Aġenzija Sapport – Riżenji ta’ Support Workers – Raġunijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid waqt l-exit interviews li saru minn Aġenzija Sapport, x’kienu r-raġunijiet primarji għar-riżenji mogħtija mis-support workers li rriżenjaw f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Aġenzija Sapport – Support Workers – Exit interviews
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru exit interviews lis-support workers ta’ Aġenzija Sapport f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull impjegat li jirreżenja jingħata stedina bil-miktub għal ‘exit interview’; madankollu, mhux kull impjegat jaċċetta din l-istedina. Dawk li ma jaċċettawx l-istedina għal laqgħa wiċċ imb wiċċ jintbagħtilhom stedina sabiex jimlew formola li tinkludi sett ta’ mistoqsijiet, iżda lanqas din mhux dejjem tiġi milqugħa. L-istatistika dwar in-numru ta’ ‘exit interviews’ tmur lura sas-sena 2024.
Aġenzija Sapport għandha rekord ta’ 15-il ‘exit interview’ ma’ support workers fl-istatistika tagħha, li minnhom 9 saru fl-2024 u 6 saru fl-2025.
Tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kemm support workers (full-time jew part-time) fl-Aġenzija Sapport irriżenjaw tul dawn l-aħħar ħames snin skont in-numru ta’ snin ta’ esperjenza li kellhom fl-istess Aġenzija:
i. 0 – 5 snin;
ii. 6 – 10 snin;
iii. 11 – 15-il sena;
iv. 16 – 20 sena; u
v. 20+ sena?
Response (FARRUGIA, JULIA)
TWEĠIBA
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
0-5
snin
6-10 snin
11-15
-il sena
16-20
sena
20+ sena
Minnhom Senior Support/Care Workers
2021
9
2
1
1
0
1
2022
10
2
1
0
1
0
2023
9
3
3
2
0
2
2024
12
9
2
1
0
0
2025
18
8
2
1
0
3
Barra minn hekk, nixtieq ninforma lill-Onorevoli li dawk kollha li rriżenjaw ġew sostitwiti b'impjegati ġodda.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-istrateġija tal-gvern għal persuni b’diżabilità intellettwali severa u li servizz tal-komunità (mhux residenzjali) mhux biżżejjed biex jgħixu ħajja independenti?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont Artiklu 19 tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, rratifikata u ffirmata fl-2012, kull persuna b’diżabilità għandha dritt tgħix fil-komunità bl-assistenza neċessarja.
Residenzi ta’ Aġenzija Sapport – Lista ta’ stennija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx lista ta’ stennija ta’ persuni b’diżabilità biex jidħlu f’residenzi ta’ Aġenzija Sapport?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istrateġija tal-Istat tmur lil hinn mill-għoti ta’ residenza għal persuni b’diżabilità, sabiex tiffoka fuq l-implimentazzjoni tad-deistituzzjonalizzazzjoni u tiġi mħarsa il-UNCRPD. F’dan il-kuntest, qed inkomplu nsaħħu u nespandu s-Servizz tal-Personal Assistant bil-għan li aktar persuni jkunu jistgħu jgħixu b’mod indipendenti u b’dinjità fil-komunità. Fil-preżent hemm madwar 600 benefiċjarju mqassmin fuq żewġ skemi differenti.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm residenzi mmexxija minn Aġenzija Sapport u f’liema bliet u rħula jinsabu?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Aġenzija Sapport tmexxi disa’ djar fil-komunità, iżda ma taqsamx informazzjoni fejn jinsabu sabiex tipproteġi lill-persuni li jgħixu fihom.
Is-Swieqi u l-Madliena – Public EV charging pillars
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jitwaħħlu public EV charging pillars ġewwa s-Swieqi u l-Madliena, fid-dawl li għad m’hemmx charging pillars f’dawn il-lokalitajiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Swieqi diġà hemm 10 charging points għall-użu pubbliku, kif ukoll sitt charging points oħra li kienu tal-GoTo u li qegħdin fil-proċess biex jiġu rijattivati. Ninsab infurmata li ġew identifikati wkoll numru ta’ siti oħrajn fis-Swieqi u l-Madliena fejn jistgħu jitwaħħlu charging pillars ġodda għall-pubbliku.
