Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin fuq ir-relief illum? Minn liema pajjiż huma?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li numru ta’ barranin li qed jirċievu xi tip ta’ Għajnuna Soċjali, mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, hu ta’ 79.
Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tal-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal taħt care order illum u għaliex?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li bħalissa hawn 243 tifel u tifla taħt Ordni għall-Ħarsien. Ir-raġunijiet għaliex joħorġu dawn l-Ordnijiet jinkludu traskuraġni, abbuż sesswali, fiżiku jew psikoloġiku. Minuri mhux akkumpanjati li jidħlu Malta irregolarmanet ukoll jiġu koperti b’Ordni għall-Ħarsien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq vejikoli kummerċjali (VRT) din is-sena? Kemm mill-vetturi m'għaddewx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' testijiet fuq vejikoli kummerċjali (VRT) bejn Jannar u Awwissu ta' din is-sena kien ta' 17,813. Minn dawn, 2090 m'għaddewx. Minn dawk li m'għaddewx, 1816 reġgħu qagħdu għat-test, u 4 m'għaddewx.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-Qorti din is-sena talli ħaddmu persuni bla permess? Kemm weħlu f'kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Awwissu, 2008, tressqu 214 każ quddiem il-Qorti kontra persuni li ħaddmu nies bla permess. Minn dawn, 182 instabu ħatja jew ammettew qabel beda s-smiegħ tal-kawża, 10 ġew irtirati u 22 ġew liberati.
Ninsab infurmat ukoll li tħallsu € 12,843 f’multi lill-Qorti u €10,035 f’multi amministrattivi lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu anzjani l-Qorti din is-sena u għaliex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sa l-aħħar ta' Lulju ta' din is-sena kien hemm 274 persuna anzjana, ċioe' ta' 'l fuq minn 60 sena, li ttellgħu l-Qorti mill-Pulizija fuq diversi reati kriminali, fosthom reati kontemplati fil-Kodiċi Kriminali; fir-Regolamenti tat-traffiku; fir-Regolamenti dwar it-tipjip; u fir-Regolamenti dwar liċenzji tan-Negozju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jiksru l-liġi dwar il-kaċċa u l-insib din is-sena? X'kien ir-reat?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sa l-aħħar ta' Lulju, tressqu l-Qorti 173 persuna bi ksur tar-Regolamenti dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ :- ir-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni ta' l-Għasafar Selvaġġi u l-Att dwar l-Armi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li żaru il-Mużew tal-Pulizija din is-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li numru kbir ta' persuni, inkluż tfal ta' l-iskola, izuru il-Mużew tal-Pulizija matul is-sena iżda, li ma tinżammx statistika dwar in-numru ta' viżitaturi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq każi relatati mad-droga din is-sena? Kemm inqabdet droga din is-sena u x'tip kienet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra 171 persuna fuq akkużi relatati ma’ droga. Rigward it-tieni parti tad-domanda, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 2023.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn nisa impjegati maċ-ċivil illum u xi grad għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi hemm 11,713 impjegati nisa fis-Servizz Pubbliku.
Informazzjoni dwar il-gradi tagħhom u kemm hemm persuni f’kull grad tinstab fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' persuni barranin li għamlu użu minn xi servizz tas-saħħa din is-sena? X'kien is-servizz offrut?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
M’huwiex eskluż li l-istess persuna setgħat għamlet użu ta’ xi servizz aktar minn darba. Il-figuri mogħtija fit-Tabella li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra jirreferu għan-numru ta’ episodji u mhux għal persuni.
Jista' l-Prim Ministru jelenka liema huma dawk il-kunsilli lokali li għandhom twinning agreement ma' kunsilli oħra u ma' fejn ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi li juru: (a) dawk il-Kunsilli li għandhom ġemellaġi u (b) dawk il-Kunsilli li għandhom l-approvazzjoni biex jagħmlu ġemellaġġ imma s’issa għadhom ma ffirmawx tali ġemellaġġ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li għandhom surplus illum u kemm? Kemm min-naħa l-oħra għandhom dejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pożizzjoni finanzjarja uffiċjali ta’ kull Kunsill Lokali hi indikata fl-Annual Audited Accounts. L-aħħar Audited Accounts ikopru sal-31 ta’ Marzu 2007 (peress li dawk li jkopru sal-31 ta’ Marzu 2008 għadhom m’humiex finalizzati).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi: waħda li turi dawk il-Kunsilli li kellhom bilanċ pożittiv fil-working capital tagħhom (58 Kunsill) – Lista A; u l-oħra li turi dawk il-Kunsilli li kellhom żbilanċ fil-working capital tagħhom (10 Kunsilli) – Lista B.