Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadhiex fis-seħħ il-policy li kull żvilupp ikollu bir/reservoir tal-ilma tax-xita biex dan jiġabar fih u ma jintilifx? Jekk din il-policy għadha fis-seħħ, jista’ jgħid jekk hux infurzata u mitluba?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħtieġa ta’ bir ma’ kull żvilupp ġdid huwa regolat skont l-Energy Performance of Buildings Regulations (2012) ppubblikata bl-Avviż Legali 376 ta’ 2012.
Policy P47 (Water Reservoirs) f’dokument Development Control Design Policy, Guidance and Standards 2015, tesiġi li kull żvilupp ġdid (sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi speċjali li jiddettaw l-kontra), irid ikollu bir biex jilqa’ x-xita skond Technical Guidance Document F- Conservation of Fuel, Energy and Natural Resources (Minimum Requirement on the Energy Performance of Buildings Regulations, 2006.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jieħu l-Ministeru tiegħu fid-dawl tal-problemi serji ta’ ilma tax-xita li qed jinġabar fit-tarf tat-Triq Wied Għomor ġewwa San Ġiljan, fejn ir-residenti ma jistgħux jidħlu fil-proprjetà tagħhom? Hemm ħsieb li jkun hemm livelli ġodda ta’ din it-triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Sptar Mater Dei — PPV with IOL retrieval and secondary AC implant under LA
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta l-Isptar Mater Dei se jordnaw ‘25g PPV with IOL retrieval and secondary AC implant under LA’ biex tkun tista’ ssir l-operazzjoni meħtieġa u meta se jaslu f’Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi il ‘25g PPV with IOL retrieval and secondary AC implant under LA’ kienu ordnati fit-28 ta' Novembru 2022.
Pulizija – rapport dwar inċident ta’ sewwieq ta’ e-scooter
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal ir-rapport li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatement, fejn e-scooter user weġġa’ gravi resident f’għajnejh fit-28 ta’ April 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Ministru ma jkunx involut bl-investigazzjonijiet. Nistieden lill-Onor. Interpellant jitlob lill-vittma sabiex jagħmel/tagħmel kuntatt mal-Victim Support Agency u tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna kollha li hemm bżonn. Inkella jipprovdi d-dettalji tal-vittma b'mod privat u jkun ikkuntatjat / ikkuntatjata.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3850, fejn il-Prim Ministru qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-brief dwar ix-Chalet li kien ħareġ fl-2002, u fid-dawl li għaddew 20 sena u kien hemm anke numru ta’ encroachments f’areas matul is-snin, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jkun qiegħed jagħmel update ta’ dan il-brief? Se jintalab li jkun hemm traffic u social impact assessments?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif jaf tajjeb, hemm sejħa għal espressjoni ta’ interess. Huwa awtomatiku li meta l-proposti jkunu analizzati mill-awtoritajiet kompetenti jkun determinat ukoll xi studji hemm bżonn.
San Ġiljan u Tas-Sliema – stabbilimenti b’permess għal amplified music fuq barra
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3839, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u jagħti lista sħiħa ta’ stabbilmenti tad-divertiment u/jew oħrajn li għandhom permess li jkollhom amplified music fuq barra l-istabbilmenti tagħhom ġewwa San Giljan u Tas-Sliema?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
San Ġiljan – Xatt is-Sajjieda – xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew ix-xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni fuq Xatt is-Sajjieda – minn wara l-love monument ’il quddiem, it-taraġ ta’ San Ġuzepp u parti minn Triq Spinola quddiem Palazzo Spinola?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward ta’:
· ir-restawr tal-Fisherman’s Shed ġewwa Xatt is-Sajjieda u l-Bajja ta’ Spinola, għadu kif ġie finalizzat l-evalwazzjoni tat-tender u bħalissa jinsab waqt l-appeals period tal-procurement;
· ix-xogħlijiet mill-monument tal-Love 'l quddiem – inkluż it-taraġ ta’ San Ġużepp – bħalissa hemm applikazzjoni quddiem il-Planning Authority li qed tiġi evalwata;
· ix-xogħlijiet fil-pjazza ta’ quddiem Palazzo Spinola – qed jiġi diskuss u evalwat l-aħjar mod kif għandu jitwettaq dan il-proġett b’koordinament ma’ Infrastructure Malta.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3843 dwar id-Design Advisory Committee, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-guidelines li jimxi fuqhom dan il-Kumitat? Jista’ jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-DAC li għandu funzjoni li jagħti ‘pariri’ (advisory), apparti minn kunsiderazzjonijiet estetiċi, jaħdem fil-qafas tar-regolamenti tal-Ippjanar, bħad-“Development Control Design Policy, Guidance and Standards 2015”.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infakkar li t-tali tagħrif huwa wieħed pubbliku u jista’ wkoll jiġi aċċessat mis-sit tal-istess Awtorità.
