B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3866, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju msemmi minnu f’din it-tweġiba? Jista’ jgħid jekk hux informat li biex l-i¿vilupp mill-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, iseħħ, l-Awtorità tal-Ippjanar għamlet din il-mina bħala kundizzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għal-line item 7163 fil-Baġit 2023, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal għal tnaqqis fil-baġit għall-Upgrading of Manoel Theatre, li minn €400,000 (2022) niżel għal €100,000, jiġifieri tnaqqis ta’ €300,000?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-estimi tal-Baġit jinbidlu minn sena għal oħra skont in-nefqiet u l-esiġenzi attwali mhux biss tal-entità iżda wkoll tal-Ministeru.
Intant, nassigura lill-Onor. Interpellant li l-upgrading tat-Teatru Manoel se jkompli ssir matul din is-sena.
B’referenza għal-line item 7020, Concert Hall, fil-Baġit 2023, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex minn €500,000 (2022) niżel għal €50,000?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-estimi tal-Budget jinbidlu minn sena għal oħra skont in-nefqiet u l-esiġenzi attwali mhux biss tal-entità iżda wkoll tal-Ministeru.
Intant, nassigura lill-Onor. Interpellant li l-ippjanar previst fuq il-Concert Hall ser ikompli jsir matul din is-sena.
Awtorità tad-Djar — bord tal-allokazzjonijiet - membri
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3862, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha kemm hi u jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Allokazzjonijiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma tiżvelax l-ismijiet tal-membri tal-Bordtal-Allokazzjonijiet sabiex ma tagħtix lok li terzi persuni jippruvaw jinfluwenzaw l-operat tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet b’allokazzjonijiet minn Jannar 2022? Kemm minn dawn li tqassmu huma units tal-Gvern u f’liema lokalità jinsabu? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma mill-iskema li permezz tagħha ġew mikrija mill-privat biex jingħataw b’subletting lill-klijenti tal-Awtorità tad-Djar? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm kienu dawn u f’liema lokalitajiet minn Jannar 2022?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tabella segwenti li tindika l-proprjetajiet mikrija għall-akkomodazzjoni soċjali mqassma bil-lokalità.
Attard
11
Pembroke
6
Birkirkara
111
Qala Għawdex
7
Birgu
6
Qormi
42
Birżebbuġa
5
Qrendi
1
Bormla
14
Rabat
4
Fgura
10
Rabat Għawdex
5
Furjana
7
Raħal Ġdid
18
Fontana Għawdex
1
San Ġwann
17
Għajnsielem Gozo
10
San Ġiljan
5
Għaxaq
1
San Pawl il-Baħar
70
Gudja
2
Sannat Għawdex
1
Gżira
3
Santa Luċija
8
Ħamrun
17
Santa Venera
21
Isla
4
Siġġiewi
21
Kalkara
1
Ta' Xbiex
2
Luqa
3
Tarxien
8
Marsa
7
Valletta
45
Marsaskala
6
Xagħra Għawdex
14
Mellieħa
7
Xgħajra
1
Mġarr
2
Żabbar
11
Mosta
1
Żebbuġ
7
Msida
6
Żebbuġ Għawdex
9
Nadur Għawdex
3
Żejtun
8
Naxxar
3
Żurrieq
13
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed tħallas kera l-Awtorità tad-Djar għall-Binja A li għandha l-Awtorità u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-kirja? Jista’ jgħid kemm qed tiswa f’kera annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa fir-refurbishment tal-Binja A?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu mal-Awtorità tad-Djar mill-2017 sal-lum? Jista’ jagħti lista tal-kategoriji fejn dawn daħlu jaħdmu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mis-sena 2017 ġew ingaġġati 146 impjegat f’dawn id-Dipartimenti, li wħud minnhom diġà rriżenjaw u ġew sostitwiti minn ħaddiema oħra. L-ammont ta’ nies li spiċċaw għal dan il-perjodu jammonta għal 92. Dawn il-figuri jindikaw id-dipartiment fejn ġew ingaġġati l-ħaddiema.
Uffiċċju tas-CEO – 7
Corporate Services – 19
Estate Management – 26
Social Housing – 7
Schemes – 22
Finance – 18
Technical Services & Operations – 19
Private Residential Leases Unit - 28
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3863, li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, u ċjoè: Fid-dawl li fid-Diskors tal-Baġit 2023 il-Ministru għall-Finanzi f’paġna 74 tkellem dwar reklamazzjoni tal-art, jista’ l-Ministru jgħid fejn u/jew f’liema parti ta’ Malta ser isir dan l-istudju biex ikun hemm reklamazzjoni tal-art? Jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema stakeholders huwa biħsiebu li jikkonsulta?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għal-line item 7041 fl-estimi tal-Bagit 2023, Fostering Centre in St. Venera, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex hemm tnaqqis minn €300,000 (2022) għal €120,000 fil-Baġit 2023?
Response (FALZON, MICHAEL)
Inserraħ ras l-Onor. Interpellant li l-Gvern mhux se joqgħod lura milli jkompli jinvesti bil-qawwa kollha fil-qasam soċjali kif għamel fl-aħħar 10 snin fejn in-nefqa soċjali se tkun telgħet minn €845 miljun fl-2013 għal kważi €1.4 biljun fl-2023.
Minbarra hekk, iżda, ninformah li, b’mod ġenerali, l-allokazzjonijiet finanzjarji jsiru mill-Ministeru tal-Finanzi u jiġu bbażati, fost l-oħrajn, fuq ix-xejriet ta’ nfiq fis-snin ta’ qabel u dak li jkun ippjanat għas-sena suċċessiva. Meta jkun hemm tnaqqis, dan jiġri minħabba li l-allokazzjonijiet ta’ qabel ikunu ogħla minn dak li attwalment jintefaq.
