Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-pensjonanti ma rċevewx it-tax rebate li ntbagħat dan l-aħħar minkejja li jħallsu t-taxxa anke fuq il-pensjoni tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 8694 u 8918.
Liġijiet u kawżi dwar il-kontroll tal-istorbju, ħsejjes eċċessivi u disturb tal-ġirien
Question
Jista' l-Ministru jgħid:
a. liema huma l-liġijiet applikabbli għall-kontroll tal-istorbju, ħsejjes eċċessivi u disturb tal-ġirien;
b. kemm-il kawża saret quddiem il-Qrati Maltin bejn l-2020 u Mejju 2023 dwar kontroll tal-istorbju, ħsejjes eċċessivi, u disturb tal-ġirien;
ċ. kemm persuni nstabu ħatja; u
d. jekk il-Gvern għandux intenzjoni jtejjeb il-liġijiet dwar storbju, ħsejjes eċċessivi, u disturb tal-ġirien, u forsi jħarrax il-pieni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1539 fejn il-Ministru pprovdiet il-figuri tal-medja annwali ta’ livelli ta’ benzin u dijossidu tan-nitroġenu fl-arja għas-sena 2021 għal kull lokalità li tinsab taħt monitoraġġ, tista’ l-Ministru tipprovdi l-istess informazzjoni, miktuba bl-istess format tal-mistoqsija parlamentari 1539, għas-snin 2017-2020?
Response (DALLI, MIRIAM)
Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra riżultati tal-medja annwali tal-livelli tal-benżin u d-dijossidu tan-nitroġenu għas-snin mitluba f’kull lokalità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm enforcement notices ġewwa San Ġiljan kienu segwiti u ttieħdu l-passi meħtieġa mill-2013 sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti l-lista ta’ liema kienu dawn l-azzjonijiet ta’ infurzar?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm-il avviż ta’ infurzar ġewwa San Ġiljan kienu segwiti u ttieħdu l-passi meħtieġa mill-2013 sal-ġurnata li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari, b’total ta’ 123.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9085, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni skont il-lokalità, hekk kif mitlub fl-istess mistoqsija? Jista’ wkoll iwieġeb din il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid kemm kienu Maltin u barranin u kemm kienu dawk li tħarrku mill-pulizija li waqt li kienu qed isuqu l-vetturi tagħhom, kienu taħt l-effett tal-kannabis?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru totali ta’ persuni li ġew imħarrka wara li nqabdu jagħmlu użu mill-kannabis f’postijiet pubbliċi matul is-sena 2022 sal-aħħar ta’ April 2023 kienu ta’ 31.
Infurmat illi n-numru ta’ persuni li ġew imħarrka fil-lokalitajiet indikati mill-Onor. Membru, wara li nqabdu jagħmlu użu mill-kannabis f’postijiet pubbliċi matul l-2022 u sal-aħħar ta’ April 2023, kien ta’ dsatax kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. It-tabella tinkludi wkoll l-etajiet u n-nazzjonalità tal-istess persuni. F’dan il-perjodu ma kienx hemm persuni li tħarrku mill-pulizija minħabba li waqt li kienu qed isuqu l-vetturi tagħhom, kienu taħt l-effett tal-kannabis.
