L-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek — mediċini out of stock
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn mediċini out of stock illum? X'tip huma? Kemm minn dawn huma out of stock fl-ispiżeriji li huma parti mill-iskema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek?
l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek — Spiżeriji li m'għadhomx fl-iskema
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx spiżeriji li daħlu fl-iskema tal-l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek u li m'għadhomx fl-iskema? Jekk iva, f'liema lokalitajiet huma? Jista' jgħid ukoll kemm hawn persuni li qalbu mill-ispiżerija li għażlu oriġinarjament għal xi oħra?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti u x'weħlu fuq każi ta' moħqrija fuq annimali din is-sena? X'kien ir-reat u l-annimal involut?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul sitt xhur ta' din is-sena il-Pulizija ressqet 5 persuni quddiem il-Qorti fuq akkużi ta' moħrija fuq annimali, liema annimali kienu jinkludi 2 klieb, għasfur, qattus u żiemel. Infurmat ukoll dawn il-każijiet għadhom pendenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq community service illum? Kemm kien hawn minn mindu ddaħħlet din is-sistema?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi minn meta ddaħlet is-sistema ingħataw 38 Ordni ta' Xogħol fil-Komunita' b'total ta' 4,110 siegħa. Minn dawn it-38 Ordni, 13-il Ordni huma atttivi.
Ħlas ta' dazju fuq karozzi ta' persuni li jgħixu barra minn Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni Maltin li jkunu jigħixu barra minn Malta għal madwar 40 sena jistgħux iġibu karozza magħhom bla ħlasijiet ta' dazju? Jekk le, x'tip ta' dazju jew taxxa jridu jħallsu aktar u aktar meta l-karozza li jkunu se jniżżlu magħhom tkun ilha reġistrata fuqhom barra minn Malta għal aktar minn 8 snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi sakemm il-karozza tkun ilha reġistrata f’ismu u jkun ilu jużaha barra minn Malta għal aktar minn sentejn qabel it-tibdil fir-residenza, ikun eżentat mill-ħlas ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni. Din l-eżenzjoni għandha tapplika għal mhux aktar minn vettura waħda li tkun tappartjeni lill-persuna li tkun qiegħda titrasferixxi r-residenza tagħha.
Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — domestic kennels
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi il-policy tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp dwar domestic kennels għal klieb fuq bjut? Dawn iridu xi permess speċjali? Jekk iva, x'tip ta' kennels huma permessi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tirregola żvilupp fuq il-bjut skond il-policies hekk kif elenkati fid-dokument "Policy and Design Guidance 2007" - li fosthom hemm użu ta' washrooms, kmamar għall-abitazzjoni u strutturi oħra skond il-qisien rispettivi.
Ma teżistix
policy
speċifika fuq
'domestic kennel'
għalkemm mhux eskluż li jista’ jsir użu ta’ dawn il-kmamar biex jinżammu annimali domestiċi fuq il-bjut basta jkunu konformi mar-regolamenti tad-Dipartiment tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kellha titlaq mill-armata minħabba l-eta' u li issa qed taħdem mad-detention service għall-immigranti illegali, tistax tibqa' taħdem mas-servizz ta' detenzjoni wara li din tkun għalqet il-61 sena biex tkun tista' tikkwalifika għall-pensjoni tas-servizz?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu msemmi diga' qed jirċievi penzjoni mit-Teżor u ilu jagħmel hekk mill-2006. Għaldaqstant l-ebda benefiċċju ieħor relatat mal-penzjoni tas-servizz ma jista jiġi mgħoti mid-Diviżjoni tat-Teżor.
Rigward l-aħħar parti tal-mistqosija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu immigranti illegali din is-sena? Kemm kienet in-nefqa tal-Gvern fuqhom is-sena l-oħra? Jista' jgħid fejn qed jinżammu u jekk il-Gvern għandux pjanijiet biex ikabbar jew iżid in-numru ta' akkomodazzjoni għalihom? Jekk iva, fejn se jsir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Settembru daħlu 2,522 immigranti illegali din is-sena.
Hu stmat li l-ispiża rikorrenti kollha tal-Gvern sa l-aħħar tas-sena 2007 f’dan il-qasam laħqet is-somma ta’ € 12,956,802. Meta jiġu inklużi l-ispejjeż kapitali, li kienu jammonataw għal € 1,357,189, l-ispiża kollha tlaħħaq is-somma ta’ € 14,313,991.
