Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #10105 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jirreġistraw għax-xogħol illum? Minn liema lokalità huma? Jista' jagħti breakdown ta' kemm ilhom bla xogħol u minn liema lokalità huma?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10068 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Serq mill-proprjetà tal-Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk insterqux xi affarijiet/proprjetà tal-armata din is-sena? Jekk iva, x'insteraq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li sal-14 tal-Lulju 2009 ma ġewx irrapurtati każijiet ta’ serq ta’ affarijiet jew proprjetà tal-armata f’din is-sena.

School girl's mother unit — persuni li attendew

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li attendew l-ischool girl’s mothers unit kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? X’età kellhom? X’tip ta’ edukazzjoni kienu qed jirċievu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta persuni li attendew l-iSchool Girls Mothers’ Unit , magħruf bħala Unit Għożża f’dawn l-aħħar għaxar snin kien kif ġej: 1999 – 46 2000 – 56 2001 – 66 2002 – 66 2003 – 66 2004 – 89 2005 – 65 2006 – 84 2007 – 83 2008 – 73 2009 – 27 (sal-aħħar ta’ Ġunju) L-età ta’ dawn il-persuni li attendew il-programm f’Unit Għożża kienet bejn it-tlettax-il sena u l-għoxrin sena. Il-programm għat-tfajliet tqal huwa bbażat fuq sessjonijiet ta’ żvilupp personali, sessjonijiet edukattivi u suġġetti informattivi li jittrattaw fuq tqala, l-istat ta’ min hu omm u suġġetti li huma dwar aspetti legali u soċjali li huma marbuta ma’ din is-sitwazzjoni. Persuni minn diversi entitajiet u aġenziji jiġu mistiedna biex jagħtu s-sehem tagħhom f’dawn is-sessjonijiet. Dawn jinkludu: · It-Team tal-Qwiebel ta’ Mater Dei · Sedqa · Id-Dipartiment tal-Konsumatur · Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali · Ir-Reġistru Pubbliku · Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa · Il-Klinika tat-Tilqim · Id-Dipartiment ta’ Speech-Language · ETC
Leg 11 PQ #10095 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Single unmarried mothers — tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn single unmarried mothers illum? Kemm għandhom tfal kull waħda? Minn liema lokalità huma?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #10096 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li qed jikkoabitaw — servizzi soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux qed jaħseb biex jirregola lil dawk il-persuni li qed jikkoabitaw? Jista' jgħid kemm inqabdu persuni s-sena l-oħra u din is-sena li kienu fuq xi servizzi soċjali u li din tneħħitilhom għax inqabdu minn spetturi tad-dipartiment li fil-fatt kienu qed jikkoabitaw?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-każijiet ta’ Għajnuna Soċjali persuni li jikkoabitaw, qed jitqiesu, għal skop tat-test tal-meżżi u bħala benefiċċju/jew assistenza, bħala household. Fir rigward tal-Iskema Kontributorja s’issa m’hemm l-ebda ħsieb biex tiġi rregolariżżata s-sitwazzjoni ta’ dawk il-persuni li jikkoabitaw. Kien hemm 19 fl-2008 u 33 fl-2009 (Sa l-aħħar ta’ Ġunju) li twaqqfitilhom l-assistenza. Informat ukoll li għandu jiġi iċċarat li l-assistenza twaqqfet mhux minħabba l-fatt li qed jikkoabitaw, imma għaliex dawn il-persuni kienu qed jieħdu l-għajnuna fuq dikjarazzjoni li qed jgħixu waħedhom mentri kien hemm persuni oħra jgħixu magħhom, li d-dħul tagħhom ma kienx qed jiġi ikkunsidrat.

