-Costings tas-servizzi tal-Isptar Mater Dei f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kif jinqasam il-ħlas bejn id-dipartimenti u l-entitajiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26082, u għal numru ta’ karavans li diġà jinsabu matul il-kosta ta’ Baħar iċ-Ċagħaq fin-Naxxar, jista’ l–Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet biex jaraw li dawn is-sidien għandhom il-permessi meħtieġa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jkun tajjeb jirreferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 26082, li huwa stess irrefera għaliha fil-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet biex persuni li jbatu mill-Fibromyalgia jibdew jingħataw benefiċċju għall-kundizzjoni tagħhom, mill-bidu tal-miżura tal-Baġit sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-ORNIS u xi kwalifiki u esperjenzi għandhom (ma’ dan is-suġġett) sabiex ikunu fuq dan il-bord?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-membri tal-Kumitat Ornis huma maħtura skont ir-regolament 10(2) tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.42 tal-Liġijiet ta' Malta.
Fid-dawl li hemm żewġ sentenzi tal-Qorti Ewropea li jitkellmu kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa u issa li reġa’ nfetaħ l-istaġun, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu biex jara li ma jkunx hemm proċess/sentenza oħra kontra Malta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux minnu li hemm żewġ sentenzi tal-Qorti Ewropea li jitkellmu kontra l-kaċċa fir-Rebbiegħa. L-unika sentenza tal-Qorti Ewropea dwar il-kaċċa fir-Rebbiegħa f’Malta hija dik fil-kawża C-76/08 Kummissjoni v Repubblika ta’ Malta datata 10 ta’ Settembru 2009. F’din is-sentenza, il-Qorti Ewropea kkonfermat li d-deroga tal-kaċċa fir-Rebbiegħa kienet ġiet applikata b’mod ħażin iżda kkonfermat li fil-prinċipju, il-kaċċa għall-gamiem u s-summien fil-Ħarifa mhix - fil-każ ta’ Malta - alternattiva sodisfaċenti għall-kaċċa tal-gamiem u s-summien fir-Rebbiegħa. Kif sar fis-snin preċedenti, il-Gvern Malti se jiżgura li r-regolamenti tal-kaċċa fir-Rebbiegħa jiġu infurzati b’mod strett skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja speċjali maħruġa apposta għal dan l-istaġun u skont il-parametri tad-deroga tal-kaċċa fir-Rebbiegħa.
Fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti li sabet li l-applikazzjoni għal bini ta’ strutturi fil-ġnien ta’ Ta’ Xbiex hija waħda illegali, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu biex din il-liġi tiġi osservata?
Environment and Planning Review Tribunal — Permessi taħt appell
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser titwettaq il-wegħda li saret mill-Gvern biex ix-xogħlijiet ta’ applikazzjonijiet tal-ippjanar li jinsabu fi stadju ta’ appell jitwaqqfu sakemm ikun hemm is-sentenza mill-Environment and Planning Review Tribunal (EPRT)? Jista’ jagħti framework / timeline ta’ meta din ser iseħħ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-liġi jinstab fi stadju avvanzat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25353 u jgħid jekk kienx hemm ilmenti dwar bullying li sar minn xi persuna fuq il-kontrolluri finanzjarji (financial controllers)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Management ma rċieva l-ebda rapport uffiċjali fuq bullying li sar fuq l-Financial Controllers.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25352 u jgħid jekk ix-xogħol ta’ Costings tas-servizzi tal-Isptar Mater Dei jistax isir b’mod aktar ekonomiku u effiċjenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li f’kull qasam, isir kull sforz biex ix-xogħol isir b’mod mill-aktar ekonomiku u effiċjenti.
To ask the Minister, regarding parliamentary question 25741 which was originally sent to the Prime Minister, and with reference to the Citizenship-by-Investment in Malta:
i. How many passports have been issued under this scheme?
ii. What is the total value generated by this scheme?
iii. What is the present value of the funds under this scheme?
iv. If the present value of the funds is less than the total value generated by this scheme, what is the difference?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li din l-informazzjoni tinsab fir-rapporti tar-regolatur 'Regulator Granting of Citizenship for Exceptional Services' impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25743, jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għall-karavans f’Baħar iċ-Ċagħaq, in-Naxxar minn Mejju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid illum kemm hemm permessi maħruġa? Jista’ jgħid ukoll kemm saru spezzjonijiet biex jaraw li hemm sidien li għandhom il-permessi meħtieġa?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mil-LESA jew mill-pulizija minn Settembru 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, biex jaraw li l-karavans li hemm tul il-Coast Road f’Baħar iċ-Ċagħaq, in-Naxxar għandhom il-permessi meħtieġa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li skont l-Leġislazzjoni Sussidjarja 363.239, ir-regolamenti tal-permessi għall-karavans japplikaw bejn l-1 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru ta’ kull sena.
Hip replacements u knee replacements — Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25612 u jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għal hip replacement u kemm hemm għal knee replacement? Jista’ jgħid ukoll kemm ilha l-aktar talba ta’ stennija?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li minn Lulju ’l hawn bdew isiru extra sessions għall-knee u hip replacements. Apparti dawk li normalment isiru fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t’ Għawdex, extra sessions qed isiru kull nhar ta’ Ħamis u kull nhar ta’ Ħadd fi sptar privat u darba fil-ġimgħa extra fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Filwaqt li f’Novembru nfurmajt lill-Kamra li kien hemm 1,421 pazjent li qed jistennew total knee replacement, dan l-ammont niżel għal 1,249.
Għar-rigward tal-hip replacement, hemm 285 persuna li qed jistennew u ilhom aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.
Ikun hemm ħafna raġunijiet għala din l-istennija tkun daqshekk twila. Nassigura lill-Onbor. Interpellant li f’każijiet ta’ urġenza tittieħed azzjoni immedjata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25349 u jgħid fiex waslu l-Costings (liema sena tlestiet) tas-servizzi tal-Isptar Mater Dei, liema servizzi għandhom konsulenza kontrattwali speċifika għalihom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25351 u jgħid kemm tħallset id-ditta u/jew individwu għall-konsulenza dwar il-Costings tas-servizzi tal-Isptar Mater Dei f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kif jinqasam il-ħlas bejn id-dipartimenti u l-entitajiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex it-tender relatat mal-uffiċini tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) ġie estiż fl-ewwel ftit jiem ta' Jannar meta t-tender kellu jagħlaq fis-7 ta' Jannar, qabel ma skadiet id-deadline tat-tfiegħ tat-tenders u għaliex ġie estiż b'xahar? Jista’ jgħid ukoll min iddeċieda l-konfini tal-uffiċini u għaliex limitat biss għal distanza speċifika ta' 1 km mill-Iskola Maria Assumpta, Ħamrun?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
San Ġwann — Żona Industrijali - Ilmenti ta’ irwejjaħ ta’ ikel
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ser jittieħdu fuq ilmenti dwar irwejjaħ ta’ ikel tal-annimali li ġejjin minn fejn hemm iż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.