Legislature:
Category:
Reset
Active:

Asthma — Persuni li ddaħħlu l-isptar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm iddaħħlu persuni l-isptar isofru minn asthma mill-2013 sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’kienet l-età tagħhom u minn liema reġjun kienu ġejjin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Pulizija – spot checks fl-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8691, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-disa’ pulizija (PC number) f’Għawdex matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023 li fetaħ mill-10 ta’ April sat-30 ta’ April? Jista’ jgħid liema lokalitajiet f’Għawdex ġew sorveljati u f’liema lokalitajiet kien hemm spots checks?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferri lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari numru 8689. Rigward tali tweġiba li ngħatat fis-16 ta’ Mejju, in-numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija, assistiti minn Membri tal-Forzi Armati, li għamlu xogħol ta’ sorveljanza fl-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023, kienet ikopri ż-żewġ gżejjer. Ma nħossx li dettalji personali oħra, u ċjoè n-numri li bih jiġu identifikati l-uffiċjali tal-Korp li għamlu dan ix-xogħol, għandhom ikunu ppubblikati, u dan fl-aħjar interess tal-istess membri.

San Ġiljan u Tas-Sliema – enforcement notices pendenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8185 dwar l-enforcement notices pendenti ġewwa San Ġiljan u Tas-Sliema, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma t-timeframes biex l-Awtorità tmexxi fuq dawn l-enforcements? Jista’ jgħid jekk għandux ordni biex isegwi dawn l-enforcement notices? Jekk le, x’qed iżomm l-Awtorità biex tmexxi fuqhom dawn l-enforcement notices?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-Awtorità tal-Ippjanar taġixxi kif stabbilit fl-Att dwar l-Ippjanar. Huwa minnu wkoll li entitajiet regolatorji oħra jistgħu jieħdu azzjoni diretta skont il-liġi rispettiva tal-entità u skont xi jkun il-każ.

Paceville – proposta dwar il-ġbir ta’ skart

Question

B’referenza għall-ħidma fuq il-proposta biex il-ġbir tal-iskart ġewwa l-Paceville jkun simili għal dak tal-Belt Valletta, fejn kien hemm working group magħmul minn diversi stakeholders, fosthom il-Cleansing and Maintenance Division, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet din il-ħidma?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ġbir tal-iskart huwa f’idejn ir-Reġjuni, ninfurmah li d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni qiegħda tinvesti f’riżorsi u makkinarju apposta għal-lokalità ta’ Paceville, hekk kif diġà teżisti sistema simili fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta u San Pawl il-Baħar. Inħarġu tenders għal xiri ta’ makkinarju li speċifikament għandu jintuża biss fil-lokalità ta’ Paceville, sabiex jikkumplimenta mas-servizzi diġà offruti mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan. F’dan il-mument dawn it-tenders qed jiġu evalwati u aġġudikati.

Paceville – użu mill-Kannabis

Question

Fid-dawl li meta timxi fit-toroq ta’ Paceville xxomm riħa ta’ Kannabis, jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew imħarrka ladarba l-użu tal-kannabis għadu illegali u lanqas mhu previst li jkun legali f’postijiet pubbliċi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Pulizija – Lokalitajiet u żoni sorveljati fl-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema lokalitajiet u żoni ġew sorveljati mis-46 pulizija f'Malta u d-9 pulizija f'Għawdex matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023 għal kull ġurnata tal-21 jum tal-istaġun li fetaħ mill-10 ta’ April sat-30 ta’ April, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi diversi żoni fil-lokalitajiet tar-reġjuni fit-tramuntana, fiċ-ċentru u fin-nofsinhar ta’ Malta ġew sorveljati mill-pulizija matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023. Dan barra minn sorveljanza li saret fil-Gżira ta’ Għawdex.

