Jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kellu kuntratt ta’ 20 siegħa fil-ġimgħa u ma reġax ġie imġedded b’tali mod li ser ikollu jitlaq minn Malta u għaldaqstant Malta ser titlef awtur ta’ stima fost il-komunità artistika/kittieba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din hija deċiżjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26074 u jgħid għaliex it-tender relatat mal-uffiċini tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) ġie estiż fl-ewwel ftit jiem ta' Jannar meta t-tender kellu jagħlaq fis-7 ta' Jannar, qabel ma skadiet id-deadline tat-tfiegħ tat-tenders u għaliex ġie estiż b'xahar? Jista’ jgħid ukoll min iddeċieda l-konfini tal-uffiċini u għaliex limitat biss għal distanza speċifika ta' 1 km mill-Iskola Maria Assumpta, Ħamrun?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'dan il-proċess ġew segwiti r-regolamenti tal-Public Procurement.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti dettalji ta’ kif, fejn u kemm intefqu l-fondi ta’ Paceville Town Management Committee, mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li Triq Bellevista, f’San Ġwann, tingħata l-aħħar saff ta’ tarmac?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li bħalissa għaddej xogħol ta’ kordinament ma entitajiet oħrajn fejn qed tiġi esplorata l-possibbilità li parti minn Triq Bellavista tiġi modifikata sabiex takkomoda il-proġett ta’ Vjal ir-Rihan. Ix-xogħlijiet neċessarji se jsiru wara li jiġi iffinalizzat dan il-proċess.
Jista’ l-Ministru jgħid meta Triq Censu Tabone, f’San Ġiljan, ser tingħata wiċċ bit-tarmac wara li saru xogħlijiet relatati ma’ trinek?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara diskussjonijiet li saru bejn Infrastructure Malta u l-MHRA, ġie maqbul illi x-xogħlijiet fit-Triq Censu Tabone, f’San Ġiljan, jitkomplew wara l-perjodu turistiku tas-sajf, ċjoè għall-bidu ta’ Ottubru 2025.
Il-Belt Valletta — Persuni fit-toroq bi lbies tal-baħar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux permessibbli jew legali li persuna tidħol il-Belt Valletta bi lbies tal-baħar? Jista’ jgħid ukoll jekk persuna tas-sess maskili tistax timxi fit-toroq tal-Belt Valletta mingħajr flokk?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal tweġibiet parlamentari 28346 u 28557.
Persuni jsuqu taħt l-effett tal-alkoħol u tal-marijuana — Spezzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq persuni li kienu qed isuqu u nstabu taħt l-effett tal-alkoħol jew tal-marijuana u jipprovdi lista b’mod separat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn 1 ta’ Jannar 2025 u l-20 ta’ Ġunju 2025 saru elf seba’ mija u wieħed u tmenin (1781) road check mill-Pulizija f’dawn il-gżejjer. Saru wkoll mija u wieħed (101) breathalyser test fuq sewwieqa li dwarhom kien hemm suspett li qabżu l-limitu ta’ alkoħol ikkonsmat, kif stabbilit mill-liġi.
Infurmat li minn dawn it-testijiet tlieta u sittin (63) irriżultaw fil-pożittiv.
Attakki mill-Gvern Amerikan fuq l-Iran – Spazju tal-ajru utilizzat mill-Ajruplani użati
Question
Fid-dawl tal-attakki reċenti li saru mill-Gvern Amerikan fuq l-Iran, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk l-ajruplani użati f’din il-missjoni daħlux fl-airspace ta’ Malta? Jekk iva, jista’ jgħid jekk kienx hemm permess għal dan?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Peress li l-Prim Ministru kien ħabbar li fl-20 ta’ Ġunju Malta kienet ser tkun qed tagħraf lill-Palestina bħala stat sovran, iżda dan ma seħħx, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti data meta hu mistenni li jsir dan ir-rikonoxximent tal-Palestina bħala stat sovran?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa ta’ dispjaċir li l-Konferenza ta’ Livell Għoli dwar is-Soluzzjoni Paċifika tal-Kwistjoni tal-Palestina u l-Implimentazzjoni tas-Soluzzjoni ta’ Żewġ Stati, li kellha ssir fi New York, ġiet posposta fid-dawl tat-tensjonijiet reċenti bejn l-Iżrael u l-Iran. Data ġdida għal din il-laqgħa għad trid tiġi stabbilita.
Madankollu, Malta tibqa' impenjata li fil-mument l-aktar kostruttiv, tagħti dan ir-rikonoxximent, hekk kif sostniet ripetutament fix-xhur u s-snin li għaddew, u flimkien ma’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, qed nibqgħu nsegwu s-sitwazzjoni. Aħna nibqgħu impenjati li nirrikonoxxu l-Istat Palestinjan.