Persuni mħarrka għax inqabdu jagħmlu użu mill-kannabis f’postijiet pubbliċi
Località
Numru ta’ persuni mħarrka
Etajiet tal-persuni mħarrka
Nazzjonalità tal-persuni
Paceville
2022: 9 każi
30 X 2
27 X 2
25 X 2
23 – 24 – 39
Somali X 3
Gambian X 3
Maljan – Nigerjan – Renju Unit
2023 (sa April): 1 każ
25
Ġermaniż
San Giljan
2022:-
-
-
2023 (sa April):-
-
-
Tas-Sliema
2022:1 każ
20
FYROM
2023 (sa April):
-
-
-
Il-Gżira
2022:-
-
-
2023 (sa April):-
-
-
Marsalforn,
Għawdex
2022:-
-
-
2023 (sa April):1 każ
17
Malti
Belt Valletta
2022:-
-
-
2023 (sa April):4 każi
16 – 17 – 18 - 19
Kollha Maltin
Marsascala
2022:-
-
-
2023 (sa April):3 każi
17 – 24 - 28
Kollha Maltin
Total
19 il-każ
Promenade bejn San Ġiljan u l-Gżira — manutenzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9012, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm manutenzjoni tas-sodda/pedamenti tal-istess promenade fejn partijiet minnu qegħdin jiġġarrfu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8986 u jgħid kemm iddaħħlu persuni l-isptar isofru minn asthma mill-2013 sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’kienet l-età tagħhom u minn liema reġjuni kienu ġejjin?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8816 dwar ċentru komunitarju għas-saħħa viċin Ta’ Giorni, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslu t-taħdidiet u meta nżammet l-aħħar laqgħa mal-kunsill fuq dan is-suġġett?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-taħdidiet għadhom għaddejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-inkjesta maġisterjali dwar il-mewt traġika ta’ missier ta’ żewġt ulied, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li waqa’ tliet sulari mit-torri li qed jinbena mill-iżviluppatur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ġewwa l-Gżira għadha ma nfetħietx minkejja li din it-traġedja ilha li seħħet? Jista’ jgħid għaliex dan id-dewmien u meta jaħseb li ser tingħalaq din l-inkjesta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant investigazzjonijiet f’allegati illegalitajiet isiru mill-istituzzjonijiet relevanti li jaħdmu lil hinn mill-politiku.
AFM — dgħajsa fil-periklu fi ħdan is-Search and Rescue Zone ta’ Malta
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-call logs tat-23 u tal-24 ta' Mejju 2023 bejn Alarm Phone u r-Rescue Coordination Centre, Forzi Armati ta’ Malta (AFM), fir-rigward tad-dgħajsa li kienet fil-periklu u li kellha abbord madwar 500 persuna u li kienet fis-Search and Rescue Zone ta’ Malta bil-koordinati N 34.55, E 019.45 fit-23 ta’ Mejju? X’aċċertamenti u x’azzjonijiet ittieħdu dwar din id-dgħajsa? Jista’ jgħid jekk ġietx ikkordinata operazzjoni ta’ salvataġġ mill-istess Rescue Coordination Centre?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Forzi Armati ta' Malta diġà kkomunikaw illi wara diversi verifikazzjonijiet, il-Forzi Armati ta' Malta tikkonferma li l-ebda dgħajsa ma nstabet fil-pożizzjoni provduta u għalhekk il-FAM ma kkordinatx dan il-każ. L-Awtoritajiet Maltin m’għandhom l-ebda ġuriżdizzjoni fuq azzjonijiet awtonomi ta’ terzi f’ibħra internazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li nħatru membri tat-tliet Diviżjonijiet tal-Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni? Jista' jagħti lista tal-irwoli u/jew ħatriet oħra li għandhom dawn il-membri mas-Servizz Pubbliku jew ma’ xi entitajiet pubbliċi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Persuni li ddaħħlu fil-klinika tad-distrett tal-Isla
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi l-istatistika li turi kemm daħlu pazjenti fil-klinika tad-distrett tal-Isla (Senglea District Clinic), mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li ġew dijanjostikati b’sintomi ta’ mard respiratorju komuni bħall-asthma, Chronic Obstrucive Pulmonary Disease (COPD), Occupational Lung Diseases u Pulmonary Hypertension?'
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Berġa tal-Isla dan is-servizz qatt ma kien jingħata.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8988 fejn jingħad “illi l-Awtorità tal-Ippjanar taġixxi kif stabbilit fl-Att dwar l-Ippjanar”, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy għar-rigward tal-proċeduri ta’ infurzar?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċeduri ta’ infurzar jinsabu fl-Att prinċipali dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552), Taqsima IX (Monitoraġġ u Twettiq).
