B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4693, jista’ l-Ministru jagħti summary tal-proposti ta’ Malta lill-Kummissjoni Ewropea u/jew l-Unjoni Ewropea, jekk kien hemm tali proposti, b’rabta mas-sapport finanzjarju lil-Libja taħt l-artikolu 5 tal-MOU iffirmat fit-28 ta’ Mejju 2020 u li kopja tiegħu tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-3 ta’ Ġunju 2020? Jista’ jgħid x’kien ir-riżultat ta’ dawn il-proposti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riżultati ta’ proposti b’rabta mas-sapport finanzjarju lil-Libja taħt l-artikolu 5 tal-MOU li ġie ffirmat fit-28 ta’ Mejju 2020 huma kif ġej:
Fuq livell Ewropew, Malta kontinwament tesprimi l-ħtieġa li tappoġġja lil-Libja fit-tisħiħ tal-fruntieri tal-art u marittimi tagħha permezz ta’ finanzjament akbar tal-UE.
Fl-2021, waqt in-negozjati tal-baġit tal-UE għall-2022, wara pressjoni estensiva minn Malta u l-pajjiżi MED 5, il-Kummissjoni Ewropea qablet ma’ dikjarazzjoni li tistabbilixxi ammont minimu medju ta’ finanzjament għall-migrazzjoni fir-reġjun, fil-livell tal-2022, ta’ €208 miljun.
Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni ċċirkolat il-Programm Indikattiv Multiannwali (MIP) għall-Viċinat tan-Nofsinhar, li ffissat l-ammont ta’ finanzjament għall-2023 u l-2024 għal €100 miljun.
F’diversi laqgħat wara li ġie ċċirkolat dan il-programm, Malta kompliet tesprimi l-ħtieġa li l-finanzjament għall-migrazzjoni jkun adegwat. Malta (appoġġata minn Ċipru, l-Greċja, l-Italja u Spanja) qajmet tħassib dwar it-tnaqqis tal-fondi bħala ‘Any Other Business’ (AOB) fil-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill tal-EU CODEV-PI fit-3 ta’ Ottubru. Il-Kummissjoni (DG NEAR) reġgħet lura fis-6 ta’ Ottubru, u ddikjarat li kien hemm €100 miljun proposti għall-2023 u €100 miljun oħra għall-2024. Fil-kumitat tal-Baġit fil-5 ta’ Ottubru, Malta (appoġġjata minn Ċipru, l-Greċja, l-Italja, Spanja u l-Polonja) reġgħet qajmet tħassib dwar il-livell ta’ finanzjament għall-migrazzjoni fl-Afrika ta’ Fuq rifless fl-MIP.
Fil-11 ta’ Ottubru, meta tqajmet il-kwistjoni minn Malta (appoġġjata mill-Italja u Spanja), il-Kummissjoni indikat li l-€100 miljun ma kinux finali peress li l-ipprogrammar kien għadu għaddej. Fit-18 ta’ Ottubru, waqt il-laqgħa tal-Kumitat tal-viċinat NDICI, Malta (appoġġata mill-Olanda, l-Ġreċja, l-Italja, Ċipru, il-Portugall u Spanja) qajmet tħassib dwar il-livell ta’ finanzjament tal-MIP u nnota l-ħtieġa li l-Kummissjoni żżomm mal-impenn meħud. Bħala kompromess, il-Kummissjoni qablet li tinkludi nota ta' qiegħ il-paġna speċifika fl-MIP.
Fid-dawl tas-sentenza mogħtija llum dwar kumpens lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jista’ l-Ministru jgħid min se jkun qiegħed iħallas dan il-kumpens, jekk hux il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jew iċ-ċittadin Malti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi dan il-każ huwa suġġett ta' proċeduri ġudizzjarji li mhumiex konklużi.
