Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fuq is-servizz soċjali bħala single parents mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu s-servizz soċjali bħala single parents bejn l-2013 sa Frar 2024 huwa skont kif qed jidher fit-tabella t’hawn taħt.
F’din it-tabella wieħed jista jinnota kemm kienet suċċess is-sistema ta’ Tapering, bejn 2013 u 2023 l-ammont ta’ benefiċċju (SUP) Għajnuna Socjali single parent, naqas kważi b’terz.
Benefiċċju
Persuna fuq l-SUP (Għajnuna Socjali single parent)
2013
3,166
2014
3,100
2015
3,074
2016
2,876
2017
2,598
2018
2,392
2019
2,241
2020
2,279
2021
2,174
2022
2,047
2023
1,952
Frar 2024
1,966
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jirċievu d-Drug Addict Assistance mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Allowance li titħallas lil residenti ta’ komunità terapewtika (DAD) bejn is-sena 2013 sa Frar 2024 huwa skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Benefiċċju
Persuni li kienu qed jirċievu l-Allowance li titħallas lil residenti ta’ komunità terapewtika (DAD)
2013
12
2014
15
2015
18
2016
18
2017
9
2018
14
2019
22
2020
19
2021
26
2022
32
2023
29
Sa Frar 2024
34
Severe Intellectual Disability Assistance — Benefiċċju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin jirċievu s-Severe Intellectual Disability Assistance Allowance mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tajjeb illi jingħad li, sa mis-sena 2015, id-dħul minn xogħol beda jiġi njorat fl-assessjar tal-pagament ta’ din l-assistenza. Barra minn hekk mis-sena 2022, tneħħa għal kollox t-test tal-mezzi.
Inżid li, n-numri mogħtija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, jirreferu għal dawk kollha li kienu qed jirċievu din l-assistenza, irrispettivament mit-tip ta' diżabilità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed jirċievu l-Visual Impairment Assistance mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Visual Impairment Assistance bejn l-2013 sa Frar 2024 huwa skont kif qed jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Benefiċċju
Persuni fuq l-Assistenza għal Persuna b’Vista Batuta
2013
211
2014
277
2015
277
2016
308
2017
315
2018
345
2019
379
2020
391
2021
406
2022
414
2023
416
Frar 2024
423
Abbuż tal-kannabis sintetika — Persuni li ddaħħlu l-emerġenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ddaħħlu l-emerġenza fl-Isptar Mater Dei minħabba abbuż tal-kannabis sintetika minn Ġunju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ enforcement notices pendenti li nħarġu u għadhom fis-seħħ ġewwa l-Gżira mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jagħti r-raġuni li dawn inħarġu u anke għaliex għadhom pendenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-notifiki ta’ Twettieq u Infurzar fil-Gżira li nħargu mill-2013 sal-lum, u li għadhom attivi, huma 6. Ma’ din it-tweġiba qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista tal-każijiet kif mitlub.
Attachments:PQ17341 Pending Enforcements from 2013 in Gzira.pdf
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-encroachments kollha li hemm ġewwa Tas-Sliema u l-Gżira fuq il-front? Jista’ jqiegħed ukoll pjanta ta’ kull encroachment li hemm biex b’hekk il-pubbliku jkun mgħarraf b’dak li huwa pubbliku u b’dak li huwa encroached?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkunu reġistrati passaġġi pubbliċi fil-kampanja biex b’hekk il-pubbliku jkun jaf liema passaġġi huma pubbliċi u jkun jista’ jimxi fihom u dawk li huma privati u b’hekk jiġi evitat li jkun hemm diffikultajiet bejn is-sidien ta’ art privata u d-dritt taċ-ċittadin li jgawdi l-kampanja?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jinsab għaddej studju biex jitnieda proġett pilota f’dan ir-rigward.