Bajja tal-Balluta — Dgħajjes li jidħlu viċin il-bajja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu biex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn dgħajjes isorġu ’l ġewwa żżejjed fil-bajja tal-Balluta, kif ukoll mal-kosta bejn il-Lukanda Cavalieri u l-Exiles f’Tas-Sliema, b’mod li joħolqu periklu għall-pubbliku? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġi żgurat li jkunu osservati l-liġijiet, fosthom li ma jkunx hemm inkonvenjent minn mużika għolja matul il-lejl?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bastimenti kollha, kemm jekk rikreazzjonali u kemm jekk kummerċjali, huma obbligati li jikkonformaw mar-regolamenti lokali u internazzjonali li Malta hija firmatarja tagħhom.
Biex titnaqqas l-interazzjoni bejn min jgħum u l-utenti tal-bastimenti, din is-sena ż-żona ta’
buffer
bejn iż-żoni tal-għawm u l-irmiġġi ġiet estiża għal 20 metru.
Fir-rigward ta’ bastimenti kummerċjali li jkunu qed jorganizzaw avvenimenti abbord li jinvolvu l-mużika u li jistgħu jikkawżaw inkonvenjent fis-soċjetà, dawn jiġu regolati permezz tan-Notice to Mariners rilevanti.
Bastimenti li jinkrew għal attivitajiet taż-żgħażagħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru spezzjonijiet fuq bastimenti li jinkrew għal attivitajiet taż-żgħażagħ? Dawn il-bastimenti jkollhom limitu massimu ta’ persuni li jistgħu jtellgħu fuqhom? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn il-bastimenti għandhomx bżonn liċenzja biex ikollhom mużika għolja matul il-vjaġġi tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Port Inspectorate Unit twettaq spezzjonijiet ad hoc fuq bastimenti kummerċjali sabiex tiżgura li d-dokumentazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni huma konformi, li l-kaptani tal-bastimenti qed josservaw it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fil-liċenzja kummerċjali rispettiva, kif ukoll biex jiġu mwettqa drills abbord sabiex tiġi vverifikata konformità sħiħa.
Bastimenti kummerċjali li jkunu qed joperaw bħala “boat party” huma obbligati li jikkonformaw man-Notice to Mariners rilevanti li tirregola dawn it-tip ta’ attivitajiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilmenti dwar noise pollution irċeviet il-Pulizija mingħand ir-residenti ta’ Tas-Sliema mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jgħid kemm persuni tressqu l-Qorti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’rabta ma’ dak li qed jistaqsi l-Onor. Interpellant ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-25 ta’ Ġunju 2025, il-Pulizija rċeviet dsatax (19) il-ilment li huma rreġistrat fis-sistema elettronika tal-Pulizija. Għal istess perjodu inħarrġu tlettax (13) -il akkuża kontra persuni responsabbli, għal-proċeduri fil-Qorti.
Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Impjegati fuq skala 15
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fir-riorganizzazzjoni tal-progressions tal-iskali għall-impjegati tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, l-impjegati fuq skala 15 ma rċevew l-ebda żieda?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskali u progressjoni u assimilazzjoni ta’ kull kategorija jsiru skont il-Ftehim Settorali li jkun maqbul bejn il-Gvern mal-unions rispettivi.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ħadd ma qed jitħalla jidħol fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi xogħlijiet għaddejjin mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jew minn xi entità oħra?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali hu kompletament aċċessibbli u miftuħ għall-pubbliku kuljum.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25744 u jgħid liema xogħlijiet saru fuq il-promenade minn San Ġiljan sal-Gżira matul l-2024 u kemm kienet in-nefqa? Fid-dawl li dan il-promenade jibda minn San Ġiljan, ikompli Tas-Sliema u jispiċċa l-Gżira, jista’ jaqsam din l-informazzjoni lokalità b'lokalità?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi matul is-sena 2024, saru xogħolijiet mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, it-TZRA kif ukoll mill-Infrastructure Malta fuq il-promenade minn San Ġiljan sal-Gżira.
Tas-Sliema:
· tibdil tad-dwal (luminaires) ta’ 12-il-arblu dekorattiv fi Triq Bisazza;
· tibdil tad-dwal (luminaires) ta’ 4 fanali fi Pjazza Bisazza;
· tibdil ta’ 16-il fanal dekorattiv fil-playing field maġenb it-Torri;
· tibdil ta’ 11-il fanal dekorattiv u ingħalaq taraġ fi Triq ix-Xatt (Sliema);
· tibdil ta’ 6 arbli dekorattivi u tneħħija ta’ Boulders minn Qui-Si-Sana (Sliema);
· tiswijiet u titjib fiż-żona tal-Exiles;
· rikostruzzjoni ta’ rampa ħdejn il-pitch tal-waterpolo.