Pulizija – spot checks fl-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spot check sar u f’liema lokalitajiet mis-46 pulizija f’Malta u d-9 pulizija f’Għawdex matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023 għal kull ġurnata tal-21 jum tal-istaġun li fetaħ mill-10 ta' April sat-30 ta' April, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ spot checks li saru mill-Pulizija f’Malta u f’Għawdex matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023 kien kif jidher fit-tabella, hawn taħt. Data Numru ta’ spot checks 10 April 27 11 April 33 12 April 73 13 April 36 14 April 39 15 April 39 16 April 44 17 April 39 18 April 41 19 April 79 20 April 94 21 April 35 22 April 45 23 April 28 24 April 34 25 April 74 26 April 35 27 April 47 28 April 31 29 April 54 30 April 22

Pulizija – akkużi maħruġa b’rabta mal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm osservaw illegalitajiet u kemm inħarġu akkużi u f'liema lokalitajiet saru, mis-46 pulizija f'Malta u d-9 pulizija f'Għawdex matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023 għal kull ġurnata tal-21 jum tal-istaġun li fetaħ mill-10 ta’ April sat-30 ta’ April minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fil-perjodu indikat mill-Onor. Membru, matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023, il-Pulizija li koprew id-doveri relatati, osservaw l-ammont ta’ illegalitajiet kif elenkati fit-tabella hawn taħt. Fl-istess perjodu nħarġu l-ammont ta’ akkużi għall-illegalitajiet li kien hemm fil-lokalitajiet, kif indikati fl-istess tabella. Data Illegalitajiet osservati Numru tal-akkużi maħruġa 10 April - - 11 April 1 - Ħal Far (Birżebbuġa) 1 - Xagħjra 1 -Żurrieq - 12 April - - 13 April 1 - Rabat 1 - Santa Luċija 1 - Mtaħleb (Rabat) 1 – Każir-Rabat 1 – każSanta Luċija 14 April - - 15 April - - 16 April - - 17 April 1 - Xgħajra - 18 April 1 - San Ġwann 1 - Każ San Ġwann 19 April 1 - Fawwara (Siġġiewi) 20 April 1 - Dingli 1 - Baħrija (Rabat) 1 - Rabat 1 – Każ Ħad Dingli 21 April - - 22 April 1- Delimara (Marsaxlokk) 1 - Siġġiewi 1 -Mġarr 1 - Mġarr 1 – Każ -Mġarr 23 April 1- Qrendi 1 - Baħrija (Rabat) 1 -Żurrieq 1 - Santa Luċija 1 - Bidnija 1 - Għar Lapsi (Siġġiewi) 1 – Każ-Qrendi 1 – Każ-Baħrija (Rabat) 24 April - - 25 April 1 - Siġġiewi - 26 April 1 - Qrendi 1 - Qrendi 1 - Rabat 1 - Rabat 1 – Każ-Qrendi 1 – Każ-Qrendi 27 April 1 - Xgħajra 1 – Każ - Xghajra 28 April 1 - Rabat 1 – Każ -Rabat 29 April - 30 April 1 - Dingli 1 – Każ- Ħad-Dingli

Awtorità tal-Artijiet – Ta’ Giorni – ħwienet vojta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-Awtorità tal-Artijiet x’se tkun qed tagħmel b’numru ta’ ħwienet li preżentement jinsabu vojta f’Ta’ Giorni u li qabel kienu se jingħataw lill-Ministeru għas-Saħħa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-siti inkwistjoni kienu ġew mgħoddija lill-Minsteru tas-Saħħa.

Project Green – San Ġiljan u Tas-Sliema – proġetti

Question

Fid-dawl li Project Green qiegħda tagħmel numru ta’ proġetti biex ikun hemm spazji ħodor miftuħin għall-pubbliku, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm xi proġetti simili ġewwa San Ġiljan u Tas-Sliema?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz tal-Community Greening Grant kull Kunsill Lokali ngħata l-opportunità li jressaq applikazzjoni għal spazji miftuħa ġodda, liema sottomissjonijiet bħalissa qegħdin jiġu evalwati.

