B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12628 dwar ix-xogħol fi Triq ix-Xatt ġewwa l-Imsida, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitkompla u jitlesta dan ix-xogħol peress li ilu pendenti għal diversi xhur?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-jiem li għaddew ingħata l-aħħar wiċċ tal-asfalt u għal daqstant kull ma jonqos huma r-road markings.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12589 jista’ l-Ministru jgħid meta ser tiftaħ l-għassa tal-pulizija ġewwa San Ġwann issa li r-refurbishment huwa lest?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li xogħol ta’ rinnovazzjoni u manutenzjoni fl-għassa ta’ San Ġwann għadu għaddej.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jittranġaw il-latrini pubbliċi ġewwa San Ġwann li jinsabu fil-Ġnien Karin Grech fid-dawl li dawn jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali ta’ San Ġwann?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Kunsill Lokali informani li kontestwalment jixtieq jitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika x’qed ifisser bil-frażi ‘jittranġaw il-latrini pubbliċi ġewwa San Ġwann li jinsabu fil-Ġnien Karin Grech’.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12582 dwar il-fast ferry landing fit-terminal tal-ferries f’Tas-Sliema u fid-dawl li l-Ministru preċedenti kien ta deadline sal-aħħar tas-sena 2023, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li x-xogħlijiet waslu fl-aħħar stadju u ser jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.
Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Rwol ta’ individwi
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jgħid x’inhu r-rwol tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fis-segretarjat tiegħu, kemm jitħallsu u jqiegħed kopja tal-kuntratt tax-xogħol tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni msemmija ma jaħdmux fi ħdan il-Ministeru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13861 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12638, jista’ l-Ministru jgħid jekk kellimx lill-Ministru għall-Intern u lill-Kummissarju tal-Pulizija, biex jitolbu lill-Kummissarju Għoli Malti għall-Ghana għal aktar tagħrif u anke biex jekk ikun il-każ, tiġi involuta l-INTERPOL?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat. Intenni li l-Ministeru li jien responsabbli minnu huwa dispost li jikkollabora mal-istituzzjonijiet tal-pajjiż fi kwalunkwe stħarriġ.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13860 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12638, jista’ l-Ministru jipprovdi d-data ta’ meta ġie maħtur il-Kummissarju ta' Malta għall-Ghana u sa meta twassal din il-kariga? Jista’ jgħid jekk dan l-uffiċjal hux se jerġa’ jgħaddi għall-iskrutinju tal-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi biex jiġi kkonfermat jew le?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkarigu tal-Kummissarju Għoli inkwestjoni beda fis-26 ta’ Frar 2019, liema terminu f’dan l-istadju huwa maħsub li jintemm fl-24 ta’ Frar, 2025. Skont il-provvedimenti tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, sa issa ma kienx hemm il-ħtieġa li l-persuna inkwestjoni tgħaddi għal darba oħra mill-iskrutinju tal-Kumitat Parlamentari dwar il-Ħatriet Pubbliċi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13859 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12640, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx verifika tad-dokument uffiċjali tal-Ministeru tiegħu, datat 24-28 Lulju 2017, liema dokument jikkonferma illi l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament kien gideb lill-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi meta ma semmiex li kien għadu fin-negozju mal-individwu maħrub minn Malta (‘fugitive’) li skont il-Kummissarju tal-Istandards, kellu international arrest warrant? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll jekk l-istess individwu nħallx biss mir-rabta wara l-ħatra tiegħu bħala Kummissarju Għoli u allura jekk kienx fin-negozju mal-maħrub kemm meta huwa kien uffiċjalment Konslu għal Malta kif ukoll waqt li kien taħt l-iskrutinju tal-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, kif inhuwa mistenni li jsir, ma jindaħalx fl-iskrutinju parlamentari li jitwettaq mill-Kumitat Parlamentari dwar il-Ħatriet Pubbliċi. Dwar f’liema stadju ġew maħlula r-rabtiet azjendali, nitolbu jirreferi għal ‘Dokument F’ anness mar-rapport maħruġ mill-Kummissarju għall-iStandards dwar Każ K/023. F’dik l-ittra datata 12 ta’ Mejju tas-sena 2020 mgħoddija lill-Kummissarju għall-iStandards mill-predeċessur tiegħi, fiha kien għadda wkoll dikjarazzjoni mressqa mill-persuna inkwestjoni fejn kiteb hekk: ‘Allow me to reiterate that after my appointment I took the decision to slowly remove all the companies I had, as not to create any possible doubt of conflict of interest as this was raised by the public appointments committee. I did this knowing I had the right to keep ownership of such companies’. Mill-konfermi li waslu bil-miktub, diġà riferuti fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12640, nikkonferma li tali rabtiet azjendali kienu kollha maħlula sas-7 ta’ Frar 2020.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13332 u 13820 u jgħid x’passi kienu ttieħdu mill-Ministeru tiegħu dwar l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kif jidher f’paragrafu 81 tar-rapport Case No.: K023 datat 20 ta' Jannar 2020?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat. Intenni li l-Ministeru li jien responsabbli minnu huwa dispost li jikkollabora mal-istituzzjonijiet tal-pajjiż fi kwalunkwe stħarriġ.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13329 u 13813 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti u l-ftehim li ġew iffirmati bejn il-Gvern u APH Limited (C 72130), u/jew mal-promoturi tal-istess soċjetà li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma l-kuntratt li ġie ffirmat bejn il-Gvern u APH Limited (C 72130).
