Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sena skolastika 2025-2026 – Studenti neqsin mis-smigħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Learning Support Educators (LSEs) li jafu l-lingwa tas-sinjali? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm tfal li huma nieqsa mis-smigħ matul din is-sena skolastika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Embrijuni ffriżati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm embrijuni ffriżati (frozen embryos) preżentement? Jista’ jgħid ukoll kemm intużaw embrijuni mill-bidu tas-sena sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nisab infurmat li bħalissa hawn 1,330 embrijuni krijopreservati, li 31 minnhom huma taħt il-kustodja tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni (EPA). Infurmat ukoll li minn Jannar ta’ din is-sena, ġew użati 542 embrijun, li minnhom 4 embrijun ffriżati kienu minn MDH ART Clinic li reġgħet fetħet fis-26 ta’ Ġunju 2025.

Sena skolastika 2025-2026 – Tfal bil-kundizzjoni tal-Awtiżmu u l-ADHD

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal bil-kundizzjoni tal-Awtiżmu kif ukoll bl-ADHD, fil-bidu tas-sena skolastika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

San Ġiljan – Triq Ċensu Tabone u Triq il-Kbira – Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31119, fejn intqal li “bħalissa qed jiġu mgħoddija xi servizzi f’toroq oħrajn fl-istess l-akkwata u għaldaqstant qed issir kordinazzjoni kemm mal-kuntratturi kif ukoll mal-entitajiet ikkonċernati sabiex tiġi stabbilita data ta’ meta mbgħad jista’ jingħata l-asfalt fit-toroq kollha kkonċernati”, jista’ l-Ministru jgħid fejn huma dawn it-toroq fl-akkwata fid-dawl li ma hemm l-ebda xogħol fl-ebda triq viċin jew madwar Triq il-Kbira u Triq Ċensu Tabone?

Response (BONETT, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta’ xogħlijiet li qed isiru/iridu jsiru ġewwa San Ġiljan.  Il-pjan huwa li kif jitlestew ix-xogħlijiet neċessarji, it-toroq jingħataw l-asfaltar batch batch.

Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli - Espressjonijiet ta’ InteressFondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli - Espressjonijiet ta’ Interess

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31118, peress li l-Ministru ma qalx min huma l-membri tal-kumitat indipendenti li ser jevalwa t-talbiet/espressjonijiet ta’ interess li daħlu, x’miżuri se jkun qed jieħu l-Ministru biex ikun jista’ jserraħ ras iċ-ċittadini li l-għażliet ser ikunu fl-interessi tal-ġid pubbliku?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta’ evalwazzjoni qed isir b’mod trasparenti u skont il-proċeduri stabbiliti sabiex tiġi żgurata l-integrità u l-imparzjalità tiegħu. Infakkar li l-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli hija frott ta’ kollaborazzjoni bejn il-Gvern Malti u l-Arċidjoċesi ta’ Malta u qed tassigura li l-għażliet isiru fl-interess tal-ġid pubbliku u b’konformità mal-prinċipji ta’ governanza tajba.

LS. 420.06 - Immigranti li ġew deportati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31206 fl-intier tagħha u jipprovdi l-informazzjoni maqsuma skont dawn il-kategoriji: minuri, minuri mhux akkumpanjati, nisa tqal, u ġenituri waħedhom bi tfal minorenni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni miżmuma mill-Awtoritajiet ikkonċernati m'hijiex fil-forma mitluba mill-Onorevoli interpellant. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari numru 31206.

Baħar iċ-Ċagħaq - Permessi għal Caravans

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31124, jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għal caravans ġewwa n-Naxxar minn Mejju 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar. Il-permessi għal Caravans huma meħtieġa biss bejn 1 ta’ Ġunju u 30 ta’ Settembru.

Pembroke - Ta’ Qali - Water supply tunnel – Remedial Action for Residents

Question

To ask the Minister, what immediate steps will the Water Services Corporation take to address and resolve the continuous, low-frequency hum and vibrations emanating from underground, which is severely disrupting sleep and quality of life, and what channel can the affected residents use to report the issue for immediate investigation and monitoring at their specific property?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31208.

Pembroke - Ta’ Qali - Water supply tunnel – Mitigation Measures

Question

To ask the Minister, what specific mitigation measures are being taken, or are planned to be taken, within the Pembroke to Ta’ Qali water supply tunnel structure (such as anti-vibration mountings or acoustic damping on pipes and equipment) to reduce the ground-borne noise and vibrations that are now affecting residents 24 hours a day?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31208.

