Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda l-pjan ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza/ġnien ta’ Spinola kif kien imħabbar waqt konferenza stampa mill-Ministru Clayton Bartolo?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Spinola se jibdew fix-xhur li ġejjin minn Triq Paceville b’kollaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta.
San Ġiljan – Paceville Avenue – xogħlijiet ta’ upgrade
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew ix-xogħlijiet ta’ upgrade ta’ Paceville Avenue? Jista’ jgħid jekk din it-triq hux ser tkun pedestrian jew le?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta se tintervjeni fuq din it-triq fix-xhur li ġejjin, proġett li jara titjib fis-servizzi kif ukoll fl-infrastruttura tat-triq. Infrastructure Malta qiegħda f’diskussjonijiet ma’ entitajiet oħra tal-Gvern dwar xogħol addizzjonali li jista’ jiġi inkorporat f’dan il-proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tiegħu għall-Palazzo Spinola ġewwa San Ġiljan?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li temporanjament dan il-palazz se jkun assenjat lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ, sa ma jsiru x-xogħlijiet ta’ restawr meħtieġ fil-Ministeru ġewwa Palazzo Parizsio fit-triq il-Merkanti l-Belt Valletta, bħalissa qed isiru diskussjonijiet ma’ dan il-Ministeru dwar il-Pjan tax-xogħol meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol ta’ restawr tas-saqaf, twieqi u faċċata tal-Palazzo Spinola ġewwa San Ġiljan fid-dawl tal-applikazzjoni li saret mal-Awtorità tal-Ippjanar biex dan il-palazz jittranġa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 3834.
Jista’ l-Ministru jgħid kif u meta nħareġ it-tender għal encroachment li hemm fil-ġnien ta’ wara, ġewwa l-Palazzo Spinola u li dan qed jintuża bħala ristorant u pizzerija? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan t-tender?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-concessions b’encroachment kien ingħata b’mod dirett lil stabbiliment tal-likel li jopera fl-istess żona. F’dan il-każ l-encrochment fil-ġnien irelatat ma’ dan l-istabbilment ingħata fl-2006.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3257, jista’ l-Ministru jgħid liema huma r-raġunijiet kummerċjali b’tali mod li art pubblika tingħata b’konċessjoni lill-privat?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika d-domanda tiegħu.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa pubblika li saret, fejn tistieden lill-pubbliku inġenerali biex jista’ jitfa’ l-offerta jew juri interess għal dawn il-konċessjonijiet ġewwa Kemmuna?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa qiegħda tiġi finalizzata u se tiġi ppublikata fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plans tal-konċessjonijiet mogħtija fil-bajjiet ta’ Kemmuna? Jista’ jgħid sa fejn dawn l-istess encroachments iwasslu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin isiru reviżjonijiet u s-site plans ta’ tali konċessjonijiet qegħdin jiġu finalizzati.
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Ministeru qiegħed jara li l-kundizzjonijiet mogħtija tal-encroachments ġewwa l-bajjiet ta’ Kemmuna qed ikunu mħarsa? Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba kien hemm żjarat mill-infurzar ġewwa l-bajjiet f’Kemmuna?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li uffiċjali tal-Infurzar fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kienu qed ikunu Kemmuna ta’ kuljum, minn kmieni filgħodu sa tard waranofsinhar, sabiex jiżguraw li jitħarsu l-kundizzjonijiet imposti ġewwa Blue Lagoon.
Fid-dawl li l-Ministru għal diversi drabi tkellem u qal li ser ikun hemm pjan biex id-deckchairs u umbrelli jkunu regolarizzati, jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal dan il-pjan?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin isiru reviżjonijiet u s-site plans ta’ tali konċessjonijiet qegħdin jiġu finalizzati bil-għan li tiġi ppublikata sejħa fiż-żmien li ġej.