Ninsab infurmat li l-Awtorità kontraenti ma ffirmat l-ebda kuntratt mal-promoturi tal-istess soċjetà li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament f’din il-mistoqsija parlamentari.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji li għadhom jistennew li jkollhom facilitator magħhom? Jista’ jgħid kemm hemm studenti li għandhom shared facilitator? Jista’ jagħti lista sħiħa ta’ liema skejjel primarji u sekondarji għandhom bżonn li jkollhom aktar facilitators għall-istudenti tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-grad ta’ facilitator fl-iskejjel Primarji u Sekondarji ma jeżistix.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet fi Triq Bellavista, f’San Ġwann?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mistennija jitkomplew fil-ġimgħat li ġejjin, ladarba proġetti oħra fl-inħawi, bħal dak ta’ Sant Andrija fis-Swieqi, jilħqu fażijiet avvanzati. Dan qed isir biex kemm jista’ jkun, jiġi kkontrollat l-inkonvenjent għal min jiffrekwenta u jgħix fl-inħawi. Infrastructure Malta tinsab f’komunikazzjoni diretta mal-awtoritajiet konċernati u bi qbil mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann, ix-xogħlijiet mistennija jitkomplew fiż-żmien li ġej bl-inqas inkonvenjent possibbli.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12640, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx verifika tad-dokument uffiċjali tal-Ministeru tiegħu, datat 24-28 Lulju 2017, liema dokument jikkonferma illi l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament kien gideb lill-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi meta ma semmiex li kien għadu fin-negozju mal-individwu maħrub minn Malta (‘fugitive’) li skont il-Kummissarju tal-Istandards, kellu international arrest warrant? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll jekk l-istess individwu nħallx biss mir-rabta wara l-ħatra tiegħu bħala Kummissarju Għoli u allura jekk kienx fin-negozju mal-maħrub kemm meta huwa kien uffiċjalment Konslu għal Malta kif ukoll waqt li kien taħt l-iskrutinju tal-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12638, jista’ l-Ministru jipprovdi d-data ta’ meta ġie maħtur il-Kummissarju ta' Malta għall-Ghana u sa meta twassal din il-kariga? Jista’ jgħid jekk dan l-uffiċjal hux se jerġa’ jgħaddi għall-iskrutinju tal-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi biex jiġi kkonfermat jew le?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12638, jista’ l-Ministru jgħid jekk kellimx lill-Ministru għall-Intern u lill-Kummissarju tal-Pulizija, biex jitolbu lill-Kummissarju Għoli Malti għall-Ghana għal aktar tagħrif u anke biex jekk ikun il-każ, tiġi involuta l-INTERPOL?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12639, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa l-Kummissarju tal-Pulizija dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika kif jidher fil-paragrafu 81 tar-rapport tal-istess Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, K023 datat 20 ta' Jannar 2020?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12641 fl-intier tagħha u jgħid jekk kienx hemm abbużi s’issa u jekk iva, x’passi ttieħdu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis qed twettaq sorveljanza kontinwa fuq l-assoċjazzjonijiet li ngħataw liċenzja, fl-aħħar ġimgħat u li għalhekk bdew joperaw. Jekk jirriżulta abbuż, tittieħed azzjoni skont il-Liġi.