Pembroke - Ta’ Qali - Water supply tunnel – Noise and Vibration Studies

Question

To ask the Minister, were there any post-construction noise and vibration studies, specifically relating to the operational phase of the Pembroke to Ta’ Qali water supply tunnel, conducted in the affected residential areas of Swieqi and Ibraġġ? If so, can the Minister publish the findings of these studies and confirm the measured decibel and vibration levels?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31208.

Pembroke - Ta’ Qali - Water supply tunnel – Noise Source

Question

To ask the Minister, has the Water Services Corporation identified the precise source of a continuous hum and vibration (e.g. water pumping, ventilation systems, or water flow) following the completion of the Pembroke to Ta’ Qali water supply tunnel boring, which passes directly underneath or in close proximity to Swieqi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jipprovdi iktar informazzjoni dwar il-ħsejjes u l-vibrazzjonijiet li qed jagħmel aċċenn għalihom.

San Ġwann - Triq Mensija - Użu mhux konformi ta’ garaxx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar irċevitx rapporti minn residenti f’San Ġwann, dwar garaxx li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li allegatament qed jintuża bħala car wash li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u li saħansitra jidher ukoll reklamizzat fuq is-sit elettroniku li d-dettalji wkoll qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan l-użu huwiex konformi mal-permessi kurrenti ta’ dan il-fond?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fi Frar 2025, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet ħarġet Avviż ta’ Waqfien u ta’ Twettiq EC/0023/25 fuq dan il-post peress li kien sar “ żvilupp mingħajr permess, u dan billi: 1) inbidel l-użu tal-garaxx fil-pjan terran, minn post b’liċenzja ta’ mekkanik għal post fejn jingħata servizz ta’ ħasil ta’ karozzi; 2) twaħħlet tabella b’reklam fuq il-faċċata (mal-ġenb tal-entratura); 3) inbidel il-bieb tal-garaxx minn wieħed tal-metal għal wieħed mekkanizzat (roller shutter) .” Dan l-Avviż kien maħruġ bil-multa għal kull ġurnata skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 552.24. Peress li l-użu illegali kien waqaf u l-iżvilupp illegali kien tneħħa f’Mejju 2025, l-Awtorità tal-Ippjanar għalqet l-Avviż għax ma kienx baqagħlu effett. Mill-informazzjoni maħżuna fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar, ma jidhirx li l-Awtorità rċeviet xi lmenti oħra rigward dan il-post wara Mejju 2025. Minħabba din il-mistoqsija parlamentari, uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar reġgħu spezzjonaw il-post fl-10 ta’ Ottubru 2025, u ġie kkonfermat li fuq il-post ma hemmx użu illegali.  Ma nstab ebda apparat li jista’ jindika li qiegħed isir ħasil ta’ karozzi fuq bażi kummerċjali, jew qiegħda issir xi attività kummerċjali oħra mingħajr permess.  Fuq il-faċċata ma hemmx reklami jew tabelli mwaħħlin. Rigward ir-reklam/avviż online , irid jingħad li s-sit elettroniku msemmi mhux funzjonabbli tant li ma jistgħux isiru bookings minnu (bħalma kien isir meta l-attività kienet għaddejja illegalment), u n-numru tal-mobile ma jaħdimx.