L-immigranti irregolari jinżammu fi tliet Ċentri ta’ Detenzjoni, ċioè:
Il-Barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Ħal Safi;
Il-Barracks tal-FAM, Lyster (Ħal Far);
Iċ-Ċentru tal-Akkoljenza fil-kumpless tal-Pulizija f’Ta’ Kandja.
S’issa m’hemmx il-ħsieb li jinfetħu aktar Ċentri ta’ Detenzjoni.
Minkejja l-isfidi qawwija li l-awtoritajiet iffaċċjaw f’dan il-qasam is-sena l-oħra, saret ħidma mingħajr waqfien ta’ manutenzjoni u titjib fiċ-ċentri tal-akkoljenza tad-detenzjoni u tlesta blokk ġdid f’Ta’ Kandja, li għandu jikkumplimenta dak eżistenti. Hu maħsub li, b’hekk, il-Gvern ikun f’pożizzjoni li jaffronta l-influss ta’ immigranti li jaslu kull sena. Madankollu l-Gvern huwa kommess li jżomm ċentri ta’ detenzjoni fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli fiċ-ċirkostanzi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni u/jew ażjendi kummerċjali li għandhom kontijiet pendenti mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u/jew l-Enemalta din is-sena? Din is-sena kemm kien in-numru ta' familji u ażjendi li kellhom is-servizz ta' l-ilma u d-dawl maqtugħ minħabba li waqgħu lura fil-ħlasijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat l-ammont ta’ persuni u ażjendi kummerċjali li għandhom kontijiet pendenti mal-WSC u l-Enemalta huwa ta’ 211,801 sal-31 ta’ Marzu 2008. Globalment minn Jannar sa Settembru 2008 in-numru ta' familji u azjendi li kellhom is-servizz ta' l-ilma u d-dawl maqtugħ minħabba li waqgħu lura fil-ħlasijiet huwa ta’ 27 servizz ta’ l-ilma għal użu domestiku u 1,383 servizz tad-dawl li 1,178 minnhom kienu domestiċi filwaqt li 205 kienu kummerċjali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jirregolarizza l-pożizzjoni tal-bini llegali fl-Armier? Jekk iva, x'arranġamenti se jsiru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern talab il-veduti tal-MEPA dwar il-kompatabiltà ta’ l-applikazzjoni pendenti fuq is-sit mal-policies li jirregolaw id-deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu ċittazzjonijiet mill-gwardjani lokali din is-sena u għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi ċ-ċitazzjonijiet kollha li saru minn April sa Ġunju 2008. F’din it-tabella hemm ukoll il-lokalità li fiha saru u dwar x’hiex ħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet.
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għar-rigward ix-xhur Jannar – Marzu 2008, l-informazzjoni ngħatat fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 263.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' mard venerju sena b'sena tul dawn l-aħħar 5 snin? X'tip kien u kemm minn dawk infettati kellhom anqas minn 16-il sena?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm weġġgħu persuni f'kolliżjonijiet tat-traffiku din is-sena? Kemm minn dawn weġġgħu gravament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel seba' xhur ta' din is-sena, il-pulizija rċeviet rapportati li kienu weġgħu 692 persuna f'inċidenti tat-traffiku. Minn dawn, 145 sofrew feriti gravi..
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' cancer rrappurtati sena b'sena tul dawn l-aħħar 5 snin? X'tip kienu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li kien hawn total ta' 6,892-il każ ta' cancer irrapurtati bejn Jannar 2002 u Diċembru 2006. Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Informat ukoll li l-informazzjoni għas-sena 2007 għada qed tinġabar peress li tinvolvi ħafna xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jiswa lill-Gvern kull immigrant illegali u kull ħabsi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li, fuq stima approssimattiva, ġie smat a bażi tan-nefqa rikorrenti li immigrant miżmum f'detenzjoni fis-sena 2007 ġie jiswa lill-Gvern Malti medja ta' €18.29 (Lm7.85) kull jum, filwaqt li dik ta' ħabsi tammonta għal madwar €50.52 (Lm21.69) kull jum.