Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom liċenzja ta’ bouncer? Jista’ jgħid kemm hawn aġenziji li jipprovdu dan is-servizz u jipprovdi elenku tagħhom? Jista’ jgħid ukoll meta kien l-aħħar li l-Pulizija għamlet verifika biex tara li kull minn qiegħed jaħdem f’dan il-qasam, huwa liċenzjat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi hawn mija u hames (105) persuna li għandhom liċenzja ta’ bouncer, filwaqt li n-numru ta’ aġenziji li għandhom liċenzja li jħaddmu/jagħtu s-servizz ta’ bouncers f’Malta huma tnejn u tletin (32), kif jidher fit-tabella hawn taħt. Infurmat illi biex jiġi zgurat li gwardjani privati li joffru servizz f'postijiet tad-divertiment ikunu liċenzjati, jsiru verifici kontinwament mill-pulizija bħala parti mir-rutina u responsabilitajiet tagħhom, biex jinfurzaw il-liġijiet u jippreservaw l-ordni pubbliku
1.
Safetrust Security
2.
J.F Security and Consultancy Services Ltd
3.
G4S Security Services (Malta) Ltd
4.
G4S Security Services Ltd
5.
Security Services Malta Ltd
6.
Oscar 7 Security
7.
Khiron Security Ltd
8.
Kerber Security Ltd
9.
Global Security Services Ltd
10.
Kavallieri Security Services Ltd
11.
Executive Security Services Ltd
12.
Protection Services (Malta) Ltd
13.
Security First services Ltd
14.
OZO Security Services Company Ltd
15.
Signal 8 Security Services Malta Ltd
16.
S.O.S.Secutiy Ltd
17.
I.Q.Security
18.
Goldguard Security services Ltdd
19.
Proforce 1 Security Malta Ltd
20.
Total Management Solution Company Ltd
21.
TacticalSecurity Pro. Ltd
22.
Professional Security Services Ltd
23.
JK Security Ltd
24.
CAMC Security Ltd
25.
Crowd Safety Management Ltd
26.
Blue Border Holdings Ltd
27.
Kerber ES Limited
28.
La Vallette Outsource limited
29.
R.Cauchi Ent Ltd Agency
30.
Adler Security Services
31.
Special Intervention Security
32.
Malta Elite Services Limited
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jitlob lill-Pulizija li meta jkun hemm applikazzjoni għal tiġdid ta’ liċenzja ta’ arma tan-nar, l-applikant ikun mitlub li jipprovdi ċertifikat li m’għandux problemi ta’ saħħa mentali jew mard/kundizzjonjiet oħra li jistgħu jwasslu biex jabbuża minn din il-liċenjza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li għal kull minn jitlob liċenzja taħt l-Att dwar l-armi, il-Pulizija titlob biex ma l-applikazzjoni jinġieb ċertifikat mediku li juri li persuna li qed tapplika, kapaċi li żżomm u tuża arma. Issir verifika jekk kienx ħati ta’ xi reati kriminali jew jekk jaqax taħt xi wieħed mis-sitwazzjonijiet tal-artikolu 24 tal-Kap 48, tal-liġijiet ta’ Malta. Sussegwentament l-applikant jitla għat-test quddiem il-Weapons Board, li jeżamina l kapaċita tal-persuna li żżomm u tuża l armi. Il-Bord wara jibgħat rakkomandazzjoni lill pulizija u f’każ ta’ riżultat pożittiv, tkun tista toħroġ liċenzja. L-applikant ikun jeħtieg li jippreżenta kopja tal-membership ma għaqda rikonoxxuta għal dan il-għan, kif ukoll polza ta’ l-assikurazzjoni għar-riskji ta’ terzi persuni. Il-Korp huwa dejjem miftuħ sabiex ikompli jsaħħaħ din l-analiżi. Għaldaqstant inbeda proċess intern ta' kif din l-analiżi tista tkun imsaħħa, inkluż bl-għajnuna ta' professjonisti oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm enforcement notices inħarġu ġewwa San Ġiljan, Gżira u tas-Sliema, minn Ottubru 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Avviżi ta’ Waqfien u Twettiq li nħarġu f’San Ġiljan, il-Gżira u tas-Sliema minn Ottubru 2023 sal-ġurnata li fiha qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari huwa ta’ erbatax (14). Minn dawn, tlieta (3) inħarġu f’San Ġiljan u ħdax (11) inħarġu f’Tas-Sliema. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-erbatax-il każ, kif ukoll l-azzjoni li ttieħdet sal-lum (taħt il-kolonna - Case Status).
Jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet l-investigazzjoni fuq il-każ tal-abbuż fl-għoti tad-Diżabilità Severa? Hemm xi deadline meta din ser titlesta? Fid-dawl li fil-Parlament il-Ministru kien wiegħed li dan ir-rapport ser ikun ippubblikat, jista’ jerġa’ jikkonferma dan?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żmien sa meta kellu jitlesta dan ir-rapport kien il-11 ta’ Frar. Ġejt infurmat li l-bord se jkun qed jitlob estensjoni ta’ ftit ġimgħat biex jikkonkludi dan ir-rapport. Il-Ministru jikkonferma dak li wiegħed.
Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Membri tal-bord mediku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord mediku fi ħdan il-Ministeru mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li twaqfilhom l-allowance tal-fostering għaliex ġew addottati minn familji? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li minn status ta’ fostering ġew addottati mill-istess familji li kienu jiffosterjawhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bis-saħħa ta’ miżura tal-budget għas-sena 2023, l-allowance tal-fostering ma baqgħetx titwaqqaf mill-ewwel għax it-tfal ikunu addottati mill-istess familji.
