B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18627 dwar x’passi ser jittieħdu biex ma titkompliex issir ħsara fiżika minħabba l-abbuż tal-kannabis sintetika u fejn ġejt mitlub biex nirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat, jista’ għaldaqstant il-Ministru jgħid jekk id-Dipartment tas-Saħħa Pubblika u l-Health Promotion jaqax taħt il-Ministeru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhu r-remit tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika hu parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva. Id-direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa jifforma parti mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.
Ir-responsabilitijiet tad-Dipartiment għas-Saħħa Pubblika joħorġu mill-Att dwar is-Saħħa, Kapitlu 528 tal-Liġijiet ta’ Malta.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18495, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-warrant tal-għalliem li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex impjegata jew qed tagħmel xi xogħol ta' konsulenza tal-Ministru? Jekk iva, jista’ jgħid x'inhu s-salajru/l-ammonti li qiegħda titħallas?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-persuna msemmija hija mpjegata mal-Ministeru għall-Agrikoltura, s-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u li bħal issa tinsab fuq “Unpaid Leave” u li mhux qed tagħmel l-ebda xogħol ta’ Konsulenza mal-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk applikant li għamel talba biex jibda jirċievi xi tip ta’ assistenza, jistax jappella mid-deċiżjoni li tkun maħruġa mill-bord?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-dritt għall-appell minn deċiżjonijiet tad-Direttur tas-Sigurtà Soċjali jemanixxi mill-Artikolu 108 tal-Att dwar is-Sigutà Soċjali (Kap 318). Dan l-Artikolu jirregola d-dritt ta’ appell.
Tajjeb jingħad illi d-dritt ta’ appell minn deċiżjonijiet tal-bordijiet mediċi kien tneħħa fl-2004, u dan bis-saħħa ta’ emendi legali fl-Att permezz ta’ Bill II.2004.31.
Bis-saħħa ta’ dawn l-istess emendi, daħal is-subartikolu (ii) fl-Artikolu 108, fejn minflok appell kien iddaħħal id-dritt li wieħed jitlob revizjoni jew rikonsiderazzjoni minn bord mediku diversament kompost mill-ewwel bord li jkun ċaħad applikazzjoni għal xi benefiċċju b’element mediku.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħanut li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għandux permess ta’ encroachment? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-site plan ta’ din l-encroachment?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħanut li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għandux permess għal encroachment? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-site plan ta’ fejn għandu l-encroachment?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18492, jista’ l-Ministru mhux biss jipprovdi l-lista ta’ fejn hemm encroachments imma jagħti s-site plan tal-encroachment li jkun ma’ kull permess ta’ KULL min qiegħed fuq din il-lista?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18493, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy li għandha l-Awtorità tal-Ippjanar fuq l-encroachments u x’inhi l-proċedura li tintuża biex toħroġ encroachment? Jista’ jgħid ukoll jekk ikunx hemm tenders/avviżi fil-pubbliku għal dan?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar m’għandha l-ebda Policy fuq encroachments u dan għaliex l-Awtorità tal-Ippjanar ma toħroġx permessi għal encroachments imma toħroġ biss permessi għal użu tal-art. Għaldaqstant l-Awtorità m’għandha l-ebda proċeduri biex jinħarġu encrochments u m’hemm l-ebda tender u/jew avviżi fil-pubbliku f’dan ir-rigward.
Awtorità tal-Artijiet – kundizzjonijiet ta’ Encroachment permits
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed tieħu l-Awtorità tal-Artijiet biex tara li l-kundizzjonijiet li huma marbuta mal-encroachment permits ikunu osservati, fosthom li passaġġi pubbliċi jibqgħu aċċessibbli?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Il-konċessjonijiet ta' l-encroachments huma mmonitorjati b'mod regolari minn uffiċjali tal-Awtorità tal-Artijiet waqt spezzjonijiet perjodiċi. Għandu jiġi nnutat wkoll li l-konċessjonijiet jinħarġu fuq il-bażi ta’ permessi u liċenzja maħruġa minn awtoritajiet regolatorji oħra li għandhom poteri eżekuttivi ta’ infurzar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imħarrka persuni li nqabdu jħammġu jew iħallu skart barra mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma lokalità lokalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi minn 1 ta’ Jannar 2023 sad-19 ta’ April 2024 il-Pulizija u l-Uffiċjali tal-Komunita ħarrku ħames t’elef, sebgħa mija u sebgħa u tmenin (5787) persuna li nqabdu jħammġu jew iħallu skart barra. Il-Kontravenzjonijiet ġew maħruġa mid-diversi sezzjonijiet tal-korp, u tal-LESA, li jinkludu permezz ta' cameras. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' tobba magħżula għall-panel mediku mill-2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mituba minnhu dwar it-tobba fuq Medical Panel, bejn l-2013 sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din l-interpellanza hija kif tidher fit-tabelli li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Medical Board Members from December 2013 till present.xlsx
Severe disability assistance — Bord mediku magħżul
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċedura li biha jiġi magħżul bord mediku fil-każijiet ta' applikazzjoni għal ‘severe disability assistance’?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’żieda mat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 18866, ninformah li l-proċedura hija l-istess waħda li ilha tintuża għal għexieren ta’ snin minn amministrazzjonijiet diversi.