LS. 420.06 - Immigranti li ġew deportati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew deportati immigranti minn Malta meqjusa bħala vulnerabbli skont ir-Regolamenti Dwar l-Akkoljenza ta’ Persuni li jfittxu l-Asil (LS. 420.06), mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u maqsuma skont dawn il-kategoriji: minuri, minuri mhux akkumpanjati, nisa tqal, ġenituri waħedhom bi tfal minorenni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni dwar tneħħija ta' persuni mill-pajjiż huwa kif provdut hawn taħt. Persuni jitneħħew għal diversi raġunijiet fosthom li għax jiksru l-liġi jew wara wasliet irregolari ma jikkwalifikawx għal ażil. Infurmat li tali ritorn isiru skont il-liġi, u f’diversi każi anke wara deċiżjonijiet tal-Qorti. Rigward il-kategoriji ta' persuni imsemmija mill-interpellant, ta’ min jinnota li l-qafas legali Nazzjonali u Ewropew jippermetti tali miżuri, speċjalment meta jkun fl-aqwa interess tal-minuri u sakemm ikun hemm ċertezza li l-persuni kkonċernati mhumiex f’periklu għall-ħajjithom. Minkejja dan, f'każijiet ta' minuri mhux akkumpanjati li ma jkunux jikkwalifikaw għall-ażil, l-Agenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali toħroġ Protezzjoni Temporanja sakemm il-persuna tagħlaq 18-il sena. Dan għax bħala prinċipju Malta ma tiddeportax minuri mhux akkumpanjati. Rigward l-Ordnijiet ta' Ritorn ta' immigranti minn pajjiżi terzi lejn pajjiżi oħra Ewropej, fl-2020 din l-amministrazzjoni emendat il-liġi sabiex l-Pulizija setgħet tinforza aħjar ir-ritorn ta' dawn in-nies hekk kif sal-2020 dawn il-persuni ma setgħux jiġu miżmuma mill-Pulizija sakemm jitwettaq ir-ritorn. Dan kien iwassal għal nuqqas kbir ta' koperazzjoni mal-awtoritajiet. Year Forced Returns Assisted Voluntary Return OTRs Totals 2015 182 12 n/a 194 2016 96 14 n/a 110 2017 172 19 n/a 191 2018 223 22 n/a 245 2019 206 16 n/a 222 2020 135 7 n/a 142 2021 416 40 122 578 2022 330 45 618 993 2023 590 10 778 1,378 2024 457 35 937 1,429 10 Ott 25 446 18 784 1,248

San Ġwann - Triq Bellavista - Bus stop

Question

B’referenza għall-bus stop li jinsab fi Triq Bellavista, San Ġwann, fejn qabel ma saru xi xogħlijiet tat-triq kien hemm bus shelter u peress li ntqal li dan ser jerġa’ jitwaħħal, jista’ l-Ministru jgħid meta dan il-bus shelter hu mistenni li jitwaħħal mill-ġdid?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’ko-ordinament ma’ entitajiet u stakeholders sabiex terġa’ tinbena din il-Bus Shelter.

Il-Magħtab - Kwalità tal-arja - Studju

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarx studju fuq il-kwalità tal-arja fil-Magħtab fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti ta’ dawk l-inħawi? Jekk iva, tista’ tqiegħed dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji bażi tal-kwalità tal-arja għall-aħħar EIA li sar minn WasteServ Malta.

Magħtab landfill - Impjant li jikkontrolla l-irwejjaħ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’miżuri jittieħdu biex l-impjant tal-Magħtab landfill jikkontrolla l-irwejjaħ li spiss ikun hemm u li qed jikkawżaw inkonvenjent għar-residenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2120.

Transport Malta - Vetturi b’tinted car glass - Policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-policy ta’ Transport Malta għal dawk il-vetturi li għandhom tinted car glass li minħabba fih is-sewwieq tal-vettura ma jidhirx?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, meta jidħol rapport jew uffiċjal jiltaqa’ ma’ każ ta’ vettura b’tinted skur eċċessiv, tinħareġ ċitazzjoni u jidħol rapport intern. Wara dan, tintbagħat ittra bil-posta lis-sid tal-vettura sabiex jingħata appuntament għal spezzjoni ġewwa l-Vehicle Inspection Unit. Jekk waqt l-ispezzjoni jinstab li t-tinted fuq il-vettura mhux konformi mal-livelli permessi, is-sid jista’ ineħħi t-tinted fuq il-post jew fil-każ li dan ma jkunx possibbli, l-Awtorità tagħtih perjodu ta’ żmien sabiex ineħħi t-tinted u jerġa’ jattendi għal spezzjoni oħra. F’dan il-perjodu, titpoġġa restrizzjoni fuq il-vettura, li titneħħa biss wara li l-vettura terġa’ tiġi spezzjonata u konformi mal-liġi.

Baħar iċ-Ċagħaq - Caravans ipparkjati

Question

B’referenza għal caravans li jinsabu pparkjati matul il-kosta kollha ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi minn Mejju 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm hemm permessi maħruġa preżentement?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li il-premessi għat-tqegħid ta' caravans huma bbażati fuq lokalità u mhux żona jew triq partikolari ġo fiha, għaldaqstant id-dettalji mitluba ma jistgħux jingħataw.