Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq dwar noise pollution ikkawżat minn vetturi u muturi li jsuqu b’veloċità kbira, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser tieħu Transport Malta biex jinqata’ dan l-inkonvenjent?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2021 l-
85th Percentile Speed
fi Triq il-Kosta Baħar iċ-Ċagħaq kien ta’ 88km/h
northbound
u
southbound
kien 84km/h għall-karozzi tal-passiġġieri, u 109km/h għall-muturi.
Fl-istess sena fl-2021, id-
Day-Eve-Night Noise Indicators
(Lden) maħruġa mill-
Environmental Resources Authority
juru lil kien hemm xi residenzi biswit Triq il-Kosta fejn tali
24-hours-Annual-Average
kien ta’ 60-64dB. Kif ukoll in-
Nighttime-Annual-Average
(Lnight) kien ta’ 60-64dB.
Sussegwentament ġew installati
speed cameras
addizjonali fi Triq il-Kosta għal
Posted Speed Limit
ta’ 60km/h.
F’Diċembru tas-sena 2023 Transport Malta għamlet speed survey ieħor fein l-
85th Percentile Speed
ta’ Triq il-Kosta kien ta’ 61km/h
northbound
u 64km/h
southbound
. Dan it-tnaqqis tal-
85th Percentile Speed
ifisser li sar tnaqqis fil-ħsejjes mill-vetturi w muturi ta’ madwar 40% li jikkorrispondi sa massimu ta’ tnaqqis ta’ 5dB.
Ħsejjes li jirriżultaw minn vetturi w muturi b’sewqan eċċessiv ikunu minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku tal-
Posted Speed Limit
u jkunu suġġetti għall-miżuri t’infurzar kif applikabbli. F’din iż-żona jsiru diversi spezzjonijiet min-naħa tas- Sezzjoni tal-Infurzar ta’ Transport Malta.
Baħar iċ-Ċagħaq - Triq il-Kosta – Persuni mħarrka għal sewqan eċċessiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew imħarrka fuq sewqan eċċessiv (overspeeding) fi Triq il-Kosta, f’Baħar iċ-Ċagħaq minn Mejju 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30686, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-55 persuna li ġew imħarrka għax inqabdu jagħmlu użu mill-kannabis fil-pubbliku bejn Mejju 2025 u 23 ta’ Settembru 2025 kienu Maltin u kemm kienu barranin? Jista’ jgħid ukoll il-lokalità ta’ fejn dawn il-persuni ġew imħarrka?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30684, jista’ l-Ministru jgħid minn liema pajjiżi kienu ġejjin il-35 barrani li ġew arrestati f’San Ġiljan fuq bejgħ ta’ droga? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu turisti u kemm għandhom permess ta’ residenza? Peress li fit-tweġiba ntqal li dawn ġew arrestati “f'diversi postijiet li ma jinkludix ġewwa Spinola Gardens.”, jista’ l-Ministru jgħid fejn (il-post u l-isem tat-triq) ġew arrestati dawn il-persuni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-35 barrani li ġew arrestati f’San Ġiljan fuq bejgħ ta’ droga kienu tnejn u għoxrin persuni mis-Somalia – erbgħa mill-Eritrea – tnejn mis-Serbja – u wieħed f’kull każ mill-Algeria – Sudan – Bulgaria – Senegal - Jamaica – Gambia u Libja.
Fil-maġġoranza dawn ġew arrestati Triq San Ġorġ, inkluż il-każi fejn involuti il-Maltin, u kien hemm każ fi Triq il-Qalb Imqaddsa, ieħor Triq Santa Wistin u ieħor Triq ix-Xatt ta’ San Ġorġ. Il-persuni kollha kellhom il permess biex ikunu Malta, jew status ta' refuġjat/status sussidjarju.
Talba għal tnaqqis gradwali ta’ għajnuna soċjali - Każ ta’ individwu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30683, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament ġie infurmat li t-talba tiegħu għal tnaqqis gradwali tal-għajnuna soċjali ma ġietx milqugħa, għaliex skont l-ittra mibgħuta lilu fis-26 ta’ Awwissu 2025, dan ma kienx jirċievi għajnuna soċjali, meta skont l-iscreenshot mill-website tas-servizzi soċjali, dan jidher li kien?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nitlob lill-Onor Interpellant sabiex jgħaddili d-dettalji tal-persuna ikkonċernata privatament biex id-Dipartiment tkun tista’ tagħmel kuntatt miegħu b’mod personali u tispjegalu s-sitwazzjoni tiegħu.