· xogħol fuq madwar 700 linear metres ta’ railings ġodda/tiswijjiet,
· tiswija u żebgħa fuq 56 bank (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
· tiswija u żebgħa fuq 10 planters ta’ siġar (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
· tiswija u żebgħa fuq madwar 500 linear metres ta’ sottobank tal-promenade (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali)..
Sliema u Gżira (Triq ix-Xatt):
· tiswijiet u titjib ta’ planters.
· Tiswija u żebgħa fuq madwar 123 bank u żewġ gazebos (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali)..
· Tiswija u żebgħa fuq madwar 25 bollards (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
· Madwar 650 linear metres kisi u żebgħa sottobank tal-promenade (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
· Madwar 600 linear metres tiswija u żebgħa fuq railings (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
· Madwar 51 planters ta’ siġar, tiswija u żebgħa (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
San Ġiljan:
· Saret manutenzjoni fuq dwal dekorattivi (l-ispejjeż tal-materjal tħallsu kollha direttament mill-Kunsill Lokali).
· Xogħol fuq madwar 400 linear metres ta’ railings ġodda/tiswijiet,
· Tiswija u żebgħa fuq 36 bank (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
· Tiswija u żebgħa fuq madwar 65 arbli dekorattivi (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
· Madwar 1630 linear metres kisi u żebgħa sottobank tal-promenade (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
· Tiswija u ranġar ta’ madwar 53 tabella ta’ toroq u bollards (l-materjal ingħata mill-Kunsill Lokali).
· Madwar 80 fanal tal-promenade ġodda.
· Water capture safety railing.
Kull sena, it-TZRA toffri wkoll servizz tal-ħaddiema tagħha biex, flimkien mal-MTA, jintramaw u jiżżarmaw il-bajjiet bil-walkways, showers, lifeguard towers, slielem eċċ.
In-nefqa totali ta’ dawn ix-xogħolijiet tlaħħaq kważi in-nofs miljun Ewro. Parti minn din in-nefqa thallset mill-Kunsilli Lokali rispettivi.
San Ġwann, Swieqi, Kappara, Sliema u San Ġiljan — Rapporti ta’ serq mid-djar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ serq mid-djar f’San Ġwann, Swieqi, Kappara, Sliema u San Ġiljan mill-bidu tas-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma lokalità b’lokalità? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm talbiet għal għajnuna mir-residenti ta’ dawn il-lokalitajiet?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26074 u jgħid għaliex it-tender relatat mal-uffiċini tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) ġie estiż fl-ewwel ftit jiem ta' Jannar meta t-tender kellu jagħlaq fis-7 ta' Jannar, qabel ma skadiet id-deadline tat-tfiegħ tat-tenders u għaliex ġie estiż b'xahar? Jista’ jgħid ukoll min iddeċieda l-konfini tal-uffiċini u għaliex limitat biss għal distanza speċifika ta' 1 km mill-Iskola Maria Assumpta, Ħamrun?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew imħarrka / inqabdu jpejpu l-kannabis waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ St Patrick’s Day ġewwa San Ġiljan u Paceville fis-17 ta’ Marzu 2025? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux spezzjonijiet ta’ xorb eċċessiv fuq min kien qed isuq vettura?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bejn is-17 u t-18 ta’ Marzu saru 27 road check - f’San Ġiljan, Tas-Sliema u l-Gżira - li matulhom inħarġu 27 taħrika, dan filwaqt li tnejn irriżultaw fil-pożittiv wara testijiet li saru bil-breathalysers. Infurmat li taħrikiet marbuta mal-kannabis kienu fin-negattiv. Illum il-Pulizija tagħmel road checks frekwenti, bl-għan ta’ preżenza akbar fit-toroq u l-komunitajiet, ikkumplimentat minn riżorsi msaħħa.
Operazzjonijiet tal-katarretti — Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għall-interventi tal-katarretti u kemm minn dawn huma każ ta’ emerġenza? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa ż-żmien ta’ stennija għall-interventi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
B’riżultat tal-inizjattivi li qed jittieħdu, fosthom operazzjonijiet extra kemm fl-Isptar Mater Dei kif ukoll fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 123 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti. Ikun hemm raġunijiet mediċi għala dan jiġri.
Ninsab infurmat li minn Frar 2025, il-lista ta’ stennija niżlet b’318.
Qed nagħmlu minn kollox biex il-perjodu ta’ stennija dejjem jonqos. Nassigura lill-Onor. Interpellant li kull fejn ikun hemm każ urġenti, din l-operazzjoni ssir fi żmien qasir.