Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dħul mill-Eco Tax

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-Eco Tax, jiġifieri l-ħlas li kull turist irid iħallas għal kull lejl li jagħmel f’lukanda? Jista’ jgħid kemm kien id-dħul minn kemm ilha li daħlet l-Eco Tax sal-lum, sena b’sena? Kien hemm xi żieda ta’ Eco Tax minn meta din iddaħħlet? L-Eco Tax tapplika anke għal dawk il-Maltin li jqattgħu żmien f’lukandi Maltin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-kontribuzzjoni ambjentali titħallas mit-turisti kollha li għandhom 18-il sena jew aktar irrispettivament min-nazzjonalità (inkluzi nies Maltin). Il-kontribuzzjoni tammonta għal €0.50 għal kull persuna għal kull lejl li jqatta’ fil-G¿ejjer Maltin fi kwalunkwe tip ta’ akkomodazzjoni bħal lukandi, guesthouses, hostels, resorts, appartamenti, farmhouses, vilel, timeshare u familji ospitanti, fost oħrajn. Il-kontribuzzjoni hija limitata għal massimu ta’ €5 għal kull waqfa kontinwa. Dan il-kalkolu kien hekk minn meta din il-kontribuzzjoni kienet introdotta u għadu hekk sal-lum Rigward id-dħul li daħlet l-Eco Tax sal-lum, sena b’sena, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet mogħtija fil-PQ’s 670 u 7059.

Malta Enterprise – Applikazzjonijiet għal LOI għall-produzzjoni tal-kannabis mediċinali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet applikazzjonijiet il-Malta Enterpise għal Letter Of Intent (LOI) għall-produzzjoni tal-kannabis mediċinali sena b’sena mill-2018 sal-lum? Kemm kien hemm applikazzjonijiet li ġew aċċettati u kemm kien hemm li ġew miċħuda, sena b’sena mill-2018 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm minn dawk li rċevew LOI imma għaddew din l-awtorizzazzjoni għal kumpaniji oħrajn?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Esportazzjoni tal-Kannabis għal użu mediċinali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet esportata kannabis għal użu mediċinali mill-2018 sal-lum u għal liema pajjiżi din ġiet esportata? Jista’ jgħid kemm persuni jaħdmu direttament f’din l-industrija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Promenade minn San Ġiljan sa Tas-Sliema — railings

Question

B’referenza għar-railing matul il-promenade minn San Ġiljan sa Tas-Sliema, peress li hemm diversi partijiet minnu li jinsab f’qagħda ħażina minħabba l-elementi, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan jinbidel u jsir ġdid?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jindirizza din il-mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Paceville, San Ġiljan – approvazzjoni ta’ żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7835 u jgħid jekk l-aħħar żvilupp li ġie approvat ġewwa Paceville, San Ġiljan, mill-applikant li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex earthquake proof?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-approvazzjoni tal-bini, kwistjonijiet ta’ disinn ta’ struttura ta’ binja mhumiex regolatorji.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – konsulenti

Question

Jista’ l-Ministu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5153 u jgħid kemm għandu konsulenti fil-Ministeru tiegħu, f’liema entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm dawn jitħallsu u x’inhuma l-kwalifiki tagħhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Skema ‘Irrestawra Darek’ – waqfien tas-sistema

Question

B’referenza għall-iskema ‘Irrestawra Darek’ u fid-dawl li fil-Parlament il-Ministru stqarr li l-website kkraxxjat u għalhekk numru ta’ applikanti ma setgħux ikollhom aċċess, jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-ħin preċiż ta’ meta din ikkraxxjat?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9874 li ngħatat fis-seduta 132, f'liema tweġiba hemm indikat kif ħadmet is-sistema.

Skema ‘Irrestawra Darek’ – take-up

Question

B’referenza għall-iskema ‘Irrestawra Darek’ jista’ l-Ministru jgħid f’liema ħin preċiż kien hemm take-up u għalhekk l-Awtorità tal-Ippjanar għalqet il-portal tagħha tal-applikazzjonijiet kif stqarr li għamlet l-istess Ministru? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-applikanti u tal-ħin ta’ kull applikazzjoni meta ġiet mill-periti tagħhom u jgħid jekk din ġietx aċċettata?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9784 li ngħatat fis-seduta 132.