San Ġiljan – Triq Ċensu Tabone u Triq il-Kbira – Xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 29437 u 30692 dwar l-għoti ta’ tarmac fi Triq Censu Tabone, f’San Ġiljan, fejn intqal li ġie maqbul li x-xogħlijiet “jitkomplew wara l-perjodu turistiku tas-sajf, ċjoè għall-bidu ta’ Ottubru 2025.” u “li x-xogħlijiet huma maħsuba li jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.”, jista’ l-Ministru jipprovdi d-dati ta’ meta ser isiru dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed jiġu mgħoddija xi servizzi f’toroq oħrajn fl-istess l-akwata u għaldaqstant qed issir kordinazzjoni kemm mal-kuntratturi kif ukoll mal-entitajiet ikkonċernati sabiex tiġi stabbilita’ data ta’ meta imbgħad jista’ jingħata l-asfalt fit-toroq kollha kkonċernati.
Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli - Espressjonijiet ta’ Interess
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30691, jista’ l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-kumitat indipendenti li ser jevalwa t-talbiet /espressjonijiet ta’ interess li rċeviet il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-proċess jinsab fi stadju ta’ evalwazzjoni u infurmat li sabiex tiġi salvagwardjata l-imparzjalità u l-integrità tal-proċess, ikun aktar xieraq li l-Fondazzjoni, li hija frott ta’ kollaborazzjoni bejn il-Gvern Malti u l-Arċidjoċesi ta’ Malta, ma tippubblikax l-ismijiet tal-membri ta’ dan il-kumitat indipendenti.
San Ġiljan - Triq Ċensu Tabone u Triq il-Kbira - Xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29437 fuq l-għoti ta’ tarmak ġewwa Triq Censu Tabone u Triq il-Kbira f’San Ġiljan, fejn ġie mwieġeb li “ġie maqbul illi x-xogħlijiet fit-Triq Censu Tabone, f’San Ġiljan, jitkomplew wara l-perjodu turistiku tas-sajf, ċjoè għall-bidu ta’ Ottubru 2025”, jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta ser jitkomplew dawn ix-xogħlijiet f'dawn it-toroq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet huma maħsuba li jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.
Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli - Espressjonijiet ta’ Interess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet talbiet /espressjonijiet ta’ interess il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli mingħand kumpaniji li wieġbu għall-iskema ta’ akkomodazzjoni affordabbli għall-first time buyers? Jista’ jgħid ukoll jekk l-espressjonijiet ta’ interess li rċeviet humiex ser jiġu evalwati minn bord indipendenti u jekk iva, min huma l-membri ta’ dan il-bord?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lil l-Onorevoli Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli, li hija l-frott ta’ kollaborazzjoni bejn il-Gvern u l-Arċidjoċesi ta’ Malta, rċiviet ħdax -il offerta minn seba’ kumpaniji differenti, kif imħabbar mill-istess Fondazzjoni permezz ta’ stqarrija li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra. Kif spjegat fl-istess stqarrija, il-proċess issa jgħaddi f’idejn kumitat ta’ evalwazzjoni indipendenti.
Infakkar lill-Onor Interpellant li f’Lulju ta’ din is-sena, il-Fondazzjoni nediet l-inizjattiva ‘Djar Affordabbli’ biex jinbnew mhux anqas minn 260 appartament mifruxin f’erba siti li l-Fondazzjoni kisbet mingħand l-Awtorita tad-Djar fi trasferiment li kiseb l-appoġġ unanimu ta’ din il-Kamra. Dan bl-għan li dawn l-appartamenti jinbiegħu 30% anqas mill-prezz tas-suq għal appartamenti simili fl-istess żoni u jkunu mgħejjuna individwi u koppji li għandhom dħul minn baxx sa’ medju.
Din l-inizjattiva, tifforma parti minn kullana ta’ inizjattivi oħra li fl-aħħar snin ħadna sabiex inkomplu nindirizzaw l-isfidi f’dan is-settur li għal ħafna snin kienu tħallew taħt it-tapit minn amministrazzjoni differenti li hu kien jifforma parti minnha.
San Ġiljan, Paceville u s-Swieqi - Atti indiċenti f’postijiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew imħarrka talli għamlu atti sesswali f’postijiet pubbliċi f’San Ġiljan, Paceville u s-Swieqi bejn Mejju 2025 u l-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm tlett każijiet f'dan il-perjodu f'dawn il-lokalitajiet. Pero infurmat wkoll li każ wieħed ħarġet taħrika kontra persuna wara li r-rapport magħmul minnha bħala vittma ta’ att sesswali fil-pubbliku, irriżulta li kien falz.
