Fid-dawl li fil-Baġit ta’ din is-sena ser titnieda skema ‘Għajnuna soċjali medika’ (Paġna 31), jista’ l-Ministru jgħid x’ser ikunu l-kriterji għal din l-iskema? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-iskop ta’ skema differenti, jekk ser tkun l-istess bħall-iskema li jieħdu l-pensjoni tal-invalidità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema tal-Għajnuna Soċjali hija differenti mill-ħlas tal-Pensjoni għall-Invalidità. Tajjeb wieħed jinnota illi l-Għajnuna Soċjali taqa’ taħt il-pilastru tal-benefiċċji mhux kontributorji u l-Pensjoni tal-Invalidità taqa’ taħt il-benefiċċji kontributorji. L-iskema tal-Għajuna Soċjali ser tkun qiegħda tiġi riformata sabiex fejn il-kap tal-familja jkun ibati minn mard serju, jiġi mgħejjun finanzjarjament fis-sens illi jitħallas €5.00 aktar fil-ġimgħa fuq kull membru tal-familja flimkien mat-€8.15 ħlas fil-ġimgħa lil kull membru tal-familja.
Persuni dipendenti fuq id-droga li għamlu programm ta’ rijablitazzjoni b’suċċess
Question
B’referenza għallmiżura fil-Baġit ta’ din is-sena li l-persuni dipendenti fuq id-droga u li għamlu programm ta’ rijablitazzjoni b’suċċess u jsibu xogħol fiss, ser ikollhom sentejn ta’ kontribuzzjonijiet (NI) akkreditati, jista’ l-Ministru jgħid x’qed ifisser b’xogħol fiss?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sentejn kontribuzzjonijiet akkreditati jingħataw jekk il-persuna jaħdem għal mill-inqas sentejn minn mindu jkun spiċċa l-programm ta’ rijabilitazzjoni b’suċċess.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-RfP li kien inħareġ minn Transport Malta biex tiġi privatizzata dik li llum tissejjaħ Gardens Yacht Marina f’Ta’ Xbiex? Jista’ jqiegħed ukoll kopja tal-ftehim mal-operaturi privati li ngħataw din il-konċessjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ta’ Xbiex — Capitanaire ta’ Gardens Yacht Marina - PA00680/22
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min applika għall-permess PA00680/22 fuq il-bini tal-Capitanaire ta’ Gardens Yacht Marina f’Ta’ Xbiex? Min ħallas għall-permess u għas-servizzi konnessi mal-ħruġ tiegħu, inkluż dawk tal-arkitett u tal-istudju neċessarji? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-invoices kollha konnessi u l-kopji tal-pagamenti kollha li saru?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għall-permess PA00680/22 maħruġ f’isem Transport Malta (TM), jista’ l-Ministru jgħid min qed jesegwixxi x-xogħol konness u min se jħallas għalih? Jista’ jgħid ukoll kemm hu stmat li se jiswa dan ix-xogħol u għaliex TM qed tidher għal dawn ix-xogħlijiet li jinkludi restaurant li se jintuża minn individwi privati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex Transport Malta tat il-kunsens tagħha sabiex jibdew ix-xogħlijiet ta’ żvilupp fuq il-permess PA00680/22 f’isimha waqt li għadu taħt appell?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn min għandu liċenzja tal-insib speċjali awtorizzat għad-deroga tal-għana u kemm hawn min għandu liċenzja speċjali għad-deroga tal-insib tal-pluviera u l-malvizz?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sad-data tat-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari (29/10/2024), inħarġu total ta' 3,171 liċenzja għar-riċerka fuq l-għasafar tal-għana, u total ta' 1,381 għall-insib tal-Pluviera u l-Malvizz. Persuna li għandha ż-żewġ tipi ta' liċenzji tkun inkluża f'kull kategorija separatament. Applikazzjonijiet milqugħa skont tard kif titlob il-liġi, jistgħu jbiddlu t-totali msemmija hawn fuq.
MICAS — Mużew tal-Arti Kontemporanja - Ftuħ ta’ esebizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallset il-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) lill-artist barrani għal ftuħ ta’ esebizzjoni tal-Mużew tal-Arti Kontemporanja?