Awtorità tal-Ippjanar – smigħ ta’ applikazzjonijiet online

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8497 dwar kif wieħed jista’ jattendi l-laqgħat tal-Awtorità tal-Ippjanar, jekk hux fiżikament jew inkella online biss, peress li fl-ittra li qiegħda tintbagħat separatament (din l-ittra ntbagħtet mill-Awtorità tal-Ippjanar lil kull min huwa objector) jingħad li wieħed jista’ jsegwi “on line only”, jista’ l-Ministru jikkonferma dak li qalet l-Awtorità tal-Ippjanar fl-ittra tagħha?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8497, kif diġà kkjarifikat, għalkemm il-Kummissjoni għaż-Żona tal-Iżvilupp ma tinfurmax lill-pubbliku li jista’ jattendi fiżikament waqt is-seduti, kull min attenda jew talab biex jattendi, dejjem kien infurmat li jista’ jattendi u saru arranġamenti biex dan isir. Ir-restrizzjoni hija iktar waħda ta’ spazju u ta’ faċilitajiet għal min ikun jixtieq jara xi pjanti li jkunu qed jiġu kkunsidrati waqt is-seduta. Tajjeb li ninforma wkoll, li kull min informa lil Customer Care tal-Awtorità li kellu xi problema biex jattendi s-seduta onlajn, min-naħa tal-Awtorità saru anke arranġamenti biex ikunu jistgħu jattendu l-meeting onlajn minn ġol-uffiċini (reception boardroom) tal-Awtorità stess. L-Awtorità mhijiex f’pożizzjoni li, fl-ittra li tintbagħat, tistieden lil kullħadd jattendi fiżikament minħabba l-imsemmija restrizzjonijiet ta’ spazju u faċilitajiet.

San Ġiljan – Triq Telgħet B’Kara – twaqqigħ ta’ bini

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 8498, jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tal-Ippjanar ma kkonsultatx mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali fuq l-applikazzjoni bir-referenza PA 4563/15 dwar twaqqigħ ġewwa Triq Telgħet B’Kara, f’San Ġiljan, bil-konsegwenza li skont is-Sovrintendenza dan it-twaqqigħ ma kellux iseħħ?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lil-Onorevoli interpellant li l-applikazzjoni PA 4563/15 ġiet ipproċessata skond l-Avviż Legali 514/20, u allura konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ma kenitx waħda statutorja. Madankollu, l-Awtorita’ tal-Ippjanar ikkonsultat mal-Cultural Heritage Advisory Committee li ma kien sab l-ebda oġġezzjoni għat-twaqqiegħ tal-binja, bil-kundizzjoni li d-disinn tal-binja l-ġdida jkun jirrispetta lil dik tal-bini antik fil-viċin.

Transport Malta – tneħħija ta’ parkeġġi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8496, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid għaliex fl-applikazzjoni PA 03215/20 Transport Malta ma talbitx li jsir AADT report meta f’każi simili jsir? Jista’ jgħid ukoll għaliex Transport Malta ħarġet il-clearance u ma sabet l-ebda oġġezzjoni li jitneħħew ħames parkeġġi, inkluż parkeġġ għall-persuni b’diżabiltà?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni msemmija tinvolvi titjib ta’ faċilitajiet għall-istess użu diġà eżistenti fuq is-sit. Għaldaqstant mhux mistenni li għandu jkun hemm żieda fl-influss tat-traffiku minħabba dan l-iżvilupp. Fir-rigward tal-immaniġġar tat-traffifku, TM ma sabitx oġġezzjoni biex ikun hemm upgrading tal-pompa tal-petrol fi Triq it-Torri tas-Sliema u dan sakemm is-sinjali u t-tabelli kollha meħtieġa jsiru skont il-leġiżlazzjoni sussidjarja 65.05.

Pulizija assenjati fl-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-uffiċjali tal-pulizija kollha (pc number) skjerati sabiex ikunu fil-kampanja jissorveljaw l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023 skont ir-Regolament Qafas S.L. 549.57 li jitlob seba’ pulizija ma' kull 1,000 liċenzja tal-kaċċa tar-rebbiegħa maħruġa, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar? Peress li l-istaġun tal-kaċċa din ir-rebbiegħa kien miftuħ għal 21 jum bejn l-10 ta' April sat-30 ta' April, jista’ jagħti din l-informazzjoni maqsuma għal kull jum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi rigward il-mistoqsija 8689, in-numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija, b’xi assistenza minn Membri tal-Forzi Armati, li għamlu xogħol ta’ sorveljanza fl-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa 2023, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Ma nħossx li dettalji personali oħra, u ċjoè n-numri li bih jiġu identifikati l-uffiċjali tal-Korp li għamlu dan ix-xogħol, għandhom ikunu ppubblikati, u dan fl-aħjar interess tal-istess membri. Data Numru ta’ uffiċjali 0500-1500 10 April 53 11-Apr 57 12-Apr 55 13 April 61 14 April 62 15 April 57 16 April 59 17 April 56 18 April 57 19 April 57 20 April 56 21 April 57 22 April 55 23-April 58 24-April 56 25 April 57 26 April 56 27 April 57 28-Apr 55 29 April 58 30 April 61