Deroga għar-Riċerka fuq l-għasafar tal-għana – liċenzja u kundizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja intera tal-liċenzja u l-kundizzjonijiet permissibili għad-deroga għar-riċerka fuq l-għasafar tal-għana li ngħatat lin-nassaba li applikaw u ngħataw il-liċenzja fil-ħarifa tal-2022?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-liċenzji speċjali għar-riċerka fuq is-seba’ speċi tal-għasafar tal-għana huma parti mid-difiża ta’ Malta fil-Każ C-23/23 (Kummissjoni v. Malta) u għaldaqsatant huma dokumenti privileġġati.

Reġjun Lvant – nefqa annwali tal-ġbir ta’ skart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa annwali tal-ġbir tal-iskart fl-2021 u fl-2022 ta’ kull kunsill b’mod seperat li hemm miġbura fir-Reġjun Lvant?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: NEFQA ANNWALI ĠBIR TAL-iSKART MATUL L-2021 u 2022 – KUNSILLI LOKALI TAR-REĠJUN TAL-LVANT- PQ 9631 Nru. Kunsill Lokali Skart Imħallat Skart Organiku Skart Imħallat Skart Organiku 2021 2021 2022 2022 14 Birkirkara €131,601.00 €121,478.00 €133,530.00 €123,324.00 21 Il-Gżira €101,244.00 €101,601.00 €101,244.00 €110,999.00 24 Ħal-Għargħur €33,928.00 €32,434.00 €28,862.00 €29,004.00 28 L-Iklin €20,716.16 €20,850.60 €20,985.12 €20,985.12 32 Ħal-Lija €21,266.52 €21,403.28 €27,555.14 €27,418.38 41 L-Imsida €109,854.61 €63,989.66 €142,847.39 €101,978.94 46 Pembroke €27,253.60 €27,201.90 €27,203.29 €27,029.53 47 Tal-Pietà €78,408.58 €35,720.69 €93,243.60 €62,186.00 52 San Ġiljan €93,600.00 €93,600.00 €94,200.00 €93,600.00 59 Tas-Sliema €242,270.44 €175,484.73 €244,530.25 €154,260.73 60 Is-Swieqi €146,606.99 €126,951.60 €173,424.94 €141,740.60 61 Ta’ Xbiex €22,049.15 €22,644.79 €23,083.08 €22,936.97

ORNIS Committee – membri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8375, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-ORNIS Committee? Jista’ jagħti lista sħiħa, bl-isem u l-kunjom, ta’ min huma l-membri ta’ dan il-kumitat li huwa pubbliku?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Permess għad-demolizzjoni ta’ sit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8197 u jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġitx permess biex ikun hemm id-demolizzjoni totali ġewwa Kordin proprju fejn seħħet il-mewta traġika ta’ żagħżugħ ta’ 20 sena u kien hemm persuni oħra li sofrew xi ġrieħi? Jekk l-Awtorità ħarġet tali permess, jista’ jgħid min kien responsabbli għall-ħruġ ta’ dan il-permess?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ma rċeviet ebda applikazzjoni ta’ dan it-tip fir-rigward tas-sit imsemmi.

Ministeru għall-Ġustizzja – rwol ta’ Eks Avukat Ġenerali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8193 u jgħid x’inhu r-rwol tal-Eks Avukat Ġenerali, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fi ħdan il-Ministeru tiegħu u x’paga qed jieħu għal dan ir-rwol?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija minnu tipprovdi servizzi ta’ konsulenza legali. Ta’ dan is-servizz din il-persuna qed titħallas €40 fis-siegħa sa massimu ta €68,000.

Ħad-Dingli – inħawi tal-Qattara – passaġġi pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8184 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7836, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan dettaljata fejn għandhom jiġu indikati l-passaġġi pubbliċi kollha fl-inħawi tal-Qattara, ġewwa Ħad-Dingli, fid-dawl li l-Awtorità tal-Artijiet huwa obbligu tagħha li jkollha din l-informazzjoni?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika ż-żona bi preċiżjoni li dwarha qiegħda ssir l-istess domanda.

