Legislature:
Category:
Reset
Active:

Building Construction Agency – periti mqabbda biex jirrevedu l-method statements

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4092 u 5154 u jgħid min huma l-periti u/jew ditti tal-periti li huma mqabbdin mill-Building Construction Authority (BCA) sabiex jirrevedu l-method statements li jiġu sottomessi u jekk humiex imqabbdin permezz ta’ direct orders jew b’mod ieħor, kif ukoll ir-rata ta’ remunerazzjoni tagħhom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Strument li jkollu l-forza ta’ liġi f’Malta jew xi dispożizzjoni tiegħu li jmorru kontra l-Kostituzzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm sentenzi li jiddikjaraw li xi strument li jkollu l-forza ta’ liġi f’Malta jew xi dispożizzjoni tiegħu jmorru kontra xi dispożizzjoni tal-Kostituzzjoni ta’ Malta jew xi dritt tal-bniedem li ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skont l-artikolu 242(1) tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili? Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ħa azzjoni biex ineħħi kull inkonsistenza mal-Kostituzzjoni ta’ Malta jew mad-dritt jew libertà fundamentali kif maħsub fl-artikolu 242(2)?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kodiċi tal-Etika tal-Ġudikatura

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kodiċi tal-Etika tal-Ġudikatura japplikax għall-membri tat-tribunali amministrattivi u l-bordijiet kważi-ġudizzjarji li jaqgħu taħt l-oversight tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Kodiċi tal-Etika li jirregolaw dawn it-tribunali u l-bordijiet?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Bir-rispett kollu lejn l-Onor. Interpellant, għandi nibda billi nikkwalifika din ir-risposta b’referenza għall-Ordni Permanenti Numru 27(5), illi jipprovdi li interpellanza ma għandhiex titlob soluzzjoni ta’ kwistjoni legali astratta, jew ta' propożizzjoni ipotetika. Dan in kwantu li l-interpellanza tinvolvi l-interpretazzjoni tal-liġi li, kif nafu, hija funzjoni li iżjed tirrisjedi naturalment fil-Qrati milli f'din il-Kamra. Minn qari tas-subartikolu 101A (11) tal-Kostituzzjoni mkien ma jirriżulta li l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja għandha l-funzjoni li toħroġ Kodici ta' Etika għall-membri ta' Tribunali Amministrattivi u Bordijiet li jeżerċitaw funzjonijiet hekk imsejħa "Kważi-Ġudizzjarji", fis-sens illi jiddeċiedu litiġji wara proċedura kontenzjuża ta' smiegħ. Is-subartikolu 110(11) fil-paragrafu (h) jipprovdi illi l-Kummissjoni tista' ukoll tingħata funzjonijiet oħra b'liġi b'żieda ma dawk li jelenka l-istess subartikolu, iżda huwa raġjonevoli li wieħed jippreżumi illi dan jista' jsir sakemm dawk il-funzjoniet ikunu ukoll jinkwadraw fil-qafas ġenerali tal-funzjonijiet attribwiti lill-Kummissjoni mill-Kostituzzjoni. Il-liġi speċjali dwar it-Tribunali Amministrattivi hija l-Att dwar il-Ġustizzja Amministrativa (Kap. 490 tal-Liġijiet ta’Malta) li telenka l-prinċipji ta’ mġiba amministrattiva tajba u t-tribunali amministrattivi li għalihom huma espressament applikabbli. Għandu jingħad ukoll illi ħafna drabi l-proċeduri tat-tribunal amministrattivi u r-regoli tas-smigħ xieraq applikabbli għalihom jinstabu ukoll fil-liġijiet li jistabbilixxu dawk it-Tribunali, li xi drabi jissejjħu ukoll ‘Bordijiet’. Apparti dan, skont is-sentenzi kostanti tal-Qrati, dawn it-tribunali u bordijiet huma marbuta bil-prinċipju tal-legalità u bil-prinċipji tal-ġustizzja naturali li jinkludu l-obbligu tal-indipendenza u tal-imparzjalità li minnu nnifsu jeskludi l-imġiba mhux xierqa u inkompatibbli ma' dawk il-prinċipji.

