Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tas-Sliema — Ticketing booths

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ticketing booths fix-Xatt Tas-Sliema li għandhom permess mill-Awtorità tal-Artijiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Membru għal-lista li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18492.

Anniversarji ta’ jiem nazzjonali

Question

Fid-dawl li l-Ministru ħabbar li se jsir kunċert biex jitfakkar il-45 sena minn Jum il-Ħelsien, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xi kunċerti speċjali oħra biex jiġu mfakkra s-60 sena tal-kisba tal-Indipendenza, il-50 sena mir-Repubblika u l-20 sena minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif diġà ġie spjegat diversi drabi pubblikament, dawn l-avvenimenti speċjali kollha se jiġu ċċelebrati kif xieraq.

Paceville Town Management Committee — Bord

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16684, 17738 u 18335, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet fl-intier tagħhom billi jagħti l-isem u l-kunjom tal-persuni tal-Paceville Town Management Committee li jinsabu fuq dan il-bord?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16684.

Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali — Individwu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18343 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux jaħdem mas-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali? Jekk le, jista’ jgħid meta spiċċa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-individwu msemmi għadu jaħdem mas-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali.

Kemmuna — Tindif

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18340, jista’ l-Minsitru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, li taħtu taqa’ r-responsabbiltà tal-indafa pubblika, jagħmilx tindif tal-Bajja ta’ Kemmuna? Jekk iva, jista’ jgħid kull meta u kemm persuni jagħmlu dan?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18340.

San Ġwann — Triq Bellavista – bus stop

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18345, fejn intqal li ser jitwaħħal bus stop pole permanenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bus shelter li kien hemm qabel bdew ix-xogħlijiet, hux se jerġa’ jitwaħħal mill-ġdid?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sakemm jitwaħħal bus stop pole permanenti ġdid, ġie nstallat wieħed temporanju fuq il-bus stop li jġib l-isem “Naspli” ġewwa Triq Bella Vista, f’San Ġwann, ġie nstallat wieħed temporanju.

San Ġwann — Triq Tas-Sliema - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jingħata t-tarmak fi Triq Tas-Sliema, San Ġwann peress li din tinsab one way, b’inkonvenjent kbir għal diversi residenti/turisti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li din il-ġimgħa qed isir tqaxxar tal-wiċċ tat-triq eżistenti u t-tisħiħ tal-pedament tat-triq bi tħejjija għas-saffi l-ġodda tal-asfalt. Dan l-ewwel saff ta’ asfalt huwa maħsub biex jitqiegħed fil-ġranet li ġejjin, b’hekk jingħata aċċess għat-traffiku u jonqos l-inkonvenjent.

FTZD – Kuntratt ta’ individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18336 fejn il-Ministru tkellem fuq il-proċedura dwar kif jinħatar l-Advisor tal-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi (FTZD), jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jagħti l-isem u l-kunjom tal-individwu li f’Novembru 2021 inħatar bħala advisor għal salarju ta’ €26,438? Jista’ jgħid ukoll kemm sigħat jaħdem u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għal din il-ħatra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li data personali ta’ persuni li jokkupaw karigi inqas mill-iskali ta’ management ma jingħatawx sabiex jitħaddem il-prinċipju tal-bilanċ bejn il-protezzjoni tad-data u l-interess pubbliku.

Alternative Learning Programme – Rwol ta’ Individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol u xi kwalifiki għandu bħala għalliem l-individwu li qiegħed jaħdem fi skola Alternative Learning Programme (ALP) u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu msemmi huwa ngaġġat bħala għalliem supplimentari u għal tali pożizzjoni għandu r-rekwiżiti neċessarji kollha.