Jista' l- Ministru jgħid fuq liema kriteriji jintgħażlu t-tobba tal-panel mediku?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li dawn jintgħażlu skont l-artiklu 106 tal-Att dwar is-Sigurta Soċjali.
Hija l-intenzjoni ta’ dan il-Ministeru, illi fil-futur jagħmel sejħa pubblika għal ‘Expression of Interest,’ għal tobba illi jkunu jixtiequ jservu fuq il-panel mediku.
B’referenza għax-xogħlijiet li saru minn kuntrattur imqabbad mill-Enemalta fi Triq San Albert (upper), il-Gżira, tista’ l-Ministru tgħid meta se jitlestew dawn ix-xogħlijiet, peress li minkejja li l-Ministru qalet li se jitlestew fil-jiem li ġejjin, dawn għadhom ma tlestewx?
Response (DALLI, MIRIAM)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17739 għedt li x-xogħol fit-triq indikata mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin u hekk għadu mmirat li jsir.
Paceville, Tas-Sliema u l-Gżira — Spezzjonijiet mill-MTA dwar ġbir ta’ skart
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Enforcement Unit tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fuq entitajiet kummerċjali li għandhom liċenzja ta’ bars/restoranti u li huma obbligati li jkollhom kuntrattur privat tal-iskart f’Paceville, Tas-Sliema u l-Gżira, maqsuma lokalità lokalità, mill-bidu tas-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu taċċerta ruħha li kull stabbiliment li jissottometti applikazzjoni ġdida jkollu kuntratt ma’ kuntrattur privat li għandu liċenzja jiġbor l-iswill. Dan il-kuntratt jintalab ukoll meta jsiru spezzjonijiet fi stabbilimenti tal-ikel. Din is-sena l-uffiċjali tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu spezzjonaw 208-il stabbiliment f’Paceville, 214-il stabbiliment f’tas-Sliema u 139-il stabbiliment fil-Gżira.
Tas-Sliema, San Ġiljan, Paceville u l-Gżira — Amplified music - Permessi maħruġa mill-MTA
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-postijiet li nħarġilhom permess mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal amplified music f’entitajiet kummerċjali f’Tas-Sliema, San Ġiljan, Paceville u l-Gżira, maqsuma lokalità lokalità?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nfakkar lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu mhijiex l-entita’ kompetenti li toħroġ permessi ta’ amplified music fuq barra ta’ entitajiet kummerċjali, ninfurmah li hemm 38 stabbiliment illi għandhom permess ta’ amplified music fuq ġewwa fil-lokalitajiet imsemmija.
Tas-Sliema, il-Gżira u San Ġiljan — Rapporti dwar Noise pollution
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti dwar noise pollution minħabba amplified music f’Tas-Sliema, il-Gżira u San Ġiljan mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni ġew imħarrka u mressqa l-Qorti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2023 u t-18 ta’ April 2024 daħlu ħamsa u għoxrin (25) rapport dwar ‘noise pollution’ minħabba amplified music mal-pulizija f’Tas-Sliema, il-Gżira u San Ġiljan. In-numru ta’ persuni li ġew imħarrka u mressqa l-Qorti wara dawn ir-rapporti kien ta’ seba’ u tletin (37).
Paceville, San Ġiljan, Tas-Sliema u l-Gżira – Spezzjonijiet mill-MTA dwar Amplified music
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Enforcement Unit fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) dwar amplified music minn stabbilimenti f’Paceville, San Ġiljan, Tas-Sliema u l-Gżira, mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma lokalità lokalità?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MTA mhix l-Awtorità kompetenti li tirregola u tinforza l-inkonvenjent ta’ storbju, il-liġi konċernata tirrikjedi illi stabbiliment ikollu liċenzja biex idoqq mużika amplifikata internament wara l-ħdax ta’ filgħaxija. L-uffiċjali tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu spezzjonaw 33-il stabbiliment fis-sena 2023 u 12-il stabbiliment fis-sena 2024 fil-lokalitajiet hawn imsemmija.