Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Ġiljan — Drenaġġ ħiereġ mil-loġġa tas-sajjieda

Question

Tista’ l-Ministru tara għaliex wara diversi lmenti u rapporti lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) għadu xorta ħiereġ id-drenaġġ mil-loġġa tas-sajjieda ġewwa x-Xatt tas-Sajjieda ġewwa San Ġiljan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li minn investigazzjoni li saret irriżulta li drenaġġ mhuwiex ħiereġ mill-infrastruttura tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-każ ġie riferut lill-Awtorità konċernata.

Paceville Town Centre Committee

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadux fis-seħħ il-Paceville Town Centre Committee? Minn min dan qed jitmexxa, min huma l-membri tal-Kumitat u kemm-il darba ltaqgħu minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat qiegħed jiġi ristrutturat. Madanakollu ċ-Chairperson tal-Kumitat baqa’ għaddej b’kuntatt dirett ma’ diversi entitajiet u stakeholders sabiex jiġu ndirizzati l-ilmenti u s-suġġerimenti li jsiru.

Rapporti dwar jekk high rising buildings humiex earthquake-proof

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10822 dwar rapporti li jindikaw jekk high rising buildings humiex earthquake-proof, jista' l-Prim Ministru jgħid min huwa l-Ministru responsabbli?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11863.

LESA u Pulizija — Multi fil-konfront ta' e scooters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il multa nħarġet mil-LESA u l-Pulizija fil-konfront ta' escooters f'kull lokalità għas-snin 2019-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u kemm minn dawn il-multi tħallsu sal-lum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Qed niprovdi l-informazzjoni mitluba fit-tabella hawn taħt. Lokalità 2020 2021 2022 2023 Sliema 1,275 2,433 2,954 San Ġiljan 1,110 2,161 2,137 Msida 1 532 755 607 Gżira 1 554 501 749 San Ġwann 273 630 482 San Pawl il-Baħar 111 640 626 Birkirkara 2 186 602 513 Swieqi 118 544 249 Marsaskala 409 401 Valletta 118 340 306 Ħamrun 41 345 275 Ta' Xbiex 1 128 170 129 Pieta` 53 250 108 Qormi 8 165 216 Santa Venera 47 206 119 Pembroke 29 209 94 Floriana 40 50 180 Marsa 23 161 65 Attard 11 65 125 Balzan 8 82 98 Żebbuġ 1 4 114 Lija 2 21 77 Paola 47 46 Iklin 2 40 47 Tarxien 40 34 Fgura 1 22 37 Mosta 5 16 38 Mellieħa 11 44 Bormla 22 22 Naxxar 19 19 6 Birgu 15 17 Żabbar 7 15 Pietà 1 7 Birżebbuġa 6 Għargħur 4 2 Isla 3 Santa Luċija 3 Luqa 2 Kalkara 1 1 Marsaxlokk 2 Mġarr 1

Identità — Rebranding

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex sar il-video li l-link tiegħu qed tingħata separatament li juri r-rebranding ta' Identità? Min iddireġieh u kiteb l-iscript tal-istess video?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12192.

Anti-Racism Strategy lill-Identity Malta u Identità — Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata taħriġ bħala parti mill-Anti-Racism Strategy lill-Identity Malta u Identità, sena b'sena u lil kemm impjegati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fl-aħħar sena, numru ta’ impjegati tal-Aġenzija Identità attendew għal taħriġ li ndirizza t-tema r-razzi¿mu u l-ġlieda kontrih, fost temi oħra. Infurmat ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin l-Aġenzija Identità se tkun qed tniedi l-istrateġija tagħha għat-tliet snin li ġejjin. Din l-istrateġija tinkludi pjan ta’ taħriġ, li fost temi oħra jindirizza t-tema tar-razzi¿mu, lill-impjegati kollha tal-aġenzija, kemm dawk pre¿enti kif ukoll dawk futuri. Dan it-taħriġ se jkun wieħed kontinwu għall-ħaddiema kollha.

Identità — Website ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fuq il-website il-ġdida ta' Identità m’hemmx informazzjoni u/jew il-formoli għal long-term residence, family reunification applications, u residence cards għan-nies li għandhom protezzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li diffikultajiet ta' tranżazzjoni ġew riżolti u l-formoli jinsabu onlajn.

Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex innominat xi ħadd bħala Punt Fokali tal-Karta (Charter Focal Point) skont l-Istrateġija biex tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-Unjoni Ewropea? Jekk iva, min hi din il-persuna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

APH Animal Hospital – Liċenzja ta’ operat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-APH Animal Hospital (VH001) għadx għandu liċenzja biex jopera? Jekk le, meta tilef il-liċenzja?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-liċenzja biex topera stabbiliment veterinarju bħal sptar tal-annimali, tista’ tingħata biss lil min għandu warrant ta’ tabib veterinarju. It-tabiba veterinarja lliċenzjata biex topera l-APH Animal Hospital (VH001) innotifikat li mhux se tibqa f’dan ir-rwol wara l-31 ta’ Awwissu 2023.

Infrastructure Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta Infrastruttura Malta ser tibda x-xogħlijiet mwiegħda mill-Ministru għat-Turiżmu, b’nefqa ta’ €5 miljun biex ikun hemm il-proġett ta’ Spinola u Triq Avenue ġewwa Paceville?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qiegħda f’diskussjonijiet mat-TZRA u ma’ entitajiet oħra ta’ servizzi biex jiġu ffinalizzati pjanijiet ta’ interventi fi Triq Paceville. Fil-ġimgħat li ġejjin se jinbeda xogħol infrastrutturali neċessarju.

San Ġiljan – Xatt is-Sajjieda – xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet li bdew fuq il-loġġa tas-sajjieda bħala parti mill-proġett ta’ riġenerazzjoni tax-Xatt tas-Sajjieda, ġewwa San Ġiljan? Jista’ jgħid ukoll meta ser jibdew ix-xogħlijiet l-oħra mħabbra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li ġejjien ħa jkun qed jitwaqqa’ s-saqaf tal-loġġa tas-sajjieda peress li waqt ix-xogħlijiet tar-restawr dan instab li hu ta’ periklu. Dan is-saqaf għandu jerġa’ jinbena mill-ġdid u x-xogħlijiet ta’ restawr għandom jiġu konklużi sal-aħħar ta’ Jannar 2024. Fir-rigward tax-xogħlijiet l-oħra fuq il-promenade, hemm applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar li għadha qed tiġi evalwata.

San Ġiljan, Gżira, Tas-Sliema, San Ġwann u Swieqi – Ċitazzjonijiet għal ħruġ ta’ skart mhux skont l-iskeda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-uffiċjali tal-komunità fuq ħruġ ta’ skart mhux skont l-iskeda, minn Ġunju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ġewwa San Ġiljan, il-Gżira, Tas-Sliema, San Ġwann u s-Swieqi, maqsuma lokalità lokalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li n-numru ta’ taħrikiet dwar skart minn Ġunju sal-lum huwa hekk kif ġej: San Ġiljan 34 Gżira 54 Sliema 210 San Ġwann 199 Swieqi 13

Belt Valletta – Triq il-Merkanti u Triq ir-Repubblika – Encroachments

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’encroachments hemm fi Triq il-Merkanti u fi Triq ir-Repubblika, ġewwa il-Belt Valletta, fid-dawl li l-imwejjed u s-siġġijiet qegħdin jagħmluha diffiċli għall-pubbliku biex jgħaddi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Triq ir-Repubblika hemm għaxar (10) konċessjonijiet filwaqt li fi Triq il-Merkanti hemm tnejn u tletin (32) konċessjoni għall-imwejjed u siġġijiet.

Għassa ta’ San Ġwann – Ftuħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-għassa tal-Pulizija ta’ San Ġwann tkunx miftuħa u jekk ikunx hemm pulizija preżenti? Jekk le, jista’ jgħid fejn wieħed jista’ jkollu aċċess għall-pulizija f’din il-lokalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bħalissa qed isir xogħol ta’ rinnovazzjoni u manutenzjoni fl-għassa ta’ San Ġwann.