Identity Malta — Zambrano permits

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal Zambrano permit irċeviet Identity Malta bejn l-2013 u d-data ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena? Jista' jgħid ukoll kemm-il Zambrano permit inħareġ mill-2013 sal-lum, sena b'sena, kif ukoll jindika l-ġeneru tal-benefiċjarju?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li jidher li meta qed jagħmel referenza għal Zambrano qed jirreferi għas-sitwazzjonijiet simili bħal dawk trattati fil-kawża Nru C-34/09 Ruiz Zambrano vs. Office National de l-Emploi. Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull applikazzjoni għall-permess ta’ residenza tiġi eżaminata fuq il-bażi tal-liġijiet u policies nazzjonali u jekk ikun hemm bżonn jittieħdu fil-kunsiderazzjoni l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dik Maltija. F’dan ir-rigward ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jeżisti ebda permess speċifikament imsejjaħ Zambrano permit.

Ġenituri minn barra l-UE mibgħuta lura f’pajjiżhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġenituri li ġejjin minn barra l-UE u li għandhom tfal Maltin intbagħtux lura pajjiżhom? Jekk iva, kemm?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fis-sena 2022 ma kienx hemm ġenituri li ġejjin minn barra l-UE u li għandhom tfal Maltin li ntbagħtu lura pajjiżhom.

Persuni fuq is-servizzi soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5149 u jgħid kemm hemm persuni f’Malta/Għawdex li huma fuq is-servizzi soċjali? Jista’ jagħti l-kategoriji kollha ta’ dawn is-servizzi soċjali u jgħid kemm hemm persuni f’kull kategorija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema servizzi soċjali qiegħed jirreferi. Is-servizzi soċjali li jingħataw mill-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli huma ħafna minbarra li hemm servizzi soċjali mogħtija minn Ministeri oħra.

Użu tal-kannabis — sewqan

Question

Fid-dawl li fi ftit taż-żmien ieħor wieħed jista’ jagħmel użu tal-Kannabis, jista’ l-Ministru jgħid jekk wieħed jistax isuq il-vettura fit-triq wara li jkun għamel użu mill-Kannabis? Ser ikun hemm xi testijiet bħalma jiġri fl-użu tal-alkoħol? Ser jibqa’ illegali li wieħed jagħmel użu tas-sustanzi u jsuq vetturi? Kif wieħed jista’ jserraħ rasu li meta jkollu t-tfal l-iskola fuq vannijiet tal-iskola jew jagħmel użu minn taxi/cabs/vannijiet privati, is-sewwieq ma jkunx taħt effett ta’ din is-sustanza?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ir-riforma fil-liġi hija intiża li tnaqqas l-istigma soċjali u ma tibqax tistma ta’ kriminal lil min jagħmel użu personali responsabbli tal-kannabis. Fl-istess ħin il-liġi tipprovdi l-prekawzjonijiet biex jiġu protetti l-minuri, s-saħħa pubblika u l-ordni pubblika. Il-liġijiet marbuta mas-sewqan ma nbidlux f’dan ir-rigward u dak li kien illegali u projbit għadu llegali u projbiet. Fl-istess waqt, il-Gvern jibqa’ kommess li wara diskussjonijiet u konsultazzjonijiet ikompli jsaħħaħ is-sigurta’ fit-toroq.

Użu tal-kannabis — sewqan

Question

Fid-dawl li fi ftit taż-żmien ieħor wieħed jista’ jagħmel użu tal-Kannabis, jista’ l-Ministru jgħid jekk wieħed jistax isuq il-vettura fit-triq wara li jkun għamel użu mill-Kannabis? Ser ikun hemm xi testijiet bħalma jiġri fl-użu tal-alkoħol? Ser jibqa’ illegali li wieħed jagħmel użu tas-sustanzi u jsuq vetturi? Kif wieħed jista’ jserraħ rasu li meta jkollu t-tfal l-iskola fuq vannijiet tal-iskola jew jagħmel użu minn taxi/cabs/vannijiet privati, is-sewwieq ma jkunx taħt effett ta’ din is-sustanza?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirefferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 6589.

Awtorità tad-Djar – Binjiet tal-Gvern f'Ta Giorni

Question

Fid-dawl tal-korrispondenza datata 22 ta’ Ġunju 2022 (li qed tingħata b’mod separat) annessa ma’ din il-mistoqsija li tindika li l-parapet walls fil-blokki tal-binjiet tal-Gvern f’Ta Giorni jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Awtorità tad-Djar, jista’ l-Ministru, b’referenza għall-mistoqisja parlamentari 5426 u b’referenza għal dak li qal fit-tweġiba għal mistoqsija supplimentari tiegħi fis-seduta 78 tat-18 ta’ Jannar 2023 għall-mistoqsija parlamentari 4213, jikkonferma li l-parapet walls u l-blokki tal-bini inkwistjoni fil-fatt ġew trasferiti lill-Awtorità tad-Djar?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema blokok f’Ta’ Ġiorni qiegħed jirreferi sabiex l-informazzjoni tkun tista’ tingħata.

