Jista’ l-Ministru jipprovdi kopja tal-iskema bl-informazzjoni kollha dwar kif il-caravans jistgħu jingħataw permess joqogħdu f'ċertu siti u jispeċifika kif u meta din l-iskema daħlet fis-seħħ u l-kundizzjonijiet kollha marbuta magħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10627.
In oltre ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regolamenti msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10627 huma dawk kontenuti fl-A.L 136 tal-2023.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Awditur intern tal-Awtorità tal Ippjanar, x'inhi r-remunerazzjoni tiegħu għal dan ir-rwol u jagħti rendikont ta’ xogħlu u jipprovdi kopja tar-rapporti li għamel f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4817, inżid li minn mindu l-persuna bdiet tokkupa l-kariga sal-lum, ħadet ħsieb 14 investigazzjonijiet dwar każi separati.
San Ġiljan – spezzjonijiet mit-Taqsima tal-Infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mit-Taqsima tal-Infurzar fuq siti ġewwa San Ġiljan, minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm kienet il-medja tal-istennija sakemm il-każi rrapportati ngħalqu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru sitta u tletin (36) spezzjoni f’San Ġiljan fuq każijiet rappurtati (Complaints) mill-1 ta’ Jannar 2023 sat-23 ta’ Ġunju 2023.
B’referenza għall-Att dwar il-Condominia, jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jiġbor dan it-tagħrif? Jista’ jgħid kemm ġew reġistrati minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entità responsabbli hija l-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet. Din tirreġistra l-amministraturi tal-condominia.
Mill-ewwel ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata tat-23 ta’ Ġunju ġew irreġistrati 567 il-amministrattur ta’ Condominium.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9764 jista’ l-Ministru jgħid mit-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) min jaħtar dawn il-membri u lil min iwieġbu? Jista’ jgħid jekk iċ-Chairman tal-bord huwiex impjegat mal-istess Awtorità tal-Ippjanar?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żewg persuni li bħalissa jokkupaw il-kariga ta’ Chairman tat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT), mhumiex impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar u li jiġu maħtura skont il-Kap. 551.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9764, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm timeline/timeframes minn meta każ jibda jinstema sakemm jingħalaq? Dan huwa parti mill-best practices mitluba minn kull amministrazzjoni pubblika?
Spezzjonijiet mill-Pulizija f’Paceville u San Ġiljan
Question
Fid-dawl li matul ix-xhur tas-sajf ikun hemm aktar persuni li jiffrekwentaw l-inħawi ta’ Paceville u San Ġiljan, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm żieda fin-numru ta’ pulizija preżenti matul dawn ix-xhur? Fid-dawl li fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu s-sena l-oħra kien hemm diversi rapporti ta’ mġiba skorretta, fosthom persuni mexjin bla ħwejjeġ, storbju eċċessiv u vandaliżmu fuq proprjetà pubblika fuq il-promenade f’San Ġiljan, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jkun hemm patrol mill-pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-sajf il-preżenza ta’ uffiċjali tal-Pulizija ġewwa Paceville u San Ġiljan tissaħħaħ speċjalment fil-għaxijiet, u fi tmiem il-ġimgħa meta l-frekwenza tal-pubbliku tiżdied. Fil-fatt dan diġà beda u b’hekk żdiedu r-rondi f’dawn il-lokalitajiet ukoll. Dan barra mill-preżenza ta’ uffiċjali tal-RIU kif ukoll dawk tas-sezzjoni tal-klieb u tat-Taqsima tal-Pulizija tal-Komunità, li wkoll ikunu dejjem preżenti f’din iż-żona fi tmiem il-ġimgħa wkoll. Fl-istess ħin is-soliti rondi regolari bil-vetturi minn uffiċjali oħra mit-taqsima tal-RIU jassistu wkoll.
Promenade ta’ San Ġiljan – infurzar minn uffiċjali ta’ Transport Malta
Question
Fid-dawl li s-sajf magħna u l-promenade tibda tintuża aktar mir-residenti tagħna, fosthom anzjani, jista’ l-Ministru jagħti update fuq id-diskussjonijiet li kien qal li qegħdin isiru bejn il-Kunsilli Lokali dwar l-e-scooters? Jista’ jagħti update tal-inizjattivi li se jieħu biex il-promenade tkun post sigur biex ir-residenti jkunu jistgħu jimxu? Peress li f'diskussjoni preċedenti l-Ministru qal li se jkun hemm uffiċjali ta’ Transport Malta biex jaraw li jkun hemm infurzar, jista’ jikkonferma dan u fil-każ jista’ jgħid minn meta dawn se jkunu preżenti fuq il-promenade?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir infurzar minn Transport Malta b’iktar minn 240 escooters kunfiskati fl-ewwel 5 xhur ta' dis-sena u eluf ta’ ewro f’multi.