B’din il-miżura, l-allowance tal-fostering, fl-ewwel sena l-familji jingħataw 80% tar-rata, fit-tieni sena jingħataw 60% tar-rata, fit-tielet sena jingħataw 40% tar-rata filwaqt li fir-raba’ sena jingħataw 20% tar-rata.
Irid jingħad li bħalissa sitt familji qegħdin igawdu minn din il-miżura.
After care plans għal tfal li jagħlqu t-18-il sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa l-pjan ta’ after care għal dawk it-tfal li joħorġu mid-djar/residenzi għat-tfal/żgħażagħ wara li jagħlqu t-18-il sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14639, peress li f’din it-tweġiba m’hemmx l-informazzjoni mitluba, jista’ l-Ministru jgħid meta l-Pulizija ser tagħmel skwadra speċjali għal Paceville kif kien imwiegħed diversi drabi?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14634 u għall-intervent tiegħu fil-Parlament fejn qal li filwaqt li l-escooters li huma privati ser jitħallew, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn l-escooters jistgħux jintużaw fuq il-promenade fejn mhux permess li jintużaw ir-roti/bicycles jew inġenji oħra u jekk dawn l-escooters privati hux ser ikollhom fejn jagħmlu l-parkeġġ bħal vetturi privati? Jista’ jgħid ukoll jekk tkellimx u kkonsultax mal-kunsilli lokali b’mod partikolari ma’ dawk il-kunsilli li għandhom din il-problema?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kickscooters elettriċi jistgħu jinsaqu fuq mogħdijiet tar-riġel (inkluż dawk li ma jintużawx esklussivament għall-mixi), promenades, mogħdijiet għar-roti u żoni pedonali iżda għandu jiġi osservat il-limitu ta’ veloċità ta’ 10 km kif stabbilit fir-regolamenti.
Rigward parkeġġ tal-kickscooters privati, dan huwa diġà regolat permezz ta’ Taqsima IV tar-regolamenti u ma hemm l-ebda tibdil.
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jintemm ir-refurbishment tal-Mużew Marittimu ġewwa l-Birgu?
Response (BONNICI, OWEN)
Waqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta mogħtija għal PQ 13648, infurmat illi fejn tidħol l-implimentazzjoni tal-fażijiet l-oħra li qed jiġu finanzjati minn fondi Nazzjonali, dawn jinsabu fi stadju ta’ studji necessarji sabiex jibdew jinkitbu t-tenders relatati mal-istess progett.
B’referenza għall-proġett tal-Pjazza Spinola u l-proġett ta’ Paceville Avenue fejn dawn kellhom jiġu pedonalizzati kif kien ħabbar il-Ministru għat-Turiżmu, jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal dan il-proġett?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm fuq l-għassa tal-Pulizija f’San Ġiljan fid-dawl li din hija proprjetà privata requisitioned u hemm talba biex tingħata lura? Jista’ jgħid ukoll xi pjan ta’ kontinġenza hemm mill-Pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi mhux l-intezjoni tal-Korp li l-post preżenti ma jibqax iservi ta' għassa tal-Pulizija.
B’referenza għall-proġett tal-community clinic ġewwa San Ġiljan, jista’ l-Ministru jagħti update fejn wasal dan il-proġett u meta huwa fil-ħsieb li din il-clinic tinfetaħ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14646.
Inżid ngħid lill-Onor. Interpellant li l-indirizz fejn ser ikun hemm din il-klinika hu 13, Triq Mikiel Ann Borg, San Ġiljan.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14631 jista’ l-Ministru jgħid meta nbdew dawn ix-xogħlijiet (data) u meta huwa programmat li jitlestew?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi għalkemm data preċiża mhux possibli li tingħata, qed isir dak kollu possibli biex sas-sajf li ġej, ix-xogħolijiet fl-Għassa ta’ San Ġwann jitlestew, u din tkun tista’ tibda tiġi użata u jingħata servizz minnha.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14629 fejn fiha rrefera għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1305, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li sar mis-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali (SPK) f’dan ir-rigward? Jekk tali rapport ma sarx, jista’ jgħid x’passi ser jittieħdu mill-SPK sabiex terġa’ tieħu lura dan l-istone marker li huwa proprjetà pubblika?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 1305.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14628, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu mill-Pulizija fir-rigward tal-individwu li d-dettalji dwaru ssemmew fl-istess mistoqsija parlamentari? Jista’ jikkonferma li l-liġi fil-pajjiż hija ugwali għal kulħadd? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-passi tal-Puluzija/Ministeru meta persuna jkollha fil-pussess tagħha proprjetà pubblika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Iterpellant għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 14628.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14633, jista’ l-Ministru jgħid x’jifhem meta jgħid “fil-ġimgħat li ġejjin” u għaldaqstant jagħti data, fid-dawl li dawn ix-xogħlijiet ilhom għaddejjin tliet snin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li li l-proġett hu maħsub li jgħaddi f’idejn Transport Malta sa April.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14635, jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni l-Emerġenza u jagħti lista sħiħa tal-kawża/kawżi li għalihom kellhom imorru fl-Emerġenza fl-istess perjodu mitlub f’din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14638, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid kemm kienu dawk li nqabdu jpejjpu l-kannabis fil-pubbliku ġewwa Paceville fl-istess perjodu msemmi fl-istess mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu ndikat mill-Onorevoli Membru u cioe’ minn Ottubru 2023 sad-9 ta’Jannar 2024, inqabbdu tlett’ (3) persuni jpejpu l-kannabis fil-pubbliku ġewwa l-Belt Valletta. Ma kien hemm l-ebda persuna li nqabdet Paceville.