Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li jifformaw parti mill-Gvern lokali jiġifieri sindki, kunsilliera, segretarji jew impjegati ta' kunsilli li sar reat fuqhom kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Minn liema lokalità huma? X'reat twettaq fuqhom? Kemm ġew solvuti każi? X'weħlu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tobba li ġew aggrediti din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li matul l-2008 kien hemm 8 incidenti ta’ tobba ġew aggrediti:
§ 3 fl-Isptar Mater Dei
§ 1 fic-Centru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid
§ 4 fl-Isptar Monte Carmeli *
Sal-aħħar ta’ Ġunju 2009 kiem hemm 7 incidenti:
§ 2 fl-Isptar Mater Dei
§ 1 fic-Centru tas-Saħħa tal-Gżira
§ 2 fic-Centru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi
§ 2 fl-Isptar Monte Carmeli *
* Fi 2 mill każijiet li ġraw fl-2008 u każ ieħor li ġara fl-2009 fl-Isptar Monte Carmeli kien involut l-istess tabib.
Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew imwiet traġiċi din is-sena? Fejn saru? X'tip kienu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom traġikament matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien kif ġej:
Kawża tal-Mewt
Numru ta’ Persuni
Lokalita'
Omiċidju
2
San Pawl il-Baħar; Bormla
Inċidenti tat-traffiku
5
Lija; Mosta; Naxxar; Żabbar; Pieta’
Suwiċidju
19
Kirkop; Tarxien; Valletta (2); Żejtun; Rabat; Bormla; Xgħajra; M’Xlokk (2); Kerċem; B’Kara; M’Scala; Zabbar; Għaxaq; Ħal Far, Attard; B’Bugia; Għargħur
Overdose
1
San Ġwann
Inċidenti fatali oħrajn
14
Ħaż-Żebbuġ; Rabat; Victoria; Chadwick Lakes; Floriana; Valletta; Nadur; Għargħur; Siġġiewi; Attard; Ċirkewwa; Għarb; Sliema; Għadira
Ċirkostanza għadha mhix determinata
1
Għar Ħasan
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni rapportati nieqsa llum? Kemm ilhom? Kemm ġew rapportati din is-sena? Kemm instabu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 88 persuna rrappurtati nieqsa. L-aktar każ antik imur lura sas-7 ta’ Frar 1970. Infurmat ukoll illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien hemm 183 persuna li ġew irrappurtati nieqsa, li 170 minnhom ġew rintraċċati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn probation officers illum? Kemm-il każ għandhom taħt idejhom kull wieħed?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Membru illi fil-preżent hemm 2 Senior Probation Officers u 10 Probation Officers. Ninsab infurmat illi fil-każ tas-Senior Probation Officers in-numru ta' każijiet li għandhom huwa ta' 26 u 34 rispettivament u fil-każ tal-Probation Officers huwa ta' 51, 51, 54, 56, 67, 61, 51, 51, 49 u 78 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni taħt care order tal-Appoġġ illum u għaliex?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta’ Care Orders bħalissa maħruga mill-Ministru responsabli tal-Politika Soċjali huwa ta’ 260. 45 minn dawn huma ‘unaccompanied minors’. Ir-raġunijiet li jinħargu l-Care Orders huma diversi fosthom lill-ġenituri jkollhom problema serja tad-drogi, jew saħħa mentali, jew traskuraġni severa fuq il-minuri, jew abbuż fiżiku fuq il-minuri u jew abbuż seswali fuq il-minuri. Jista’ jagħti l-każ li jkun hemm aktar minn abbuż wieħed fuq il-minuri kkonċernati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu l-qorti din is-sena persuni fuq każi konnessi fuq frodi u x'weħel kull wieħed?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 90 persuna fuq akkużi relatati ma frodi. Minn dawn 16 kellhom il-każ tagħhom deċiż u s-sentenzi mogħtija kienu jinkludu piena karċerarja, multa, sentenzi sospiżi u liberta kondizzjonata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk insterqux affarijiet mill-Qorti din is-sena? Jekk iva, x'insteraq?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kienu rrapurtati lill-Pulizija żewġ każi ta’ serq mill-Qorti. Wieħed kien jirrigwardja serq ta’ mobile phone u ieħor serq ta’ wallet. L-oġġetti rrapurtati misruqa kienu proprjeta' privata ta’ persuni waqt li kienu fil-bini tal-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm laħqu tobba kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawn għadhom Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li t-tobba li jiggradwaw ma jiġux impjegati kollha mad-Divizjoni tas-Saħħa, mhuxiew possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn infermiera llum? Kemm minn dawn huma barranin? Fejn qed jaħdmu? Kemm hu maħsub li hawn persuni li għandhom kwalifiki ta' infermiera li m'humiex jaħdmu fuq xogħol relatat mal-kwalifiki tagħhom?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni impjegati mal-Gvern illum? Xi grad għandhom u fejn qed jaħdmu? Kif jikkompara dan in-numru ma' għaxar snin u ħames snin ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena kien hemm 28,829 persuna impjegata mas-Servizz Pubbliku.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi l-gradi u l-Ministeri ta’ fejn jinsabu dawn l-impjegati.
Id-dettalji ta’ kif jikkompara dan it-total ma’ dak ta’ għaxar u ħames snin ilu huma kif jidhru hawn taħt:
l-aħħar ta’ Ġunju 1999
l-aħħar ta’ Ġunju 2004
l-aħħar ta’ Ġunju 2009
31,086
30,506
28,829
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li qed tidher separatament li ngħatawlha xi arretrati mis-servizzi soċjali dovuti lilha sa mis-sena 2004 u żammewlha taxxa fuqhom meta din qatt ma ħallset taxxa billi d-dħul tagħha dejjem kien baxx? Jista' jara li dak li żammewlha jingħatalha lura?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni liċenzjati biex isuqu vejikoli tal-mutur illum? X'età, sess u x'tip ta' liċenzja għandhom kull wieħed?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor Interpellant jifhem li d-domanda tiegħu tinvolvi ħafna riċerka li tiswa l-flus u ħin. Konsegwentament inkun grat jekk jispjegali l-għan tad-domanda biex inkun nista nevalwa jekk l-eżerċizzju hux ġustifikat.