Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm insterqu affarijiet minn ġo kunsilli jew proprjetà ta' xi kunsilli lokali din is-sena? X'insteraq f'kull każ u fejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10069, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi s-serq li sar mill-Kunsilli Lokali matul l-2009 (sal-aħħar ta’ Settembru 2009).
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li jifformaw parti mill-Gvern lokali jiġifieri sindki, kunsilliera, segretarji jew impjegati ta' kunsilli li sar reat fuqhom kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Minn liema lokalità huma? X'reat twettaq fuqhom? Kemm ġew solvuti każi? X'weħlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10070 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi r-reati li saru mill-1999 sal-2009 (sal-aħħar ta’ Settembru 2009).
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn kunsilli lokali li għandhom djun jew liabilties oħra llum? Liema huma? Min-naħa l-oħra, liema huma dawk li għandhom surplus mis-snin li għaddew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal dawk il-Kunsilli li spiċċaw bi żbilanċ fil-working capital tagħhom.
Għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta’ Marzu 2009, kien hemm 12 (tnax) il-Kunsill li spiċċaw bi żbilanċ fil-
working capital
tagħhom. Dawn kienu: Il-Birgu, ir-Rabat (Għawdex), Birkirkara, Birżebbuġa, Fontana, Kerċem, Nadur, Qala, San Ġwann, San Lawrenz, Xagħra u Xewkija.
Il-kumplament tal-Kunsilli Lokali spiċċaw is-sena finanzjarja sal-31 ta’ Marzu 2009 b’bilanċ.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mit-tjur li ġew maqbuda minn postijiet pubbliċi xi snin ilu minħabba l-biżgħa tal-bird flu? Kemm mietu? Kemm insterqu? Kemm ġew meħlusa? Kemm għadhom miżmumin għalxejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lit-tjur li qiegħed jitkellem fuqhom l-Onor Membru kienu jikkonsistu biss f’papri. Numru minnhom kienu mietu u l-oħrajn ġew imqassma lir-Razzett tal-Ħbiberija, lill-farm sperimentali tal-Gvern, l-Għammieri u ġo vaska naturali bil-qasab ġo Għajnsielem, Għawdex. Ma fadal l-ebda waħda miżmuma għalxejn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru t’għasafar tal-għana li qed jintuża fil-finch breeding programme mid-Dipartiment? X’tip huma? Kemm mietu waqt li kienu fil-programm? Kemm faqqsu friegħ? Kemm tajru? X’sar minn dawk li faqqsu u ttajru? Xi pjanijiet għandu l-Gvern fuq dan il-programm ta' trobbija?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru bomb hoaxes din is-sena u fejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Irrid ninforma l-Onorevoli Interpellant li bejn l-1 ta’ Jannar u 29 ta’ Settembru 2009 kien hemm Bomb Hoax li seħħet qrib residenza privata f’Ħal Luqa nhar il-24 ta’ April 2009.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn bouncers liċenzjati llum? Inqabdu persuni jaħdmu ta’ bouncers bla liċenzja din is-sena? Il-Gvern għandu kattar xi regolamenti li jorbtu lil dawn il-persuni waqt il-qadi tax-xogħol tagħhom? Kemm kien in-numru ta’ bouncers liċenzjati li tressqu l-qorti s-sena l-oħra u din is-sena u għaliex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sakemm il-persuna li taħdem bħala bouncer tkun imjegata full time, part-time jew każwali mal-persuna fejn tkun qed toffri dan is-servizz, ma tenħtieġx liċenza speċjali sabiex tagħmel dan ix-xogħol. Preżentement din il-persuna irid ikollha liċenza ta' gwardjan privat. Il-Ministeru għalhekk qiegħed fil-process sabiex jipproponi sistema ta’ licenzjar differenti. Infurmat ukoll illi din is-sena kien hemm zewg kazijiet fejn persuni li kienu qed jaħdmu bhala bouncers ġew akkużati quddiem il-Qorti. Wieħed kien akkużat talli kien ikkaġuna feriti gravi segwiti bil-mewt u l-ieħor kien sawwat u ikkaġġuna feriti gravi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li hawn persuni li qed jgħixu fil-faqar jew inkella below the poverty line illum? Kif jikkompara dan ma' għaxar snin u ħames snin ilum? X'inhu l-istat ta' dawn il-persuni? X'età għandhom? Minn liema lokalità huma?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni liċenzjati biex iżommu u jew jużaw arma tan-nar? X'età għandhom? X'inhu s-sess tagħhom? Minn liema lokalitajiet huma?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bħalissa hawn 15,985 persuna, 15,571 rġiel u 414 nisa, li għandhom liċenzja sabiex iżommu jew jużaw arma tan-nar li l-età tagħhom hija 'l fuq minn 18-il sena. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' lokalitajiet mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Attachments:10106 Licensed-Use of firearms -locality.doc
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-VRT din is-sena? Kemm m'għaddewx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għall-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, in-numru ta' vetturi li telgħu għat-test tal-VRT kien ta' 74,269 u minn dawn, 6,261 m'għaddewx.
Persuni li tressqu għall eżami tal-liċenzja tas-sewqan
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu għall-eżami tal-liċenzja tas-sewqan is-sena l-oħra u din is-sena? Kemm għaddew? Kemm weħlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li li in-numru ta' persuni li tressqu għall-eżami tal-liċenzja tas-sewqan is-sena l-oħra u din is-sena kien;
Total ta’ testijiet
Għaddew
M’għaddewx
2008
11792
5457
6335
2009 (sa 30 ta’ Gunju 2009)
5755
2668
3087
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani li għamlu rapporti f'kull għassa din is-sena? X'kienet in-natura tar-rapporti f'kull każ u fejn saru?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Awwissu ta' din is-sena kien hemm 4503 persuna anzjana, minn 60 sena 'l fuq, li għamlu rapporti ta' natura kriminali fid-diversi Għasses tal-Pulizija madwar Malta u Għawdex.
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fl-aħħar domanda tal-mistoqsija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn kunsilli lokali li għandhom djun jew liabiltiesoħra llum? Liema huma? Min-naħa l-oħra, liema huma dawk li għandhom surplus mis-snin li għaddew?
Rapporti ta' stupru, attaki sesswali u attivitajiet indiċenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' stupri, attakki sesswali jew attività indiċenti din is-sena? Fejn kienu? Kemm tressqu persuni l-qorti din is-sena fuq reati simili?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Numru ta' każi rappurtati
Numru ta' persuni imressqa quddiem il-Qorti
Stupri
18
10
Attakki sesswali
35
21
Atti indiċenti fil-pubbliku
40
40
Dawn seħħew f’dawn il-lokalitajiet:-
Żebbug; Luqa; Fgura; B’Buġia; Sliema; San Ġiljan; Wied iż-Żurrieq; Marsa; Baħar iċ-Ċagħaq; Kalkara; Dellimara; Ta’ Xbiex; Msida; Dingli; St Luċia; Xewkija; Victoria; Munxar; Nadur; Għajnsielem; Xlendi.