Minkejja dan, kemm-il darba xi allokazzjoni partikolari ma sservix u jkun hemm ġustifikazzjonijiet ċari, il-Ministeru għall-Finanzi dejjem japprova fondi addizzjonali matul is-sena. Alternattivament jistgħu jsiru trasferimenti ta’ fondi minn allokazzjoni għall-oħra skont ix-xejriet tal-infiq matul is-sena.
B’referenza għal-line item 6787, Minors Care Review Board, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal għal tnaqqis minn €130,000 (2022) għal €75,000 fil-Baġit 2023?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 4536.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni kien hemm tnaqqis ta’ fondi għal-line item 5732, Employment Assitance to Single Parents, li minn €10,000 (2022) niżel għal €2,000 fil-Baġit ta’ din is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 4536.
Jista’ l-Ministru jgħid x’wassal għal tnaqqis ta’ fondi fuq line item 5404, Expenditure Reporting Schemes, li minn €1,300,000 niżel għal €1,200,000, jiġifieri tnaqqis fl-iskemi ta’ €100,000? Liema skema ser jitnaqqsulha l-fondi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi line item 5404 jirreferi għall-baġit allokat għall-Iskema ‘Għotja għall-Irranġar u/jew Tkomplija tal-Ewwel Residenza’. It-talbiet kollha permezz ta’ din l-iskema qed jiġu milqugħa, barra minn hekk l-istess familji se jibdew jibbenefikaw ukoll mill-għotja ta’ €10,000 għal first-time buyers. Kumplessivament il-baġit allokat għall-iskemi offruti mill-Awtorità tad-Djar żdied sostanzjalment.
Ħruġ ta’ liċenzji taħt l-Att dwar l-Aġenti tal-Proprjetà Immobbli u tas-Sensara u Konsulenti tal-Proprjetà
Question
Minn meta daħal l-Att dwar l-Aġenti tal-Proprjetà Immobbli u tas-Sensara u Konsulenti tal-Proprjetà f’Lulju 2020, jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji minn Diċembru 2021 f’kull kategorija?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Ħruġ ta’ Liċenzji approva 742 liċenzja.
Liċenzji approvati
Kwantità
Maniġer ta’ Fergħa
64
Sensar tal-Proprjetà
90
Konsulent tal-Proprjetà
528
Aġent tal-Proprjetà
60
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3861, jista’ l-Ministru jgħid f’liema binjiet ġewwa Ta’ Giorni housing estate se jkunu dawn is-sitt liftijiet? Ir-residenti huma infurmati b’dan? Jista’ jgħid f’liema xahar ser jibdew ix-xogħlijiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar qed tipproċessa talbiet ta’ lifts fi blokok D, E, F, G, H u fil-Binja tal-Meżżanini.
Ministeru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Line Item 5803
Question
B’referenza għal-Line Item 5803 fl-Estimi tal-Bagit 2023, ‘Community Inclusive Employment Scheme’, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex kien hemm tnaqqis ta’ €150,000 fuq l-Estimi tas-sena l-oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed ikun assigurat li l-ħaddiema kollha tas-C.I.E.S ser jinżammu.
Ministeru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Line Item 7048
Question
B’referenza għall-aħbar li l-Ministeru se jkun qed jagħmel xi xoghol ta’ restawr fuq numru ta’ swar fil-Kottonera, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex fil-Line Item 7048 tal-Estimi tal-Baġit 2023 spiċċa naqqas il-fond b’€500,000 mill-Estimi tas-sena l-oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Estimi tal-Budget jinbidlu minn sena għal oħra skont in-nefqiet u l-esiġenzi attwali mhux biss tad-Direttorat iżda wkoll tal-Ministeru.
Madanakollu l-pjan ta’ restawr fuq numru ta’ swar fil-Kottonera li kkommetta għalih id-Direttorat tar-Restawr hu maħsub li ser jinżamm xorta waħda.
Ministeru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Line Item 7003
Question
B’referenza għal-Line Item 7003 fl-Estimi tal-Baġit 2023, jista’ l-Ministru jgħid għaliex filwaqt li l-Baġit għal din il-Fondazzjoni tal-Katidral ta’ San Ġwann kien €265,000 fl-2022, fl-Estimi tal-2023 dan niżel għal €33,000 biss?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-kunsilli lokali jingħataw aktar awtonomija fiżika biex ikunu jistgħu jiġbru fondi għall-istess kunsill lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentement għadhom qed jiġu evalwati l-proposti kollha mressqa fl-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni għall-Istrateġija l-Ġdida għall-Gvern Lokali.
Kunsill Lokali San Ġiljan – spezzjonijiet fi stabbilimenti ġewwa Paceville
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3847, jista’ l-Ministru jitkellem mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan fid-dawl li għandhom realtà ferm differenti mit-tweġiba mogħtija għal din mistoqsija parlamentari?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nista’ nassigura lill-Onor. Interpellant li kemm il-Ministeru kif ukoll l-entatijiet fi ħdanu jżommu kuntatt mill-qrib mal-Kunsilli Lokali. Kemm-il darba l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan iħoss li għandu bżonn jagħmel kuntatt magħna, aħna lesti li niltaqgħu, kif fil-fatt għamilna mal-Onor. Interpellant meta kien jokkupa l-kariga ta’ Sindku tal-istess lokalità.