B’referenza għall-Istanbul Convention ta’ 2012 li kien ratifikat fl-2014 u fejn Malta hija firmatarja tiegħu, fejn hemm imniżżel li f’każ ta’ vjolenza domestika huwa l-ġeneru maskili li għandu jinħareġ mid-dar tal-koppja u diversi drabi dan mhuwiex il-każ, jista’ l-Ministru jgħid għaliex dan ma jseħħx?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B’referenza għall-Istanbul Convention ta’ 2012 li kien ratifikat fl-2014 u fejn Malta hija firmatarja tiegħu, fejn hemm imniżżel li f’każ ta’ vjolenza domestika huwa l-ġeneru maskili li għandu jinħareġ mid-dar tal-koppja u diversi drabi dan mhuwiex il-każ, jista’ l-Ministru jgħid għaliex dan ma jseħħx?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Baħar iċ-Ċagħaq — Triq il-Kosta - Storbju ta’ karozzi/muturi
Question
B’refereza għal diversi ilmenti ta’ storbju fi Triq il-Kosta, f’Baħar iċ-Ċagħaq minn numru ta’ karozzi/muturi, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm sound barriers biex iħarsu lir-residenti minn storbju kontinwu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2021 l-85th Percentile Speed fi Triq il-Kosta Baħar iċ-Ċagħaq kien ta’ 88km/h northbound u southbound kien 84km/h għall-karozzi tal-passiġġieri, u 109km/h għall-muturi.
Fl-istess sena fl-2021, id-Day-Eve-Night Noise Indicators (Lden) maħruġa mill-Environmental Resources Authority juru lil kien hemm xi residenzi biswit Triq il-Kosta fejn tali 24-hours-Annual-Average kien ta’ 60-64dB. Kif ukoll in-Nighttime-Annual-Average (Lnight) kien ta’ 60-64dB.
Sussegwentament ġew installati speed cameras addizjonali fi Triq il-Kosta għal Posted Speed Limit ta’ 60km/h.
F’Diċembru tas-sena 2023 Transport Malta għamlet speed survey iehor fein l-85th Percentile Speed ta’ Triq il-Kosta kien ta’ 61km/h northbound u 64km/h southbound
Dan it-tnaqqis tal-85th Percentile Speed ifisser li sar tnaqqis fil-ħsejjes mill-vetturi w muturi ta’ madwar 40% li jikkorrispondi sa massimu ta’ tnaqqis ta’ 5dB.
Ħsejjes li jirriżultaw minn vetturi w muturi b’sewqan eċċessiv ikunu minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku tal-Posted Speed Limit u jkunu suġġetti għall-miżuri t’infurzar kif applikabbli.
B’referenza għall-pump room li tinsab fi Triq Rue D'Argens, il-Gżira, faċċata tal-Empire Stadium, tista’ l-Ministru tgħid jekk din għadhiex taħdem peress li l-madwar tagħha jinsab fi stat ta’ abbandun?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pump room li qed jirreferi għaliha għadha topera u hija waħda mill-iktar Pumping Stations kritiċi fir-Reġjun. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, permezz ta' konsultazzjoni mal-awtoritajiet konċernati, għandha fil-pjanijiet tagħha t-twettiq ta' proġett ta' tisħiħ u riġenerazzjoni tas-sit.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni dwar id-Double Pension Act tal-1979? Fid-dawl li hemm min għandu pensjoni privata u ħallas ukoll għall-ogħla bolla, jista’ l-Ministru jgħid għaliex qegħdin jirċievu pensjoni baxxa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant, lil hinn mill-fatt li l-Att speċifiku msemmi minnu ma jeżistix, sabiex jipprovdi d-dettalji tal-persuni li qed jirreferi għalihom sabiex nivverifikaw il-każi individwalment.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn talbiet għal adozzjoni ta’ tfal sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiż wieħed jista’ jibda l-proċess tal-adozzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nħarġu u ser jagħlqu t-tenders tal-prodotti mediċinali li hemm ‘out of stock’ u meta huwa kkalkulat li se jaslu Malta jiġifieri kemm se jdumu ‘out of stock’? Sa meta se jwassal l-istock preżenti tal-mediċini u prodotti oħra li jaqgħu fl-iskema tal-POYC u li mhumiex out of stock, biex jinqdew it-talbiet tal-klijenti u l-pazjenti?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jagħtix garanzija li l-mediċini fil-lista tal-POYC mhux ħa jkunu ‘out of stock’? Jista’ jgħid ukoll jekk il-proċess biex dawn ma jkunux ‘out of stock’ jiġifieri li tasal il-konsenja Malta qabel ma jispiċċaw?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern hu impenjat li jara li l-mediċini ma jkunux out-of-stock. Tant hu hekk li s-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) u l-Medicines Authority qegħdin ikunu proattivi sabiex kemm jista’ jkun dan il-għan jintlaħaq għall-ġid tal-pazjant.