Tajjeb li wieħed jirrimarka ukoll li dawn l-iscooters iddaħħlu f’pajjiżna mingħajr ma kien hawn l-infrastruttura adekwata. Kien għalhekk li l-kunsilli lokali talbu lill-TM tgħinhom biex isiru parkeġġi apposta, simili għal dak li sar f’San Ġwann u preżentatement f’Birkirkara, il-lokalitajiet ta’ San Ġiljan, Tas-Sliema, Pembroke, Gżira, u Ta’ Xbiex huma fuq quddiem.
Il-Ministeru qed jikkunsidra it-tieni set ta’ bidliet leġislattivi wara li riċentament introduċa bidla li biha l-ekickscooters ġew kklasifikati bħala vettura bil-mutur, u allura l-uffiċjali kollha tal-infurzar jistgħu jieħdu azzjoni skond il-liġi u jinfurzaw ir-regolamenti kollha li jipartjenu mal-vetturi bil-mutur.
Transport Malta kelmet lill-operaturi dwar l-illegalitajiet li qed naraw jiżdiedu kuljum issa li beda s-sajf: sewqan perikoluż, iktar minn passiġġier wieħed fuq escooter kontra l-liġi, scooters mitluqin bl-addoċċ u ħafna illegalitajiet oħra. B’hekk qed jiżdied ukoll l-infurzar u l-ispezzjonijiet fit-toroq kif rajna fil-media dan il-weekend stess.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9636 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġiet esportata kannabis għal użu mediċinali mill-2018 sal-lum u għal liema pajjiżi din ġiet esportata? Jista’ jgħid kemm persuni jaħdmu direttament f’din l-industrija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont sħiħ tal-ħidma tad-direttorat tal-jeddijiet tal-bniedem mill-2017 ‘il hawn? X’inhi l-istrateġija kurrenti tad-direttorat għall-erba’ snin li ġejjin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi sa mit-twaqqif tiegħu fl-2016, il-ħidma tad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem, ma waqfitx favur l-ugwaljanza. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ liġijiet, permezz tax-xogħol tad-Direttorat, daħlu fis-seħħ l-Att dwar l-Ugwaljanza fiz-Żwieg, l-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess, l-Att dwar l-Affermazzjoni tal-Orjentazzjoni Sesswali, l-Identità tal-Ġeneru u l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Att dwar il-Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika u l-Att dwar il-Prevenzjoni tal-Vjolenza Domestika fost oħrajn. L-Att dwar l-Affermazzjoni tal-Orjentazzjoni Sesswali, l-Identità tal-Ġeneru u l-Espressjoni tal-Ġeneru ġie emendat propju din is-sena biex b’hekk issa jiddefinixxi b’iktar kjarezza x’jikkosstitwixxi reklamar għall-prattiċi ta’ konverżjoni.
Id-Direttorat nieda u ħadem fuq diversi Strateġij u Pjanijiet ta’ Azzjoni. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ LGBTIQ+, dawn jinkludu l-Istrateġija u Pjan ta’ Azzjoni 2015-2017 li ġiet segwita bl-Istrateġija u Pjan ta’ Azzjoni 2018-2022. Fis-17 ta’ Mejju 2023 id-Direttorat nieda it-tielet Strateġija u Pjan ta’ Azzjoni 2023-2027. Fl-2017, id-Direttorat nieda u beda jimplimenta l-Istrateġija u Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni tal-Migranti 2017-2020: bi preparamenti għat-tieni strateġija f’dan il-qasam, konsultazzjoni pubblika ġiet varata f’Mejju ta’ din is-sena. F’Settembru 2021, ġiet imnedija l-ewwel Strateġija Nazzjonali kontra r-Razziżmu. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ ugwaljanza bejn il-ġeneri, f’Novembru 2022, id-Direttorat nieda u sussegwentament beda jimplimenta l-Istrateġija u Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar il-mainstreaming tal-Ġeneru.