Awtorità tal-Ipjannar — Policies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-policies tal-Awtorità tal-Ippjannar jissuperawx jew le f’każ li jkun hemm by-law f’dik iż-żona fejn tkun saret applikazzjoni? Jista’ jgħid f’każ ta’ kunflitt liema policy tirbaħ, jekk hux by-law jew policy tal-Awtorità?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi tirregola l-kunflitti fl-artiklu 52 tal-Kapitlu 552 tal-Liġijiet ta' Malta, filwaqt li l-artiklu 72(2) tal-istess kapitlu tal-liġi jgħid x'għandu jqis il-Bord tal-Ippjanar waqt id-determinazzjoni ta’ applikazzjoni għall-permess għall-iżvilupp. Għad li dawn id-dispożizzjonijiet ma jsemmux 'bye-laws' speċifikament, il-koeżistenza ta' liġijiet, policies, u l-bye-laws f'daqqa hija kwistjoni legali.

Qorti – Strong room — Oġġetti nieqsa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18338 fejn il-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17750, peress illi f’din it-tweġiba ma hemmx l-informazzjoni mitluba, jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kulma ġie nieqes mill-istrong room tal-Qorti ta’ Malta mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jagħti lista sħiħa ta’ dawn l-oġġetti li ġew nieqsa?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17750 u 18338.

Abbuż tal-kannabis sintetika

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18337, jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jieħu biex jara li ma titkompliex issir ħsara fiżika minħabba l-abbuż ta’ din is-sustanza sintetika?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Third Country Nationals — Applikazzjonijiet ta’ single work permit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet ta’ single work permit minn third country nationals (minbarra l-Ingilterra) mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm applikazzjonijiet miċħuda u x’kienu r-raġunijiet għal dan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni qed tinġabar.

Third Country Nationals — Talbiet għal riunifikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal riunifikazzjoni minn third country nationals fuq single permit mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm applikazzjonijiet miċħuda fl-istess żmien u x’kienu r-raġunijiet għal dan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni qed tinġabar.

Talbiet għal long term residency

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għandhom single work permit li ilhom mill-inqas ħames snin u talbu għal long term residency mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm talbiet li ġew miċħuda u għal liema raġunijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kien hemm 274 cards maħruġa fis-sena 2022, 366 fis-sena 2023 u 154 fis-sena 2024. Ukoll infurmat li kien hemm persuna rifjutata fis-sena 2023 u 10 fis-sena 2024.

Programm ‘I Belong’, Kors 1 u 2

Question

B’referenza għall-programm ‘I Belong’, kors 1 u 2, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u jagħti lista skont in-nazzjonalità tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Tas-Sliema u l-Gżira — Encroachments

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18249 dwar l-encroachments kollha li hemm f’Tas-Sliema u l-Gżira fejn intqal li “l-Awtorità tal-Artijiet mhijiex awtorizzata tippubblika dettalji ta’ operaturi privati”, jista’ l-Ministru jikkwota l-liġi, regola jew inkella policy li abbażi tagħha l-Awtorità mhix awtorizzata tippubblika lista ta’ siti fejn art pubblika qiegħda tispiċċa f’idejn il-privat?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18249 tirrigwarda l-pożizzjoni dwar dettalji ta’ operaturi privati. Madankollu qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif relatat għal dak mitlub fil-mistoqsija parlamentari 18249.

Awtorità tal-Ippjanar – Policy dwar encroachments

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy li għandha l-Awtorità tal-Ippjanar fuq l-encroachments u x’inhi l-proċedura li tintuża biex toħroġ encroachment? Jista’ jgħid ukoll jekk ikunx hemm tenders/avviżi fil-pubbliku għal dan?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ladarba qed jagħmel referenza għal policy tal-Awtorità tal-Ippjanar, jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Ippjanar.

San Ġwann – Triq Bellavista — stage

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-istage tal-linja fi Triq Bellavista ġewwa San Ġwann ser jerġa’ jitpoġġa lura peress li kien tneħħa biex ikunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet u issa dawn ix-xogħlijiet ilhom lesti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sakemm jitwaħħal bus stop pole permanenti ġdid fuq il-bus stop li jġib l-isem “Naspli” ġewwa Triq Bella Vista, f’San Ġwann, ġie nstallat wieħed temporanju. Il-bus stop permanenti ser jiġi nstallat fil-ġimgħat li ġejjin.