Attachments:Development Control Design Policy, Guidance and Standards 2015.pdf
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3845, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet biex it-talba biex il-Bajja tal-Balluta jkun hemm encroachment fuqha tkun irrifjutata, meta ngħataw diversi encroachments fuq bajjiet pubbliċi, anke fl-istess lokalità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjoni ma kinitx għall-encroachment iżda għal kirja lill-għaqda volontarja, liema talba kienet tinkludi ż-żona kollha tax-xatt u anke l-baħar. L-applikazzjoni ġiet irrifjutata għar-raġuni illi kemm ix-xatt u kif ukoll il-baħar ma jingħatawx b’kirjiet lill-għaqdiet volontarji.
Stabbilimenti kummerċjali mingħajr kuntratti għal ġbir tal-iskart
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3846, tista’ l-Ministru tgħid jekk instabux stabbilimenti kummerċjali mingħajr kuntratti privati tal-ġbir tal-iskart kif mitlub mil-liġi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3848, li orġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Fid-dawl ta’ numru ta’ ħsarat li hemm fil-promenade minn San Ġiljan sal-Gżira, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan ta’ manutenzjoni?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1545, 3006 u 4127, ninfurmah li l-Fondazzjoni ta’ Żvilupp għaż-Żoni Turistiċi taħdem flimkien mal-Kunsilli Lokali sabiex issebbaħ l-ambjent tal-promenades fosthom railings, bankijiet, planters u tisbiħ inġenerali.
San Pawl il-Baħar, Mellieħa, San Ġiljan u Tas-Sliema – proġetti ta’ riġenerazzjoni u tisbiħ
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3831, jista’ l-Ministru jagħti tweġiba skont kif mitlub, jiġifieri kemm intefqu flus f’riġenerazzjoni u tisbiħ ġewwa l-Mellieħa bejn Jannar 2021 u Settembru 2021 u liema kienu; kemm intefqu flus f’riġenerazzjoni u tisbiħ ġewwa San Pawl il-Baħar u liema kienu; kemm intefqu flus f’riġenerazzjoni u tisbiħ ġewwa San Ġiljan u liema proġetti; u kemm intefqu flus f’riġenerazzjoni u tisbiħ ġewwa Tas-Sliema u liema proġetti kienu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru dawn ix-xogħlijiet:
Mellieħa - xogħol relatat ma’ tiswija u upkeep taż-żona, inkluż l-Għadira, b’koordinament mal-Kunsill Lokali, kif ukoll xogħol fil-promenade tal-Għadira u fil-Pjazza tal-Mellieħa. Dawn ix-xogħlijiet jammontaw għal kważi €47,900.
San Pawl il-Baħar - xogħol relatat ma’ tiswija u upkeep taż-żona, inkluż interventi fil-promenade tax-Xemxija, b’koordinament mal-Kunsill Lokali; xogħlijiet relatati mal-Ġnien fi Triq il-Knisja, u servizzi fil-Pjazza ta’ Buġibba. Dawn jammontaw għal ftit iktar minn €578,000.
San Ġiljan - xogħol relatat ma’ tiswija u upkeep taż-żona b’koordinament mal-Kunsill Lokali; xogħlijiet f’Xatt is-Sajjieda u r-restawr tal-arloġġ - €22,500.