Persuni li nqabdu jisirqu l-ilma u d-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jisirqu dawl u ilma s-sena l-oħra u din is-sena? Kemm minnhom tressqu l-Qorti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fis-Sena 2008 t-total ta’ persuni li nqabdu jisirqu l-ilma kien ta’ 34 u dak tad-dawl kien ta’ 512. Sa Ġunju 2009, t-total ta’ persuni li nqabdu jisirqu l-ilma kien ta’ 15 u dak tad-dawl kien ta’ 139. Fis-Sena 2008, rigward l-ilma ħadd ma tressaq il-Qorti għax kollha ħallsu l-Multa. Il-każijiet tas-Sena 2009 għadhom pendenti. Rigward id-dawl kemm fis-Sena 2008 u kif ukoll 2009 minħabba li l-proċess jieħu ftit taż-żmien dawn għadhom ma tressqux il-Qorti.
Leg 11 PQ #10098 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Hold-ups — persuni li tressqu l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru hold-ups din is-sena? Fejn saru? Kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati simili din is-sena? X'weħlu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena ġew irrappurtati lill-Pulizija 30 każ ta’ hold up. Dawn seħħew Wied il-Għajn, San Ġiljan, Raħal Ġdid, San Pawl il-Baħar, Swieqi, Ta’ Xbiex, Ħaż-Żebbuġ, Ħal-Balzan, Ħamrun, Attard, Birkirkara, Naxxar, Mosta, Marsa, Valletta u Gudja. Infurmat ukoll li matul l-istess perijodu ġew imressqa quddiem il-Qorti 13-il persuna b’konnessjoni ma’ 12-il każ ta’ hold up irrappurtati din is-sena u 3 każi rrappurtati s-sena l-oħra. Minn dawk li kellhom il-każ deċiż, sitta ngħataw sentenza ta’ priġunerija u wieħed ingħata sentenza sospiża.
Leg 11 PQ #10099 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Vejikoli u Muturi — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vejikoli u muturi li nsterqu jew inkella sar serq minn ġo fihom din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Awwissu tal-2009 ġew irrappurtati lill-Pulizija 284 vetturi misruqa, filwaqt li kien hemm 942 rapport ta' serq minn vetturi.
Leg 11 PQ #10088 Sitting 142 2009-09-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tal-Politika Soċjali — dejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu dejn id-dipartiment illum? Ma' min hu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li d-Dipartiment tal-Politka Soċjali m'għandu l-ebda dejn.
Leg 11 PQ #10089 Sitting 142 2009-09-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Abbużi fuq tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq kazi relatati ma' abbużi sesswali fuq tfal u fuq każi ta' natura abbużiva oħra fuq tfal din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali quddiem il-Qorti Kontra 44 persuna fuq akkużi relatati ma’ abbużi fuq persuni minuri. Minn dawn 38 kienu abbużi sesswali.
Leg 11 PQ #10090 Sitting 142 2009-09-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Abbużi fuq it-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nstabu ħatja fuq każi ta' abbużi fuq it-tfal? X'tip ta' abbuż kien? X'weħlu f'kull każ is-sena l-oħra u din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 19 il-persuna li nstabu ħatja ta’ abbuż sesswali fuq persuni minuri. Minn dawn 11 ingħataw sentenza ta' priġunerija, 2 ingħataw sentenza ta’ ħabs sospiża u 6 ingħataw probation. Filwaqt li matul din is-sena, s’issa, kien hemm 13 il-persuna li kellhom il-każ tagħhom deċiż, ukoll dwar abbuż sesswali fuq persuni minuri. Minn dawn 8 ġew mgħotija sentenzi ta’ priġunerija, 3 ingħataw sentenza ta’ ħabs sospiża, filwaqt li 2 ingħataw probation.
Leg 11 PQ #10091 Sitting 142 2009-09-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Traffikar ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti is-sena l-oħra u din is-sena fuq każi ta' traffikar ta' persuni? X'weħlu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra u din is-sena il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra 10 persuni fuq akkużi relatati ma’ traffikar ta’ persuni. Minn dawn, 2 kellhom il-każ taghhom deċiż, fejn wieħed ġie liberat u l-ieħor ġie ikkundannat 9 xhur priġunerija.