Paceville, San Ġiljan, Tas-Sliema u l-Gżira – Rapporti ta’ storbju eċċessiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta’ storbju eċċessiv wara l-11.00 p.m. ġewwa Paceville, San Ġiljan, Tas-Sliema u l-Gżira minn Ġunju 2023 sal-ġurnata li fiha mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ storbju eċċessiv wara l-11.00 p.m. li daħlu ġewwa Paceville, San Ġiljan, Tas-Sliema u l-Gżira minn Ġunju sas-6 ta’ Settembru 2023 huwa ta’ 21.

Kunsill Lokali San Ġwann – Green project

Question

Peress li l-Kunsill Lokali San Ġwann qal b’mod uffiċjali li kien hemm qbil dwar il-Green Project propost li jsir ġewwa San Ġwann, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Aġenda u/jew tal-Minuti tal-laqgħa ta’ meta ġie diskuss dan l-item u ta’ meta ttieħed il-vot fuq il-pjanti finali li tressqu lill-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann li dwar dan il-proġett kien hemm qbil unanimu fost il-Membri tal-Kunsill Lokali. Dan jirriżulta mill-minuti tas-seduta datata 31 ta’ Jannar 2022. Infurmat ukoll li f’laqgħa sussegwenti, datata 23 ta’ Jannar 2023, il-Kunsill ġie infurmat li ser issir laqgħa ta’ konsultazzjoni mar-residenti kif ukoll ser issir laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-ħwienet fil-viċinanzi tal-proġett propost. In oltre infurmat ukoll li f’laqgha oħra li seħħet wara l-laqgħat hawn fuq imsemmija, kien hemm diskussjoni dwar dan il-proġett propost, u anke kien hemm qbil li jitħallas il-Perit għax-xogħol tiegħu fuq dan il-proġett. Infurmat li dan il-ħlas sar, wara proposta mill-Minority Leader. Fuq nota finali infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann li preżentement għaddejjin konsultazzjonijiet kontinwi ma’ Project Green dwar il-proġett, hekk kif il-pjanti mistennija jiġu ameljorati tul il-konsultazzjonijiet u l-proċessi uffiċjali tal-proċedura tal-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar fix-xhur li ġejjin. Intant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra estratt mill-minuti relattivi tal-laqgħat tal-kunsill.

Tas-Sliema – Ferries Terminal – Xogħlijiet

Question

B’referenza għax-xogħlijiet li ilhom għaddejjin ’il fuq minn ħames snin fuq it-terminal tal-ferries ġewwa ta’ Tas-Sliema, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet u meta ser jitlestew?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fit-terminal tal-ferries f’Tas-Sliema waslu fl-aħħar fażijiet tagħhom. Il-pjan hu li dan il-proġett ikun lest sa tmiem din is-sena. Dan il-proġett huwa wieħed minn sensiela ta’ proġetti li qed isiru biex tkompli tissaħħaħ l-infrastruttura għat-trasport fuq il-baħar.

Paceville — Zgħażagħ taħt l-età f’postijiet tad-divertiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu żgħażagħ taħt l-età ġewwa stabbilimenti, night clubs jew postijiet oħra tad-divertiment f’Paceville, minn Ġunju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu bejn Ġunju 2023 u l-15 ta’ Ottubru 2023 kien hemm għoxrin żagħżugħ/a taħt l-età li nqabdu ġewwa stabbilimenti, night clubs jew postijiet oħra ta’ divertiment f’Paceville.

Paceville — Żgħażagħ taħt l-età li nqabdu jixrobu l-alkoħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ taħt l-età legali, li nqabdu jixorbu alkoħol jew spirti ġewwa Paceville, minn Ġunju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kien hemm tnax-il każ fejn żgħażagħ taħt l-età legali nqabdu jixorbu alkoħol jew spirti ġewwa Paceville, minn Ġunju 2023 sal-15 ta’ Ottubru 2023.

Paceville u San Ġiljan – Persuni mħarrka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nqabdu jagħmlu awrina barra t-triq jew wara l-bibien tar-residenti ġewwa Paceville u San Ġiljan, minn Ġunju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi din is-sena il-pulizija ħarġet wieħed u tletin (31) taħrikiet relatati ma persuni li nqabdu jagħmlu awrina barra, ġewwa Paceville u San Ġiljan.