To ask the Minister, since Government policy does not allow for a parent who does not earn the median wage (plus 20% for each dependent) to apply for family reunification, how many decisions have there been in which a minor (under 18) was refused residence, on the basis of family reunification, in the last five years?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Line Item 5803
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4405 dwar Line Item 5803 fl-Estimi tal-Bagit 2023, ‘Community Inclusive Employment Scheme’, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex kien hemm tnaqqis ta’ €150,000 fuq l-estimi tas-sena l-oħra? Jista’ jgħid kif ser jagħmel tajjeb għal dan it-tnaqqis fid-dawl li fit-tweġiba tiegħu assigura lill-ħaddiema kollha tal-Community Inclusive Employment Scheme (C.I.E.S.) li ser jinżammu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li qed issir l-assigurazzjoni li l-ebda impjieg tal-ħaddiema tal-Community Inclusive Employment Scheme mhu ser jintilef minħabba l-fatt li s-sena l-oħra sar advance payment li jkopri parti mill-ħlas dovut għas-sena kurrenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f’Malta/Għawdex li huma fuq is-servizzi soċjali? Jista’ jagħti l-kategoriji kollha ta’ dawn is-servizzi soċjali u jgħid kemm hemm persuni f’kull kategorija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Skema ‘Għotja għall-Irranġar u/jew Tkomplija tal-Ewwel Residenza’
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4539, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-iskema ‘Għotja għall-Irranġar u/jew Tkomplija tal-Ewwel Residenza’? Jista’ jgħid x’kienet il-medja tal-għotjiet mogħtija?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-Iskema - Għotja għall-Irranġar u/jew Tkomplija tal-Ewwel Residenza l-Awtorità tad-Djar kellha 363 talba għas-sena 2022. Il-medja tal-għotjiet kienet is-segwenti:
Kostruzzjoni – €2,550
Finishing - €1,990.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4610, jista’ l-Ministru jwieġeb għaż-żewġ mistoqsijiet li ma rrispondiex, u ċjoè:
a. jekk ir-residenti ta’ dawn il-binjiet kinux infurmati, u jekk iva, kif; u
b. f’liema xahar ser jibdew dawn ix-xogħlijiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-indirizzi tal-applikazzjonijiet approvati għal-lokalità ta’ San Ġiljan huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt. Ir-residenti ġew infurmati b’dan permezz ta’ ittra.
BLOKK
TRIQ
LOKALITÀ
DATA TAL-ITTRA
BLOKK G, AREA 20
TRIQ JEAN HOUEL
SAN ĠILJAN TA' GIORNI
06 TA' APRIL 2022
BLOKK F
TRIQ JEAN HOUEL
SAN ĠILJAN TA' GIORNI
28 TA' OTTUBRU 2020
BINJA TAL-MEZZANINI, AREA 8, DJAR 1 SA 10
TRIQ LAPSI
SAN ĠILJAN TA' GIORNI
20 TA' MEJJU 2022 / LAQGĦA MAL-KUNSILL LOKALI DATATA 07 TA' OTTUBRU 2022
BLOKK E
TRIQ ANDRE' MAUROIS
SAN ĠILJAN TA' GIORNI
21 TA' AWWISSU 2020
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – applikazzjoni għal Palazzo Spinola
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4122, jista’ l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija fid-dawl li l-applikazzjoni PA02310/20 tinsab f’isem il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, bħala referenza, il-permess tal-PA msemmi fil-PQ 4820. Kif jidher mill-applikazzjoni għall-permess, m'hemmx strutturi perikolużi fil-Palazz innifsu, madanakollu hemm kostruzzjoni ta’ binja żgħira fuq barra tal-Palazz li s-saqaf tagħha jeħtieġ attenzjoni. Bħalissa qegħdin f'diskussjonijiet biex jinbidel is-saqaf imsemmi u tinħoloq il-parti tat-‘toilette’ kif inkluż fil-permess tal-PA.
Meta jitlesta x-xogħol fuq il-binja partikolari, din għandha tiġi okkupata mill-uffiċjali tas-sigurtà filwaqt li l-parti tat-‘toilette’ tkun disponibbli waqt funzjonijiet li jsiru fil-parapett.
Ix-xogħol ta’ rinnovazzjoni f’din il-binja mhux se jfixkel ir-rilokazzjoni tal-Ministeru lejn Palazzo Spinola. Ix-xogħlijiet għandhom jitlestew sal-aħħar ta’ Jannar 2023 u ġaladarba jitlestew ix-xogħlijiet meħtieġa, l-uffiċjali tas-sigurtà jkunu jistgħu joperaw minn din il-binja.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4123 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3835, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol ta’ restawr tas-saqaf u tal-faċċata tal-Palazzo Spinola skont l-applikazzjoni PA02310/20?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli nterpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 4820 tal-istess Seduta. Kif ukoll ninfurmah li r-restawr tal-faċċata kien diġa tlesta.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4124 dwar Palazzo Spinola, fejn il-Ministru wieġeb li “ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra”, jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux opportun fid-dawl li hemm proprjetà pubblika fin-nofs?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’għandi xejn aktar x’inżid mat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 4124.