Ħruġ ta' visas

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm inħarġu visass-sena l-oħra u din is-sena? Minn fejn inħarġu? Minn liema pajjiż kienu dawk li kellhom it-talba milqugħa? Kemm ġew rifjutati? Minn liema pajjiż kienu?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Bastimenti tal-gwerra fil-portijiet ta' Malta

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm daħlu bastimenti tal-gwerra fil-portijiet Maltin is-sena l-oħra u din is-sena? X’tip kienu? Minn liema pajjiż kienu?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Bastimenti tal-Gwerra li daħlu fil-portijiet ta' Malta matul l-2008 u l-2009.

Ħwienet tal-logħob — lokalità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħwienet tal-logħob illum? Fejn qegħdin bħala lokalità?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif kien diġa ħabbar il-Gvern, il-Pulizija ħadet passi kontra l-ħwienet tal-logħob li kienu qed jaħdmu mingħajr liċenzja. Dawn il-ħwienet ingħalqu. Sadanittant, il-Gvern flimkien ma’ l-Awtorità li tirregola l-logħob, kien għaddej bi proċess ta’ reviżjoni tal-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mas-settur tal-logħob. Din ir-reviżjoni, tinvolvi bidliet f’regolamenti u liġijiet eżistenti, kif ukoll introduzzjoni ta’ liġijiet u regolamenti ġodda. Il-proposti, li issa qieghdin ghad-diskuzzjoni quddiem dan il-Parlament, ser jagħmlu possibbli li dawk l-aspetti li ma kienu kontemplati taħt il-liġijiet preżenti, jkunu nklużi.
Leg 11 PQ #10079 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Gaming Industry — spezzjonijiet

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu fil-gaming industry illum? Kemm minn dawn jaħdmu fil-gaming industryli hi online? X'tip ta' spezzjonijiet isiru fil-ħwienet tal-logħob biex jaraw li dawk li qed jaħdmu qed jaħdmu bil-permessi kollha neċessarji?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ persuni fl-aħħar ta’ Novembru 2008 li kienu qegħdin jaħdmu, fuq bażi full-time u part-time fil-gaming industry kien ta’ 1,810 (skond l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata). Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ ma żżomx nformazzjoni fuq in-natura tal-gaming. Informat ukoll li spetturi tal-ETC jagħmlu spezzjonijiet f’kull post tax-xogħol inkluż fi ħwienet tal-logħob biex jaraw li dawk li qed jaħdmu hemm qed jagħmlu dan b’mod legali. Per eżempju, minn Jannar ‘l hawn, saru spezzjonijiet fi 63 ħanut tal-logħob fejn instab li kien hemm 30 persuna jaħdmu mingħajr ma l-imgħallem informa lill-ETC bl-impjieg tagħhom skond l-Avviż Legali 110 tal-1993. Tnejn minn dawn il-persuni maqbuda jaħdmu llegalment kienu barranin. Fil-każijiet kollha, il-Korporazzjoni qed tieħu l-azzjoni meħtieġa skond il-liġi.
Leg 11 PQ #10083 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nefqa fuq relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq relief kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jagħti breakdown ta' kif intnefqu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10084 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Single parent families

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal jgħixu ġo single parent families illum? Jista' jgħid kemm kienet il-figura kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dipartiment iżomm statistika biss ta’ dawk is-single parent families li qegħdin jirċievu xi benefiċċju minn dan id-dipartiment. In-numru ta’ tfal li qegħdin jgħixu f’single parent families (sal-31 ta’ Ġunju 2009) huwa ta’ 13, 400. In-numru ta’ tfal li għexu f’single parent families f’dawn l-aħħar 5 snin huwa kif jidher fl-iskeda: Sena Numru 2004 12,400 2005 12,502 2006 12,433 2007 12,913 2008 13,981 2009 (Jannar – Ġunju) 13,400
Leg 11 PQ #10086 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Single Mothers — relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn single mothers fuq ir-relief illum? Kemm kienet il-figura kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Minn liema lokalità huma dawk involuti s-sena l-oħra u din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10087 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Teenage Pregnancies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn teenage pregnancies din is-sena? Kemm kienet il-figura kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Jista' jagħti breakdown tal-età ta' dawk involuti din is-sena u s-sena l-oħra? Minn liema lokalitajiet huma?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.