San Ġiljan - Triq Wied Għomor u Triq Forrest - Xogħlijiet
Question
Fid-dawl ta’ rapport li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar bracket bil-wires tad-dawl li qed jinqala’ minn mal-faċċata tal-indirizz li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament, tista’ l-Ministru tara li dan il-bracket jittranġa? Tista’ tgħid ukoll jekk l-Enemalta tagħmilx tajjeb fl-eventwalità ta’ ħsara lil terzi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li n-numru tan-notifika provdut mill-Onor. Interpellant ma jikkorrispondi mal-ebda rapport. L-unika rapport li kien hemm fir-rigward tat-toroq indikati f’din il-mistoqsija kien jirrigwardja ‘dangerous aerial lines’ li, skont ma jien infurmata, rriżulta li huma ta’ terzi u mhux tal-Enemalta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-mediċina Sitagliptin għal persuni bid-dijabete tinsabx out of stock u jekk iva, jista’ jgħid meta din ser tkun disponibbli, fid-dawl li din tiswa €57.53 fix-xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fil-mument il-mediċina Sitagliptin mhix out-of-stock.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33805 u jgħid kemm ġie jiswa l-proġett tal-housing estate li nbena fis-Siġġiewi? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm appartamenti u kemm minnhom huma ta’ kamra tas-sodda waħda (one-bedroom), ta’ żewġt ikmamar tas-sodda (two-bedroom) u ta’ tliet kmamar tas-sodda (three-bedroom) f’dan il-housing estate?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni li għandhom kemm passaport Malti kif ukoll passaport Ingliż iħallsux rata ta’ taxxa differenti mir-rata ta’ 15% li jħallsu l-ħaddiema li għandhom passaport Ingliż u li jaħdmu hawn Malta u l-kumpaniji finanzjarji Ingliżi li għandhom il-Head Office tagħhom f’Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpallant illi r-regoli li jistabbilixxu r-rata ta’ taxxa ta’ 15% jsemmu bħala waħda mill-kriterji prinċipali li l-applikant ma jistax ikollu d-domiċilju tiegħu f’Malta biex jibbenefika mir-rata ta’ 15%. Il-passaport tal-applikant mhuwiex kriterju li jiġi kkunsidrat.
Proprjetajiet - Spezzjonijiet għal under declaration
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32888, 33161 u 33695 u jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq proprjetajiet li nxtraw biex jaraw li ma kienx hemm under declaration mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien hemm persuni li nstabu li kellhom under declaration u li ma jirriflettix il-piż attwali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid ukoll kemm inġabru taxxi b’dan il-mod matul l-istess perjodu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-miżuri li l-Ministeru qiegħed jieħu biex jiġu indirizzati ilmenti minn residenti fil-Magħtab dwar irwejjaħ ta’ skart u trab li joħorġu mill-impjant tal-iskart?
Tista’ l-Ministru tagħti update ta’ fejn wasal il-proġett tal-wind farms? Tista’ tgħid ukoll x’inhuma t-timeframes għat-twettiq ta’ dan il-proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li, wara l-pubblikazzjoni tal-Kwestjonarju ta’ Kwalifika Preliminari (PQQ) f’Diċembru 2024, kienu sottomessi tliet offerti f’Lulju 2025. Bħalissa, l-evalwazzjoni ta’ dawn l-offerti, li tinkludi wkoll stadju ta’ due diligence, għadha għaddejja u mistennija li titlesta aktar tard din is-sena. Il-kandidati li jintgħażlu mbagħad ikunu mistiedna jipparteċipaw fl-istadju li jkun imiss, dak ta’ djalogu kompetittiv, li mbagħad iwassal għat-tielet stadju li huwa dak tal-Aħjar u l-Aħħar Offerta (Best and Final Offer). Dan iwassal għall-għażla ta’ dak l-iżviluppatur li se jkun responsabbli għall-bini, it-tħaddim u l-immaniġġjar tal-farm tar-riħ taħt ftehim ta’ konċessjoni ta’ 35 sena, kif ukoll taħt Kuntratt għad-Differenza (Contract for Difference) ta’ 25 sena.
Il-proċedura ta’ djalogu kompetittiv hija mistennija li tiġi konkluża sal-2028, sakemm ma jkunx hemm xi dewmien mhux previst. Wara l-iffirmar tal-kuntratt, din it-tip ta’ infrastruttura normalment tieħu mill-inqas ħames snin biex titwettaq, u għalhekk nistennew li l-farm tar-riħ jidħol fis-servizz bejn wieħed u ieħor lejn is-sena 2033/2034.
Barra minn hekk, l-iżviluppatur magħżul se jkun ukoll responsabbli għall-kostruzzjoni, t-tħaddim u l-manutenzjoni tas-Sistema ta’ Konnessjoni mal-Grid (Grid Connection System – GCS), li se tkun proprjetà tal-Gvern. Din tinkludi substation offshore u sistema ta’ cables għall-esportazzjoni tal-enerġija mill-farm għal Malta.