B’referenza għal xi xogħlijiet li saru fuq il-loġoġ tas-sajjieda fix-Xatt tas-Sajjieda, f’San Ġiljan, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-proġett l-ieħor li kien maħsub fl-istess post għadux fis-seħħ u jekk iva, jagħti update tiegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett għadu fis-seħħ u l-MTA qed taħdem fuq informazzjoni addizzjonali li ntalbet bħala parti mill-proċess tal-iżvilupp.
B’referenza għall-proġett li kien imħabbar mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika fuq ir-riġenerazzjoni ta’ Ġnien Spinola u l-inħawi u li issa għadda għand Infrastructure Malta, jista’ l-Ministru jagħti update fejn wasal dan il-proġett?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għax-xogħlijiet li saru fi Triq Vilhena ġewwa l-Gżira fejn dawn ix-xogħlijiet ħadu numru ta’ xhur biex jitlestew, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali għal dawn ix-xogħlijiet u min huwa l-isem tal-kuntrattur/kumpanija li għamlu dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta investiet €388,277.06 (VAT inkluż) fi proġett infrastrutturali fi Triq Manoel De Vilhena, bil-kuntrattur responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet kien Excel Sis. Ix-xogħlijiet li wettqet Infrastructure Malta f’dan il-proġett kienu ffukati mill-pedament tat-triq sas-sottobażi, bix-xogħol fuq wiċċ it-triq, jiġifieri il-pavimentar għadda f’idejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Minn naha tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, il-kuntrattur responsabbli kien J Construction Ltd bl-ispiża totali tax-xogħlijiet ta’ pavimentar tammonta ghal €179,378.00 (VAT inkluż). Il-ħidma, li kienet sorveljata mill-Kunsill Lokali tal-Gżira u mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, inkludiet xogħol ta’ tħaffir biex issir mill-ġdid l-installazzjoni tas-servizzi tal-ilma, id-drenaġġ u s-sistemi ġodda għall-ilqugħ adekwat għall-ġbir tal-ilma tax-xita.
B’referenza għax-xogħlijiet li saru fi Triq Vilhena ġewwa l-Gżira fejn dawn ix-xogħlijiet ħadu numru ta’ xhur, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn reġgħet inqalgħet parti minn din it-triq? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-ispiża għal dawn ix-xogħlijiet u min ser jagħmel tajjeb għalihom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li xi rqajja mill-paviment kellhom jinqalgħu peress li ċ-ċangatura tal-porfido ċċaqalqet. Din iċ-ċangatura reġgħet ġiet imqiegħda mill-istess kuntrattur li għamel ix-xogħol oriġinali a spejjeż tiegħu.
B’referenza għax-xogħlijiet li qegħdin isiru fl-Upper Part ta’ Triq San Albert ġewwa l-Gżira fejn hemm l-iskola ta’ Stella Maris, jista’ l-Ministru jgħid meta ser titlesta din it-triq fid-dawl ta’ inkonvenjenza kbira għal residenti/tfal tal-iskola ta’ Stella Maris?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha konsulenti magħha l-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi (FTZD) u jagħti lista (isem u kunjom) ta’ dawn? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li dawn il-konsulenti għandhom ma’ FTZD? Jista’ jgħid ukoll fuq liema kriteriji dawn jintgħażlu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li FTZD waqfet tiffunzjona fl-2021.