Madankollu, wieħed irid iżomm f’rasu li għadhom jinħassu l-effetti tal-iskarsezza ta’ mediċini l-aktar imħabba problemi ta’ manifattura u ta’ loġistika li jista’ jwassal biex ċerti kunsinji jaslu lokalment.
Infakkar lill-Onor. Interpellant, li anke fil-laqgħa riċenti mal-Ministru għas-Saħħa Ċiprijot, Michael Damianos, wieħed mis-suġġetti trattati kien li naħdmu kif ser ngħelbu l-isfidi komuni li ż-żewġ pajjiżi jesperjenzaw bħala pajjiżi żgħar fl-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aċċess għall-mediċini. Qbilna li nkomplu naħdmu flimkien ma’ pajjiżi oħra speċjalment dawk żgħar fi ħdan l-UE, sabiex infittxu soluzzjonijiet għal xiri ta’ mediċini innovattivi u mediċini li huma meħtieġa f’ammonti żgħar biex b’hekk permezz ta’ din il-kollaborazzjoni jibbenefikaw il-pazjenti.
Noise Directive 2002/49/EC u Noise Action Plan 2019 — 2024
Question
B’referenza għan-Noise Directive 2002/49/EC u b’referenza għan-Noise Action Plan 2019 - 2024, tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ dak li sar s’issa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tipprepara mapep tal-istorbju għas-sorsi regolati minn din id-Direttiva, li huma t-traffiku mit-toroq, l-avjazzjoni u l-industrija ta’ ċertu kobor. Dawn isiru kull ħames snin kif rikjest mid-Direttiva nnifisha. L-aħħar mapep ġew żviluppati għas-sena bażi 2021, irrappurtati lill-Unjoni Ewropea u disponibbli fuq il-websajt minn din il-ħolqa https://era.org.mt/topic/noise-maps/
Fir-rigward tan-Noise Action Plan, dan jistipula l-viżjoni ta’ kif Malta bi ħsiebha tnaqqas il-livelli tal-istorbju minn dawn is-sorsi, u tippreserva l-livelli fejn huma kunsidrati tajbin. Il-lokalitajiet li jeħtieg li jiġu prijoritizzati qed jiġu identifikati filwaqt li l-miżuri inklużi f’dan il-pjan qed jiġu wkoll studjati permezz ta’ ‘Cost Benefit Analysis’. Dan qed isir biex nassiguraw li l-miżuri li jiġu implimentati jrendu benefiċċju mill-investiment filwaqt li jnaqqsu l-livelli tal-ħsejjes. Apparti minn hekk, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-pjan, l-ERA ħadmet ukoll fuq eżerċizzju biex tivvalida l-mapep tal-ħoss u tikkalibra l-mudell li jintuża biex jiġu kalkulatti l-livelli tal-ħoss.
B’referenza għall-Istanbul Convention ta’ 2012 li kien ratifikat fl-2014 u fejn Malta hija firmatarja tiegħu, fejn hemm imniżżel li f’każ ta’ vjolenza domestika huwa l-ġeneru maskili li għandu jinħareġ mid-dar tal-koppja u diversi drabi dan mhuwiex il-każ, jista’ l-Ministru jgħid għaliex dan ma jseħħx?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Vjolenza Domestika tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS m’għandu l-ebda awtorità sabiex joħroġ lill-allegati aggressuri mir-residenza fejn jabitaw. Dan billi s-servizzi ma jagħmilx, u ma għandux r-rwol ta’ infurzar tal-liġi imma ta’ assistenza soċjali.