Tas-Sliema - xogħol relatat ma’ tiswija u upkeep taż-żona, inkluż il-promenade tax-Xemxija, b’koordinament mal-Kunsill Lokali - €10,000.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3832, fejn il-Minsitru wieġeb li x-xogħlijiet ser “jibdew fix-xhur li ġejjin”, jista’ l-Ministru jagħti timeline ta’ meta huma dawn ix-xhur li ġejjin? Jaf li b’dan id-dewmien diversi sidien ta’ stabbilimenti tal-madwar iħossuhom anzjużi u ma jistgħux jippjanaw in-negozju tagħhom minħabba x-xogħlijiet previsti?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3832, ninfurmah li l-proġett ta’ Spinola ser jibda minn Triq Paceville.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3834, fejn il-Ministru qal li l-Palazzo Spinola ser jingħata lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ b’mod temporanju biex jintuża bħala uffiċċji minħabba xi xogħlijiet li ser ikun hemm f’dan il-Ministeru, jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li f’dan il-Palazz hemm applikazzjoni PA02310/20 li l-għan tagħha huwa “replacement of dangerous roof to outbuilding and render same accessible to all’? Jaf il-Ministru li jekk isir kif intqal fir-risposta, ser jesponi lill-ħaddiema tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranini għall-periklu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet qiegħda f’diskussjonijiet mal-Ministeru kkonċernat sabiex isiru x-xogħlijiet kollha neċessarji fil-Palazz ta’ Spinola qabel dan jibda jintuża. Għal aktar dettalji dwar il-pjan tax-xogħlijiet, il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3835, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol ta’ restawr tas-saqaf u tal-faċċata tal-Palazzo Spinola skont l-applikazzjoni PA02310/20?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 4122
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3836, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-encroachment u l-kundizzjonijiet marbuta miegħu hekk kif kien mitlub jagħmel?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalma diġà elenkajt f’risposti passati, l-informazzjioni mitluba hija waħda interna tal-Awtorità tal-Artijiet u għaldaqstant ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu fil-bord tal-Awtorità tal-Artijiet hemm Membru Parlamentari maħtur mill-Oppożizzjoni li qed jingħatalha ċ-cans li tara hi personalment id-dokumenti mitluba.
San Ġiljan – Palazzo Spinola – Talba mill-Kunsill Lokali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3827, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma ġiet l-ebda risposta uffiċjali għat-talba tal-Kunsill Lokali San Ġiljan li talab li Palazzo Spinola jingħata lill-Kunsill bħala community centre? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din ir-risposta ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3829, peress li jien tlabt informazzjoni fuq x’infurzar qed isir fuq “il-bajjiet f’Kemmuna” u mhux fil-Blue Lagoon biss, jista’ l-Ministru jgħid jekk ikunx hemm żjarat mill-infurzar fil-Bajja ta’ Santa Marija? Jekk iva, kemm-il darba?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena intramaw deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Blue Lagoon biss u għaldaqstant ma kienx jinneċessita infurzar f’bajjiet oħra madwar Kemmuna.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3827, peress li jien staqsejt dwar il-konċessjonijiet “mogħtija” fil-bajjiet u l-Ministru wieġeb li dawn qegħdin jiġu finalizzati, jista’ l-Ministru jwieġeb fuq l-encroachments preżenti, is-site plans preżenti u fejn dawn iwasslu b’mod preżenti?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3826, peress li l-Ministru kien mitlub ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa pubblika għal konċessjonijiet ġewwa Kemmuna u huwa wieġeb li s-sejħa qiegħda tiġi finalizzata u se tkun ippubblikata fiż-żmien li ġej, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ifissirx li dawk li ngħataw il-konċessjonijiet preżenti ma kienx hemm sejħa pubblika għalihom? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tagħhom? Jista’ jagħti data/żmien meta din is-sejħa ser tinħareġ?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa se tinħareġ matul l-ewwel xhur tas-sena d-dieħla. Infakkru li s-snin 2020/2021 u l-bidu tal-2022 kienu karatterizzati minn inċertezza u instabbilità li ġabet magħha l-pandemija. Għalhekk fiċ-ċirkustanzi saret estensjoni temporanja (2022) tal-kuntratt preċedenti.