San Ġiljan – Palazzo Spinola – Talba mill-Kunsill Lokali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4125, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3827, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma ġiet l-ebda risposta uffiċjali għat-talba tal-Kunsill Lokali San Ġiljan li talab li Palazzo Spinola jingħata lill-Kunsill bħala community centre? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din ir-risposta?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jindirizza din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4091 u ċjoè: B’konnessjoni mal-istudji li ġew ippubblikati fuq il-Metro, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar:
a. il-mod u d-data tal-individwi/ditta/soċjetà/għaqda li ġie/ġew ingaġġati jagħmlu l-istess studju; u
b. il-kopja tat-termini ta’ riferimenti/ingaġġar tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u/jew xi kumpaniji/ditta/individwi hekk ingaġġati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Infrastructure Malta – tenders, direct orders u konċessjonijiet lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4090 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tenders, direct orders u konċessjonijiet oħra li Infrastructure Malta tat lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u/jew kumpaniji/joint ventures jew partnership li fiha kien involut (inkluż imma mhux limitat għal dawk mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ukoll)?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Individwi/ditti li jipprovdu servizzi professjonali lill-Awtorità tat-Trasport, Infrastructure Malta u lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-individwi u/jew ditti li jipprovdu servizzi professjonali lill-Awtorità tat-Trasport, Infrastructure Malta u/jew il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-segwenti dokumenti:
- termini ta’ riferiment għal proviżjoni ta’ servizzi reżi;
- ftehim u/jew kuntratti; u
- invoices u riċevuti in konnessjoni tas-servizzi reżi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jispecifika l-informazzjoni li qed tintalab f’din il-Mistoqsija Parlamentari.
Sit elettroniku tal-eCourts – sentenzi ta’ vjolenza domestika mneħħija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn sentenza rigward vjolenza domestika (sew fejn l-imputat instab ħati u sew fejn ġie lliberat) tneħħiet mis-sit elettroniku tal-eCourts b'tali mod li l-pubbliku inġenerali m'għandux aċċess għas-sentenza?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li minn Jannar 2022 sal-15 ta’ Diċembru 2022 ma kien hemm l-ebda talba sabiex sentenza relatata ma’ vjolenza domestika titneħħa mis-sit elettroniku tal-eCourts u għalhekk ma tneħħiet ebda sentenza f’dan ir-rigward.
Sa Maison – proprjetà pubblika okkupata minn individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid sa liema żmien l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, se jkompli jokkupa l-uffiċċju Sa Maison, liema uffiċċju huwa proprjetà tal-Gvern?
Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Awditur tal-Awtorità tal-Ippjanar, kemm jitħallas għal din il-kariga u liema kienu l-investigazzjonijiet li saru minnu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Waqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awditur Intern tal-Awtorità tal-Ippjanar jokkupa l-kariga li taqa’ fil-grad t’Assistent Direttur fl-istess Awtorità u għaldaqstant il-ħlas relattiv għal din il-kariga, hu dak ta’ salarju u benefiċċji applikabbli relatati, l-istess persuna taqdi wkoll il-funzjoni ta’ Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-Awtorità, għal-liema funzjoni titħallas allowance separata.
Mhux f’loku li isem il-persuna jingħata pubblikament, iżda jekk l-Onorevoli interpellant irid, inkun nista’ ngħaddilu d-dettalji neċessarji, inkluż il-kwalifiċi tal-istess persuna. Inżid li minn mindu l-persuna bdiet tokkupa l-kariga, ħadet ħsieb disa’ investigazzjonijiet dwar każi separati.
Kumpaniji mhux imniżżla fuq il-Malta Business Registry
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hawnx kumpaniji reġistrati hawn Malta li dwarhom ma teżisti ebda informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-Malta Business Registry?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull kumpanija reġistrata hawn Malta hija mdaħħla fuq il-portal online tal MBR. Il pubbliku jista jaċċessa l informazzjoni billi jirreġistra fuq is-sit jew mill-uffiċċji tal MBR.
American University of Malta – soċjetà li tmexxi din l-Università
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/ftehim/dikjarazzjoni illi bih is-soċjetà, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tmexxi l-American University of Malta (AUM) irrinunzjat għal porzjoni art f’Bormla magħrufa bħala Pjazza San Pawl, kif ukoll kopja tal-konċessjoni u ftehim viġenti bil-pjanti annessi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
L-Onorevoli interpellant għandu jkun mgħarraf li d-dokument, li qed jirreferi għalih, hu diġà fil-pussess tal-Kamra tad-Deputati fejn tpoġġa fis-seduta 24 li saret nhar l-4 ta’ Lulju 2022.
Qrati – Magisterial Inquiries dwar inċidenti fuq il-postijiet ta’ kostruzzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3954, jista’ l-Ministru jgħid x’qed iwassal għal dan id-dewmien? Jista’ jagħti data meta dawn ser jingħalqu biex b’hekk issir ġustizzja? Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ min huma dawn il-każijiet pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid minn liema nazzjonalità kienu l-vittmi ta’ dawn l-inċidenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li ai termini tal-artikolu 518 tal-Kodiċi Kriminali, ‘l-atti u d-dokumenti tal-Qorti ta’ Ġustizzja Kriminal ma jistgħu jintwerew lil ħadd’, mgħadud ma dan, l-inkjesta maġisterjali hija minnha nnifisha investigazzjoni u għaldaqstant, l-kontenut tagħha jkun disponibbili biss għall-Maġistrat Inkwirenti u l-Avukat Ġenerali. Għall-dawn ir-raġunijiet, l-informazzjoni rikjesta’ ma tistax tiġi prodotta.