Qed isir xogħol mid-Direttorat flimkien mal-Kummissjoni Ewropea u Esperti mill-Kunsill tal- Ewropa (Council of Europe) sabiex Malta jkollha l-ewwel Strateġija Nazzjonali kontra t-traffikar tal-bniedem.
Bejn l-2023 u l-2027, id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem għandu sensiela ta’ strateġiji marbuta mal-Miżuri tal-Manifest, li jinkludu pjan ta’ azzjoni nazzjonali dwar l-ugwaljanza, it-tqassim b’xejn ta’ prodotti relatati mal-mestruazzjoni fl-iskejjel, xogħol biex jiġi kkriminalizzat l-att tal-virginity testing, xogħol għal riforma fil-prostituzzjoni biex tissaħħaħ l-għajnuna għal dawk maqbuda fil-prostituzzjoni, xogħol biex nippromwovu programmi, attivitajiet u inizjattivi li jwasslu għal integrazzjoni, tfassil ta’ kodiċi ta’ prattika fejn jidħol rappurtaġġ sensittiv u xogħol biex jiġi varat diversity charter b’mod volontarju fost oħrajn.
Dan filwaqt li d-Direttorat jipprovdi numru ta' sessjonijiet ta' taħriġ dwar id-Drittijiet tal-Bniedem lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku u diversi entitajiet governattivi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-mediċina Butatedetine hijiex fil-preżent out of stock? Jista’ jagħti lista sħiħa ta’ mediċini li huma fuq il-lista li jingħataw u li bħalissa huma out of stock?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina Bumetanide kienet recalled internazzjonalment. Flokha qed tingħata l-mediċina Frusemide.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm vetturi li kienu pparkjati b’mod abbużiv ġew imneħħija mill-pulizija mit-toroq, wara li ġie segwit il-proċess kollu ta’ avviż?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9985.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu rrapportati każi ta’ scabies fl-Isptar Mater Dei bejn l-1 ta’ Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, xahar b’xahar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda każ ta’ Scabies ma ġie rrapportat fl-Isptar Mater Dei fil-perjodu msemmi minnu.
Spezzjonijiet fuq stabbilimenti f’Paceville u San Ġiljan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq commercial outlets ġewwa Paceville u San Ġiljan minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, biex jaraw li dawn l-istabbilimenti qed jużaw il-kuntrattur privat għall-ġbir tal-iskart? Jista’ jgħid jekk kienx hemm min kien mingħajr dan il-kuntratt?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9479, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-CPD toħroġx rapporti jekk high rising buildings mhumiex ‘earthquake proof’?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mhux l-entità li toħroġ dawn it-tip ta’ rapporti.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9481 u 5153, u jgħid kemm għandu konsulenti fil-Ministeru tiegħu, f’liema entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm dawn jitħallsu u x’inhuma l-kwalifiki tagħhom??
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża għal matul is-sena 2023 permezz tal-kuntratt mirbuħ ġewwa r-Reġjun Lvant biex jinġabar l-iskart imħallat u dak organiku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Reġjonali għall-Lvant illi l-ispiża għas-servizz tal-Ġbir ta' skart imħallat u skart organiku għal matul is-sena 2023 tammonta għal €1,420,615 (VAT eskluża).
Promenade minn San Ġiljan sa Tas-Sliema — railings
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9637, jista’ l-Ministru jgħid min huwa l-Ministru responsabbli fid-dawl li dan il-promenade sar mill-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
L-entità li twettaq proġett mhux bilfors li tibqa’ responsabbli mill-manutenzjoni tal-istess proġett. Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Malta Enterprise – Applikazzjonijiet għal LOI għall-produzzjoni tal-kannabis mediċinali
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 9634 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm irċeviet applikazzjonijiet il-Malta Enterpise għal Letter Of Intent (LOI) għall-produzzjoni tal-kannabis mediċinali sena b’sena mill-2018 sal-lum? Kemm kien hemm applikazzjonijiet li ġew aċċettati u kemm kien hemm li ġew miċħuda, sena b’sena mill-2018 sal-lum? Tista’ tgħid ukoll kemm kien hemm minn dawk li rċevew LOI imma għaddew din l-awtorizzazzjoni għal kumpaniji oħrajn?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.