Persuni li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei wara li ġew salvati mill-AFM — Ċertifikati ta’ ġrieħi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16760, jista’ l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija u ċjoè jgħid x’kienu ċ-ċertifikati tal-ġrieħi li ġarrbu t-tmien persuni li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei wara li ġew salvati mill-AFM?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi għar-risposta oriġinali fejn provdejt li kont infurmat li kull persuna ġiet rilaxxata mill-isptar. Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-isptar mhux parti mill-Ministeru li jien immexxi. Madankollu xorta ma nemminx illi dettallji personali inkluż dawk ta' kundizzjonijiet mediċi għandhom ikunu imperċa.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16763, jista’ l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija u ċjoè jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex parti mit-tim legali fil-każ fejn l-Unjoni Ewropea fetħet każ kontra Malta fl-2023 fejn Malta marret kontra l-Bird Directive? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-ħidma tiegħu? Jista’ jgħid ukoll kemm ser ikun qiegħed jitħallas dan l-avukat?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Każ ta’ individwu
Question
Fid-dawl li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irriżenja mill-ħatra tiegħu fl-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) wara l-konklużjoni tal-inkjesta fuq il-mewt ta’ Jean Paul Sofia, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid jekk jekk il-pożizzjoni ta’ dan l-individwu bħala chairperson tal-MCESD hijiex se tinżamm?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pozizzjoni ta’ Chairperson tal-MCESD ma għandha ebda konnessjoni mal-inkjesta li semma hu.
Paceville u San Ġiljan – Bouncers li jaħdmu illegalment
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16681 rigward kemm persuni nstabu jaħdmu illegalment bħala bouncers ġewwa Paceville u San Ġiljan, peress li fit-tweġiba ntqal li ‘ttieħdet l-azzjoni neċessarja dwarhom’, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu dawn l-azzjonijiet neċessarji? Jista’ jgħid ukoll jekk dawk li nstabu jaħdmu illegalment bħala bouncers kenux self-employed, jew kenux qed jaħdmu f’isem u għal kumpanija privata tal-bouncers meta kienu mwaqqfa? Jekk kienu jaħdmu ma’ u għal kumpanija tal-bouncers privata, jista’ jagħti lista ta’ fejn kienu dawn il-kumpaniji tal-bouncers li magħhom kienu jaħdmu u x’passi ħa fil-konfront ta’ dawn il-kumpaniji?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi rigward it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentati 16681, ittieħdet azzjoni kontra l-persuni li nstabu jaħdmu ta’ bouncers mingħajr il-licenzja meħtieġa. Erbgħa minnhom diġa tressqu l-qorti, erbgħa tneħħew minn dawn il-gżejjer, wieħed qiegħed fil-proċess li jitneħħa, filwaqt li ħarġu taħrikiet lill-erbatax -il persuna oħra li ħadmu ta’ bouncer mingħajr liċenzja meħtieġa. Tressaq il-Qorti l-bouncer li rriżulta li nstab kien self-employed. Waqt illi l-investigazzjonijiet qed ikomplu, nħarġu wkoll akkużi kontra d-direzzjoni tal-kumpanija li kienet qed tħaddem ‘bouncers’ fit-tnejn u għoxrin mill-erbgħa u għoxrin każ misjuba, kif ukoll kontra s-sid ta’ negozju li ħaddem wieħed mill-bouncers. Peress illi l-investigazzjonijiet għadhom għaddejja ma jkunx prudenti li tingħata informazzjoni dwar kumpanija/negozju li ħaddmu bouncers b’liċenzji mhux kif suppost, f’dan l-istadju.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16684, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsjija fl-intier tagħha u jagħti l-ismijiet tal-persuni li jiffurmaw il-Paceville Town Management Committee?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16086 u 16684. Ninfurmah ukoll li l-persuni ma humiex magħżula mill-Ministeru tat-Turiżmu iżda mill-entità responsabbli.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16684, jista’ l-Ministru jgħid min huwa ċ-chairperson tal-Paceville Town Management Committee? Fid-dawl li fl-istess tweġiba hemm referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16086 fejn intqal li ħadd mill-membri tal-bord ma jitħallas ħlief is-Segretarja tal-Kumitat, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan japplikax ukoll għaċ-chairman tal-istess bord? Jekk le, jista’ jgħid kemm qed jitħallas f’paga/allowance u perkaċċi oħra għax-xogħol li jagħmel bħala chairperson?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16086 fejn hemm spjegat min huma l-membri tal-Kumitat li jitħallsu, ninfurmah lic-Chairperson tal-istess Kumitat huwa is-Sur Philip Fenech.