San Ġiljan, Tas-Sliema u s-Swieqi - Persuni lebsin indiċenti f’postijiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew imħarrka talli kienu mingħajr ħwejjeġ f’postijiet pubbliċi f’San Ġiljan, Tas-Sliema u s-Swieqi bejn Mejju 2025 u l-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għar-risposta ta mistoqsija parlamentari numru 28557. Infurmat li bejn Jannar 2025 u d-29 ta’ Settembru 2025, infurmat li dak li jekk dak li jistaqsi dwaru l-Onorevoli Interpellant jorbot ma’ ksur tal-Artiklu 338(q) tal-Kap 9 tal-Ligijiet ta’ Malta, f’dan il-perjodu tlieta u tletin (33) każ ta’ persuni li nħarġitilhom ċitazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru lmenti/rapporti mir-residenti tas-Swieqi dwar storbju li kien ġej minn barranin li qed joqgħodu ġewwa proprjetajiet ‘short let’? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu f’dan ir-rigward?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u it-22 ta’ Settembru 2025, il-Pulizija ta’ San Ġiljan irreġistrat dsatax (19) ir-rapport mir-residenti tas-Swieqi dwar storbju kaġunat minn mużika għolja jew argumenti, minn barranin li kienu qed joqgħodu ġewwa proprjetajiet li jinkludu
‘short let’
, kemm waqt li dawn kienu ġewwa l-istess proprjetajiet, jew waqt li dawn ikunu barra fi triqthom/deħlin għal l-istess proprjetajiet. F’kull każ meta l-Pulizija setgħet tivverifika dan l-istorbju, il-persuni konċernati ġew imwissija biex jieqfu u kien hemm każ fejn anke inħarrġu akkużi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm rapporti dwar noise pollution saru fuq l-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu f’dan ir-rigward?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew imħarrka għax inqabdu jagħmlu użu mill-kannabis fil-pubbliku bejn Mejju 2025 u l-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm ħamsa u ħamsin persuna li ġew imħarrka għax inqabdu jagħmlu użu mill-kannabis fil-pubbliku bejn Mejju 2025 u 23 ta’ Settembru 2025.
Paceville u San Ġiljan - Persuni taħt l-età li nqabdu jixorbu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni taħt l-età ġew imħarrka għax inqabdu jixorbu l-alkoħol f’Paceville u San Ġiljan bejn Mejju 2025 u l-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew arrestati barranin fuq bejgħ ta’ droga fi Spinola Gardens f’San Ġiljan bejn Mejju 2025 u l-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2025 u 28 ta’ Settembru 2025 kien hemm wieħed u erbgħin persuna li gew arrestati San Giljan fuq bejgħ ta’ droga. Min dawn sitta kienu Maltin u ħamsa u tletin kienu barranin. Dan f'diversi postijiet li ma jinkludix ġewwa Spinola Gardens.
Talba għal tnaqqis gradwali ta’ għajnuna soċjali - Każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġie infurmat li t-talba tiegħu għal tnaqqis gradwali tal-għajnuna soċjali ma ġietx milqugħa, għaliex skont l-ittra mibgħuta lilu fis-26 ta’ Awwissu 2025, dan ma kienx jirċievi għajnuna soċjali, meta skont l-iscreenshot mill-website tas-servizzi soċjali, dan jidher li kien?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nitlob lill-Onor Interpellant sabiex jgħaddili d-dettalji tal-persuna ikkonċernata privatament biex id-Dipartiment tkun tista’ tagħmel kuntatt miegħu b’mod personali u tispjegalu s-sitwazzjoni tiegħu.
50 sena mill-Indipendenza u 50 sena mir-Repubblika – Ċelebrazzjonijiet — Infiq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern fl-2014 meta Malta ċċelebrat il-50 sena mill-Indipendenza u kemm nefaq il-Gvern fl-2024 biex jiġi ċċelebrat il-50 sena mir-Repubblika tagħna?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 25115 u 25323.
Attakki mill-Gvern Amerikan fuq l-Iran — Spazju tal-ajru utilizzat mill-Ajruplani użati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29429 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu u ċjoè: Fid-dawl tal-attakki reċenti li saru mill-Gvern Amerikan fuq l-Iran, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk l-ajruplani użati f’din il-missjoni daħlux fl-airspace ta’ Malta? Jekk iva, jista’ jgħid jekk kienx hemm permess għal dan?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-MATS li dawn l-ajruplani ma daħlux fl-ispazju nazzjonali ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29435 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu u jagħti dettalji ta’ kif, fejn u kemm intefqu l-fondi ta’ Paceville Town Management Committee, mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li mill-2024 ’il quddiem, intefqu mitt elf ewro fiż-żona tal-Purple Flag u l-madwar fuq tiswijiet u manutenzjoni tas-sistemi tad-dawl, u xogħlijiet ta’ landscaping fost l-oħrajn.