Persuni li ddaħħlu l-isptar bi Chronic Obstructive Pulmonary Disease, Occupational Lung Diseases u Pulmonary Hypertension

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm iddaħħlu persuni l-isptar isofru minn Chronic Obstructive Pulmonary Disease (COPD), Occupational Lung Diseases u Pulmonary Hypertension mill-2017 sal-ġurnata li qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’kienet l-età tagħhom u minn liema reġjun kienu ġejjin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Total Number of Discharges 2017 2018 2019 2020 2021 2022 Jan 2023 Feb 2023 Chronic Obstructive Pulmonary Disease (COPD) 984 999 1103 734 766 904 136 95 Occupational Lung Diseases 7 0 5 3 6 5 1 0 Pulmonary Hypertension 19 12 10 12 12 10 0 1

Transport Malta – ħruġ ta’ number plates jibdew LY

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġet number plates Transport Malta li jibdew ‘LY’ mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt. DATE AMOUNT PLATE 2023 (Jan to April) 534 LY 2022 1026 LY 2021 252 LY 2020 526 LY 2019 593 LY 2018 556 LY 2017 257 LY 2016 108 LY 2015 108 LY 2014 81 LY 2013 84 LY

Trasport pubbliku – passiġġieri

Question

Minn meta t-trasport pubbliku sar mingħajr ħlas, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm passiġġieri u jekk dawn kinux ċittadini Maltin jew inkella barranin?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Ottubru 2022, meta daħlet il-miżura tat transport publiku b’xejn għal kull min għandu it-Tal-linja Card personalizzata, u Marzu 2023, in-numru totali ta’ passenger trips li saru taħt din il-miżura kien ta’ 23,574,757. Infurmat ukoll li bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena kien hemm 181,873 passiġier li bbenefikaw minn din il-miżura. Dawn iċ-ċifri ma jinkludux lil dawk li ma jgawdux minn tali benefiċċju (inklużi barranin li jkunu qed iżuruna) u allura kellhom iħallsu n-noll tas-servizz biex għamlu u mis-servizz tat-trasport pubbliku Malti.

Kemmuna — ftehim dwar il-bajjiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8366 fejn qed jingħad li f’Kemmuna ma hemm l-ebda konċessjoni, jista’ l-Ministru jgħid eżattament xi ftehim hemm fid-dawl li kien huwa stess li fil-pubbliku uża t-terminoloġija “konċessjoni”?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8239.

San Ġiljan – Spinola – xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8199, jista’ l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet b’rabta mar-riġenerazzjoni tal-pjazza/ġnien ta’ Spinola?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta m’għandhiex xi żżid mal-informazzjoni li ngħatat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari preċedenti. Madanakollu, jekk jixtieq aktar tagħrif rigward ix-xogħlijiet fuq is-servizzi, għandu jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Awtorità tal-Artijiet – Paceville, Tas-Sliema u San Ġiljan — encroachments

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx talbiet għal encroachment areas ġewwa Paceville, Tas-Sliema u San Ġiljan u jekk iva, kemm hemm? Jista’ jagħti lista sħiħa ta’ encroachments li tat l-Awtorità tal-Artijiet f’Paceville, Tas-Sliema u San Ġiljan mill-2013 sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet ma kenitx teżisti fl-2013. Ir-riċerka sabiex tinkiseb data mill-2013 sal-lum tirrikjedi aktar tul ta’ żmien minħabba l-element manwali fil-kisba tal-informazzjoni, Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni bid-dati mogħtija lili mill-Awtorità tal-Artijiet li jkopru l-perijodu mill-2020 sal-lum.