B’referenza għall-enforcement notice EC00310/15, li nħarġet fl-2015, jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm lill-Awtorità milli timxi fuq din l-enforcement notice? Kemm huma l-penali f’dan ir-rigward u jekk dawn tħallsux? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-irċevuta biex il-pubbliku jkun jaf jekk verament kienx hemm il-ħlasijiet dovuti bil-liġi?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tal-avviż ta’ infurzar ECF/310/15, sar appell lit-Tribunal għar-Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar PAB35/16, liema appell għadu pendenti. Għaldaqstant l-Awtorità tal-Ippjanar ma tistax tieħu azzjoni sakemm jinqata’ dan l-appell.
Promenade bejn San Ġiljan u l-Gżira — manutenzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4310, peress li jien kont qiegħed nistaqsi dwar manutenzjoni u mhux dwar tisbiħ, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan ta’ manutenzjoni għall-promenade minn San Ġiljan sal-Gżira fid-dawl tal-ħsarat li hemm f’din il-promenade?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-intervent tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi f’din il-materja ser ikun qed isewwi jew jagħmel mill-ġdid, skont il-bżonn, numru ta’ bollards tal-konkos u jqabbad arbli tad-dawl ġodda mas-sistema elettrika fiż-żona ta’ Għar id-Dud.
Jista’ l-Ministru jgħid il-pulizija kemm ħarrku persuni li nqabdu jagħmlu użu mill-kannabis f’postijiet pubbliċi matul l-2022 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fid-dawl li din għadha illegali? Jista’ jgħid ukoll kemm tħarrku persuni maqsuma skont dawn il-lokalitajiet:
a. Paceville;
b. San Ġiljan;
ċ. Tas-Sliema;
d. il-Gżira;
e. Marsalforn, Għawdex;
f. il-Belt Valletta; u
g. Wied il-Għajn?
Jista’ jgħid x’kienu l-etajiet tal-persuni mħarrka u jekk dawn kinux Maltin jew barranin? Jista’ jgħid ukoll matul dan l-istess żmien, kemm tħarrku persuni mill-pulizija li waqt li kienu qed isuqu l-vetturi tagħhom, kienu taħt l-effett tal-kannabis?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi in-numru totali ta’ persuni li ġew imħarrka wara li nqabdu jagħmlu użu mill-kannabis f’postijiet pubbliċi matul is-sena 2022 sal-aħħar ta’ April 2023 kienu ta’ 31.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa mill-Foundation for Tourism Zone Development (FTZD) minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari ġewwa San Ġiljan?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2022 l-Aġenzija tar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan u d-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru tat-Turiżmu, wettqet xogħlijiet f’San Ġiljan fosthom il-manutenzjoni tar-railings mill-Bajja ta’ Spinola sal-Bajja tal-Balluta, kif ukoll ir-railings madwar l-istatwa ta’ Kristu Re.
Barra minn hekk, kemm fl-2022 kif ukoll din is-sena, l-Aġenzija flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, tieħu ħsieb il-Bajja ta’ San Ġorġ li hija Blue Flag Beach kif ukoll il-Bajja tal-Balluta. L-interventi jinkludu l-provvista ta’ showers, walkways, bins, slielem u sorveljanza ta’ dawn il-bajjiet, inkluż lifeguards.
L-Aġenzija tassisti lill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, u tinsab f’kuntatt regolari ma’ stakeholders oħrajn, fejn jidħlu interventi meħtieġa fuq sinjali tat-toroq, tiswijiet ta’ bankini u infrastruttura ġenerali.