Awtorità tad-Djar – postijiet allokati lil persuni single

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5428 dwar allokazzjoni tad-djar lil persuni li huma single, jista’ l-Ministru jelenka fid-dettall minn liema stock ingħataw dawn l-1,989 akkomodazzjoni? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu minn binjiet tal-Gvern (housing estates) u kemm kienu mill-skema 'Kiri' jew minn l-iskema li ħarġet wara din l-iskema? Jista’ jgħid ukoll f'liema lokalitajiet kienu dawn?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jinnota l-informazzjoni mitluba fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità allokata Proprjetà tal-Gvern Proprjetà tal-Privat mikrija mill-Gvern Total Attard 2 23 25 Bahar iċ-Ċagħaq 0 1 1 Balzan 1 0 1 Birkirkara 17 112 129 Birzebbuġa 1 22 23 Blata l-Bajda 0 7 7 Buġibba 0 13 13 Burmarrad 0 5 5 Cospicua 86 69 155 Fgura 7 26 33 Floriana 39 0 39 Fontana Għawdex 0 1 1 Għajnsielem Ghawdex 0 15 15 Għarb Għawdex 0 2 2 Għasri Għawdex 0 1 1 Għaxaq 1 12 13 Gudja 0 2 2 Gwardamanġa 0 1 1 Gżira 11 35 46 Ħamrun 27 12 39 Kalkara 4 1 5 Kerċem Għawdex 0 6 6 Kirkop 3 47 50 Luqa 3 5 8 Marsa 17 2 19 Marsalforn Għawdex 0 35 35 Marsaxlokk 1 1 2 Mellieħa 7 9 16 Mġarr 3 2 5 Mosta 2 2 4 Mqabba 0 2 2 Mrieħel 3 0 3 Msida 19 159 178 Mtarfa 1 0 1 Munxar Għawdex 0 5 5 Nadur Għawdex 0 6 6 Naxxar 1 1 2 Paola 36 31 67 Paceville 1 0 1 Pembroke 8 0 8 Pieta' 4 0 4 Qala Għawdex 0 11 11 Qawra 1 54 55 Qormi 11 56 67 Qrendi 0 57 57 Rabat 4 35 39 Rabat Għawdex 6 23 29 San Ġwann 20 12 32 San Lawrenz Għawdex 0 7 7 Salina 0 1 1 Sannat Għawdex 0 3 3 Senglea 19 3 22 Siġġiewi 4 92 96 Sliema 0 3 3 St Julians 7 2 9 St Paul's Bay 1 96 97 Sta Luċija 32 0 32 Sta Venera 3 44 47 Ta' Xbiex 2 1 3 Tarxien 19 41 60 Valletta 124 0 124 Vittoriosa 31 0 31 Wied il-Għajn 0 16 16 Xagħra Għawdex 0 18 18 Xewkija Għawdex 0 1 1 Xgħajra 0 3 3 Xlendi Għawdex 0 9 9 Żabbar 3 29 32 Żebbuġ 11 12 23 Żejtun 6 10 16 Żurrieq 3 65 68 612 1377 1989

Mina mis-Swieqi/Pembroke għal Paceville

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5429 u għall-proġett tal-mina taħt l-art mis-Swieqi/Pembroke għal Paceville, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-kundizzjonijiet kollha mogħtija mill-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub sar disponibbli għall-pubbliku fit-23 ta’ Ġunju 2021. Dan id-dokument li qiegħed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra jinkludi l-kundizzjonijiet kollha mogħtija mill-Awtorità tal-Ippjanar, kif ukoll kundizzjonijiet hekk kif imposti u infurzati minn entitajiet oħra dwar il-kumpanija msemmija.

E-scooters — regolarizzazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5937 fejn il-Ministru qal li s-sewwieqa tal-e-scooters għandhom jużaw veloċità ta’ 10km fis-siegħa, jista’ l-Ministru jgħid jekk din il-veloċità hijiex ta’ periklu għal dawk li jimxu, peress li persuna normali timxi bejn 3km u 4km fis-siegħa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wasalna għal din il-veloċità massima ta' għaxar kilometri fis-siegħa (għal sewqan f’mogħdijiet tar-riġel, inkluż dawk mhux riżervati esklussivament għall-mixi, promenades, żoni pedonali u mogħdijiet għar-roti) wara studju dettaljat li sar fejn anke rajna dak li ġie lleġiżlat barra minn xtutna.