Gżira – Triq il-Madonna tal-Ġebla — art

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7848 u ċjoè: B’referenza għall-art, immarkata bl-aħmar fis-site plan li qed tintbagħat separatament, li tinsab fi Triq il-Madonna tal-Ġebla, il-Gżira, jista’ l-Ministru jgħid jekk din hijiex art pubblika jew le? Jekk le, kienet xi darba tal-Gvern? Kif ġiet mgħoddija lil terzi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ġejt infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet għadha kemm ġiet mgħarrfa minn Infrastructure Malta li dalwaqt ser jibda l-proċess għar-rilaxx lura lis-sidien minn min ġiet esproprijata.

Binja – żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7834 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7052, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar ikkonfermatx li l-iżvilupp tal-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament huwiex earthquake proof? Fid-dawl ta’ numru ieħor ta’ żviluppi high rise, jista' jgħid jekk hemmx xi policy fuq is-sigurtà ta’ dawn il-binjiet fl-eventwalità ta’ terremot? Jekk le, jista’ jgħid jekk huwiex iż-żmien li nkunu proattivi u jkollna policy/guidelines/regoli fuq dan?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux kompitu tal-Awtorità tal-Ippjanar biex jiġi stabbilit id-disinn strutturali tal-bini.

Skema ‘Irrestawra Darek’ – membri tal-bord tad-deċiżjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord li se jkun qed jiddeċiedi l-applikazzjonijiet tal-iskema ‘Irrestawra Darek’? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kriterji li fuqhom ser jimxi dan il-bord?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni tal-Kumitat imsejjaħ “Development Planning Fund Committee” (DePFC) fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar huwa kompost minn dawn il-membri: Chairman – Perit Raymond Farrugia Membri – Chev. Paul Farrugia Perit Dr. David Mallia Perit Frans Mallia Perit Rita Vella Segretarju – Enzo Cachia Fil-każ tal-fond “Irrestawra Darek” d-DePFC jimxi fuq il-kriterji stabbiliti miċ-ċirkolari maħruġa li tispjega min huma dawk li jikkwalifikaw għall-fondi. Il-link tinsab fil-website tal-Awtorità tal-Ippjanar https://www.pa.org.mt/irrestawra-darek-2023 li fiha l-informazzjoni dwar eliġibbiltà, kwalifiki u informazzjoni oħra. Id-dokument li jinsab fil-link qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Ġiljan – Telgħet B’Kara – problema tat-traffiku

Question

Fid-dawl li f’Telgħet B’Kara, f’San Ġiljan, meta wieħed jitla’ min-naħa ta’ fejn hemm l-Independent News, hemm problema tat-traffiku, jista’ l-Ministru jara Transport Malta x’tista’ tagħmel biex dan ma jibqax?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi riċentement, fil-junction imsemmija (ta’ fejn L-Independent News f’San Giljan) tneħħew it-traffic lights u t-traffiku fiż-żona jidher li qed jimxi aħjar. Transport Malta għamlet ukoll rakkomandazzjoni lill-Infrastructure Malta għal-redesign tal-junction li għandu ukoll jippermetti flow tat-traffiku aħjar jiffaċilita l-fluss tat-traffiku. Birkirkara Hill hija triq residenzjali u għaldaqstant, il-kunsill għandu javviċina lill-Awtorita’ sabiex jekk hemm problemi, dawn ikunu jistgħu jiġu indirizzati.

Servizz tal-ilma/dawl sospiż

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm households li kellhom is-servizz tal-ilma/dawl sospiż matul l-2022? Tista’ tgħid liema kienu r-raġunijiet ta’ dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li matul l-2022 kien hemm 31 każ ta’ households li kellhom is-servizz tal-ilma sospiż, filwaqt li fejn jirrigwardja l-elettriku, in-numru ta’ households li kellhom il-provvista sospiża kienu jlaħħqu 320. B’mod ġenerali, r-raġunijiet għal dawn is-sospensjonijiet kienu relatati ma’ kontijiet mhux imħallsa jew mhux imħallsa fil-ħin, kif ukoll minħabba nuqqasijiet fil-ħlas tal-arretrati. Azzjonijiet bħal dawn ikollhom jittieħdu wara li jkunu saru diversi tentattivi biex jintlaħaq ftehim mal-klijenti dwar pjan biex isir il-ħlas dovut u jkunu nħarġu wkoll għadd ta’ twissijiet.