L-Aġenzija qiegħda wkoll tagħti l-appoġġ tagħha lill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan fil-:
· manutenzjoni tas-soft area mill-Monument tal-LOVE saż-żona tan-Neptunes,
· titjib tal-playfield f’Ta’ Giorni (180sq.m.),
· ipprovdiet koordinazzjoni u appoġġ finanzjarju waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ San Patrizju,
· impenjat ruħha biex tibdel l-arbli tad-dawl f’Xatt is-Sajjieda, u
· se tipprovdi assi ġodda fuq il-bajja għall-perjodu tas-sajf 2023.
Dawn l-interventi mistennija jiswew madwar €20,000.
Barra minn hekk, l-Aġenzija idduskutiet mal-Kunsill Lokali l-upgrading totali ta’ Paceville Avenue li jinkludi servizzi u finituri. Dan il-proġett huwa mmexxi minn Infrastructure Malta u Water Services Corporation.
Proġett ieħor, fuq skala ikbar, huwa d-disinn mill-ġdid u l-upgrading ta’ Ġnien Spinola li huwa ppjanat li jsir spazju miftuħ kbir għal networking u avvenimenti kulturali u soċjali.
Il-proġetti msemmija huma stmati li se jiswew aktar minn €6 miljun.
L-Aġenzija għandha relazzjoni eċċellenti mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan.
San Ġiljan – Spinola – xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8567, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilha, u tgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet b’rabta mar-riġenerazzjoni tal-pjazza/ġnien ta’ Spinola?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infurmata li, fir-rigward taż-żona li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, preċiżament fi Triq Paceville San Ġiljan, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġiet ikkonsultata dwar bdil ta’ servizzi li ried isir waqt xogħlijiet oħra li se tagħmel Infrastructure Malta. Min-naħa tagħha l-Korporazzjoni identifikat il-ħtieġa li jinbidel il-main tad-drenaġġ u għal dan il-għan qed tħejji method statement li se jiġi sottomess lil Infrastructure Malta fil-jiem li ġejjin. Ix-xogħlijiet infushom imbagħad se jitwettqu minn Infrastructure Malta.
Persuni li ddaħħlu l-isptar bi Chronic Obstructive Pulmonary Disease, Occupational Lung Diseases u Pulmonary Hypertension
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8563, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija kollha kemm hi (intera) u jgħid x’kienet l-età u minn liema reġjun kienu ġejjin il-persuni li ddaħħlu l-isptar isofru minn Chronic Obstructive Pulmonary Disease (COPD), Occupational Lung Diseases u Pulmonary Hypertension?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabelli t'hawn taħt:
COPD
by Region
Region
2017
2018
2019
2020
2021
2022
Jan 2023
Feb 2023
Gozo
2
0
0
2
4
0
0
0
Northern District
157
145
182
110
119
157
26
18
Northern Harbour District
330
300
308
215
245
278
35
24
South Eastern District
128
152
178
124
114
138
20
13
Southern Harbour District
253
264
312
200
197
235
37
27
Western District
112
136
121
83
86
95
18
13
Unknown
2
2
2
0
1
1
0
0
Occupational Lung Diseases
by Region
Region
2017
2018
2019
2020
2021
2022
Jan 2023
Feb 2023
Gozo
0
0
0
0
0
0
0
0
Northern District
1
0
1
0
0
0
0
0
Northern Harbour District
1
0
1
0
2
3
1
0
South Eastern District
2
0
2
1
1
0
0
0
Southern Harbour District
2
0
1
0
2
2
0
0
Western District
1
0
0
2
1
0
0
0
Pulmonary Hypertension
by Region
Region
2017
2018
2019
2020
2021
2022
Jan 2023
Feb 2023
Gozo
0
0
0
0
2
0
0
0
Northern District
2
0
0
0
1
1
0
0
Northern Harbour District
5
7
2
3
1
2
0
0
South Eastern District
1
1
2
4
1
3
0
0
Southern Harbour District
5
3
4
2
6
3
0
1
Western District
6
1
2
3
1
1
0
0