Anzjani — sigurtà

Question

Fid-dawl li l-Ministeru jinsisti fuq anzjanità attiva, jista’ l-Ministru jgħid kif jistgħu l-anzjani jagħmlu dan u joħorġu jimxu meta diversi bankini pubbliċi huma meħuda minn imwejjed u siġġijiet u boroz tal-iskart, filwaqt li fil-promenades m'hemmx sigurtà minħabba diversi abbużi minn dawk li jużaw l-e-scooters, fejn mhux l-ewwel darba li anzjani jintlaqtu minn dawn l-istess e-scooters? X’ser jagħmel biex l-anzjani jkollhom serħan tal-moħħ u aċċessibbiltà?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull ilment li jiġi mgħoddi lill-Ministeru tagħna jiġi mgħoddi lid-Dipartimenti kkonċernati meta dan ma jaqax taħt d-dekasteru tagħna.

San Ġiljan u Tas-Sliema — Tneħħija ta’ E-Scooters ipparkjati ħażin

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6052, peress li l-LESA taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu, jista' l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija u jgħid kemm uffiċjali tal-LESA ħarġu multi għaliex e-scooters kienu pparkjati ħażin? Kemm ġew imneħħija minn fuq il-promenades ġewwa San Ġiljan u Tas-Sliema?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ammont ta’ taħrikiet għal escooters ġewwa San Ġiljan kien 958 fis-sena 2021 u 2049 fis-sena 2022, u ġewwa tas-Sliema 1210 fis-sena 2021 u 2175 fis-sena 2022.

Building Construction Agency – periti mqabbda biex jirrevedu l-method statements

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4092 u 5154 u jgħid min huma l-periti u/jew ditti tal-periti li huma mqabbdin mill-Building Construction Authority (BCA) sabiex jirrevedu l-method statements li jiġu sottomessi u jekk humiex imqabbdin permezz ta’ direct orders jew b’mod ieħor, kif ukoll ir-rata ta’ remunerazzjoni tagħhom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.

Transport Malta – Responsabbiltà fuq promenades

Question

Jista’ l-Ministru jindika eżattament il-parti tal-liġi li minnha joħorġu r-responsabbiltajiet ta’ Transport Malta fuq it-tmexxija/użu/permessi fuq promenades fejn ma jgħaddu l-ebda vetturi? Jista’ l-Ministru jelenka fejn Transport Malta għandha din ir-responsabbiltà?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li vetturi bħal eKickScooters jistgħu jintużaw fi promenades, dan skont S.L. 499.67.

Skeda ġdida tal-ġbir tal-iskart

Question

B’referenza għall-iskeda l-ġdida tal-ġbir tal-iskart, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tiegħu biex tissolva s-sitwazzjoni fejn diversi boroż suwed jibqgħu jinħarġu barra l-ħin tal-iskeda, b’mod partikolari fejn ikun hemm short let outlets f’lokalitajiet turistiċi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din il-fażi inizjali kull min joħroġ il-borża tal-iskart bi ksur tal-iskeda nazzjonali qed jingħata warning u dan sabiex l-individwu kkonċernat jiġi mgħarraf b’tali ksur. Infurmat li wara li jingħata żmien biżżejjed sabiex kulħadd jitgħallem u jorjenta ruħu sew mal-iskeda l-ġdida, jibda l-perjodu ta’ infurzar. Fil-frattemp qed jittieħdu miżuri sabiex fejn dawn il-boroż qed jinħarġu kif indikat mill-Onor. Interpellant, dawn jinġabru f’ġabra li ma tkunx tal-kuntrattur reġjonali.

Social Impact Assessments – konklużjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’valur għandhom il-konklużjonijiet mis-‘social impact assessments’ meta dawn jintalbu biex isiru fuq proġetti kbar?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ “Social Impact assessment” fi proġetti partikolari, l-Awtorità tal-Ippjanar tkun qed tassigura illi fil-konklużjonijiet, dan ir-rapport ikun jinkludi l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun jista’ jiġi mitigat b’mod konkret kull impatt li jista’ jaffettwa b’mod negattiv lir-residenti tal-lokal. Dawn l-istess mitigazzjonijiet ikunu mressqa bħala parti mill-proposta biex jiffurmaw parti minn sett ta’ kundizzjonijiet li jiffurmaw l-eventwal permess jekk l-iżvilupp ikun għall-approvazzjoni.