Kunsill Lokali San Ġwann – Laqgħa ta’ konsultazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13089, fejn jingħad li l-laqgħa pubblika tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann saret għall-istakeholders kollha, u peress li din tmur kontra t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12592, fejn jingħad li din il-laqgħa saret għal dawk l-entitajiet li jinsabu fi Triq Felice Borg, Misraħ Lewża, Misraħ Lourdes u Triq in-Narċis u li l-istedina għal din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni tqassmet by hand, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-entitajiet indikati fil-mistoqsija 13089 kellhomx huma wkoll stedina mqassma lilhom by hand għal din il-konsultazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann illi kien hemm żewġ laqgħat ta’ konsultazzjoni, u ċjoè:
i. waħda għall-pubbliku u l-istakeholders ġenerali. Din saret referenza għaliha fi tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13089. Din saret fl-Urban Valley Resort fit-23 ta’ Frar, 2023; u
ii. laqgħa oħra li kienet miftuħa biss għall-ħwienet u entitajiet kummerċjali li jinsabu fi Triq Felice Borg, Triq Narċis, Misraħ Lewża u Misraħ Lourdes. Din saret fit-22 ta’ Frar 2023. Din saret referenza għaliha fi tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12592.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13332 u jgħid x’passi kienu ttieħdu mill-Ministeru tiegħu dwar l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kif jidher f’paragrafu 81 tar-rapport Case No.: K023 datat 20 ta' Jannar 2020?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13521, jista’ l-Ministru jippreżenta l-ispiża tax-xogħlijiet ta’ pavimentar li saru fil-proġett tal-pjazza tal-Mosta, inkluż kwalunkwe tender jew direct order relatati, kif ukoll lista sħiħa tal-kuntratturi u sub-contracts involuti f’dan il-proġett?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Pjazza tal-Mosta, qed isir xogħol ta’ pavimentar. Dan qed isir b’investiment ta’ €1,352,397 (exc. VAT) u x-xogħlijiet qed isiru minn Hal Mann Vella Limited.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ħames snin, Infrastructure Malta wettqet xogħol infrastrutturali f’għexieren ta’ toroq, fosthom fi Triq Dawret il-Wied, Triq Burmarrad; Triq bla isem qrib Triq il-Bdiewa; Triq bla isem fil-Bidnija; Triq bla isem fi Triq San Pawl Tal-Qliegħa; Triq Alofju Wignacourt; Triq (Unnamed Road) Between Triq L-Imġarr & Triq Il-Bidnija; Triq Wied Is-Sir; -Unnamed road in the limits of Tal-Qolla (Triq il-Bdiewa); Triq tas-Sriedek; Triq Tal-Wej; parti minn Triq il-Valletta; Triq il-Missjunarji Maltin; Triq id-Difiża Ċivili, Mosta; Triq Tal-Milord; Triq Ta' Vnezja; Mosta - Triq San Silvestru; - Triq San Pawl Tal-Qliegħa; Triq Sagra Familja; Triq Rafel Caruana Dingli c/w Triq Darmanin; Triq Patri Ġużè Delia; Triq Madre Tereża; Sqaq Madre Maria Teresa Spinelli; Triq l-Inkurunazzjoni p/o; Triq l-Għollieq; Triq l-Assambea Nazzjonali; Triq Kumbu; Triq it-Tahhan; Triq is-Snajja; Triq ir-Rumani; Triq ir-Rebbiegħa; Triq in-Naqqax; Triq il-Qares; Triq il-Parjan; Triq il-Lunzjata; Triq il-Leġġenda; Triq il-Kunċizzjoni; Triq il-Kostituzzjoni; Mosta Triq il-Kbira; Triq il-Garrier; Triq il-Fuħħar; Triq il-Farinal; Triq il-Familja Cumbo; Triq il-Bidnija; Triq il-Bergamott; Triq il-Bennej; Triq il-Bdoti; Triq Il-Bdiewa Sqaq Nru. 4; Triq il-Baqqunier; Triq il-Ballata; Triq Gio C Dei Marchesi Mallia Tabone; Triq Durumblat; Triq Dun Karm Schembri.