F’Novembru 2025, il-proġett tal-GCS ġie aċċettat għall-inklużjoni fil-Pjan ta’ għaxar snin tal-Unjoni Ewropea dwar l-Iżvilupp tan-Network tal-Enerġija. B’hekk dan il-proġett sar eliġibbli bħala kandidat fil-lista tal-Proġetti ta’ Interess Komuni (PCI) tal-UE għall-2027 u bis-saħħa t’hekk ikun ukoll eliġibbli għall-finanzjament taħt il-Connecting Europe Facility. Din tkun opportunità tajba ħafna biex jinkiseb appoġġ finanzjarju importanti għall-implimentazzjoni tal-proġett.
Dan il-proġett jirrappreżenta pass importanti lejn il-mira tagħna li nkunu pajjiż newtrali għall-karbonju sal-2050, filwaqt li jsaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli ta’ pajjiżna.
Persuni b’diżabilità - Sfidi biex jibqgħu jgħixu fil-komunità
Question
Peress li l-anzjani huma intitolati għal għajnuna fit-tindif tad-dar tagħhom, filwaqt li persuni b’diżabilità jingħataw biss tmien sigħat ta’ għajnuna kull erba’ ġimgħat, tista’ l-Ministru tgħid għaliex teżisti din id-differenza, fid-dawl tal-fatt li persuni b’diżabilità jaffaċċjaw iktar sfidi biex jibqgħu jgħixu fil-komunità?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-assistent personali jista’ jgħin lill-persuni b’diżabilità fit-tindif personali tagħhom, sakemm is-servizz jibqa’ wieħed ta’ assistenza personali u mhux limitat biss għat-tindif. Is-servizz ta’ assistenza personali jista’ jkopri aktar minn tmien sigħat kull erba’ ġimgħat, iżda n-numru ta’ sigħat ivarja minn każ għall-ieħor. Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għas-servizz ta’ ‘homehelp’, il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru kkonċernat.
San Ġiljan u s-Swieqi - Ħruġ ta’ skart barra mill-iskeda
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm persuni nqabdu mill-uffiċjali tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) li ħarġu skart barra mill-iskeda fil-lokalitajiet ta’ San Ġiljan u s-Swieqi separatament, minn Mejju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll kemm inħarġu multi u kemm kienu jammontaw?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward tal-infurzar tal-iskeda Nazzjonali għall-Ġbir tal-Iskart, bejn l-1 ta’ Mejju 2024 u l-31 ta’ Diċembru 2025, l-uffiċjali tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qabdu 227 persuna fil-lokalità ta’ San Ġiljan u fl-istess perjodu nħarġu 179 multa li jammontaw għal €27,400. Fl-istess perjodu, fis-Swieqi nqabdu 85 persuna u nħarġu 48 multa li jammontaw għal €7,200. Amministrattivament hemm proċess biex jinħarġu l-multi, allura, l-figuri ta’ kemm inqabdu persuni u l-figuri tal-multi li nħarġu ma jikkorrispondux minħabba li l-proċess amministrattiv jieħu ammont ta’ ġranet li jista’ anke jtawwal għal ġimgħat biex jiġi konkluż, minħabba li f’ċerti istanzi jkun hemm bżonn iktar informazzjoni biex tkun tista’ tinħareġ multa.
Il-figuri mogħtijin jinkludu persuni li nqabdu joħorġu l-iskart kemm fil-ħin ħażin, fil-ġurnata l-ħażina kif ukoll ma’ ġenb xi skip jew kontenitur tal-iskart ieħor. Jinkludu wkoll persuni li ħarġu l-borża s-sewda mhux separata b’mod korrett u għalhekk ingħataw ittra ta’ twissija biss.
San Ġiljan u s-Swieqi - Short lets - Rapporti fuq storbju eċċessiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti mir-residenti fuq storbju eċċessiv minn proprjetajiet mikrija fuq bażi short let fil-lokalitajiet ta’ San Ġiljan u s-Swieqi separatament, minn Mejju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni ġew imħarrka li kisru l-paċi pubblika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Mejju 2024 u s-27 ta’ Jannar 2026, il-Pulizija ta’ San Ġiljan irreġistrat tmienja u għoxrin (28) rapport mingħand residenti tas-Swieqi u San Ġiljan relatati ma’ storbju eċċessiv jew argumenti li jinvolvu persuni barranin li kienu qed joqogħdu f’diversi propjetajiet, inklużi dawk użati għal
short lets
u oħrajn. Dawn l-inċidenti seħħew kemm waqt li l-imsemmija persuni kienu ġewwa l-propjetajiet jew waqt li dawn ikunu barra fi triq deħlin għal l-istess propjetajiet.
Kif isir dejjem f’dawn iċ-ċirkostanzi, meta l-Pulizija setgħet tivverifika l-ilmenti dwar l-istorbju, il-persuni kkonċernati ġew imwissija biex jieqfu. Fost dawn il-każijiet, kien hemm ukoll każ fejn inħarġu akkużi.