Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — qtuħ ta' dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom kontijiet b'lura mal-Korporazzjoni Enemalta u mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Kemm hu l-ammont dovut? Kemm minn dawn huma kontijiet residenzjali u kemm kummerċjali? Kemm inqatgħu servizzi s-sena l-oħra u din is-sena? Kemm ingħataw lura? Kemm minn dawk li nqatgħu kienu residenzjali u kemm kummerċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn immigranti illegali jaħdmu legalment illum? Kemm inqabdu jaħdmu illegalment?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-immigranti illegali ma jistgħux jaħdmu.
Nixtieq ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li persuni li jingħataw statut ta' Asylum Seekers (AS), Rejected Asylum Seekers (RAS), refugee (REF), subsidary protection (SP) u Temporary Humanitarian Protection (THP) jkunu jistgħu jaħdmu Malta. Fil-kas ta' l-AS u l-RAS, min qed iħaddem irid japplika għal-liċenzja tax-xogħol. Fil-kas ta' t-THP, SP u l-REF l-individwu konċernat irid japplika għal liċenzja tax-xogħol. F'kull kas minn dawn, kemm l-persuna kif ukoll min ikun qed iħaddem, irid japplika għal permess tax-xogħol kull tlett xhur.
Informat li n-numru ta' persuni li nstabu jaħdmu illegalment minn Jannar sa Mejju ta' din is-sena, kienu ta' 901. Fost dawn, 160 kienu barranin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti talli ħaddmu persuni illegalment din is-sena? X'weħlu f'kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li minn Jannar sa Mejju ta’ din is-sena, saru 11-il seduta fil-Qorti, dwar kawżi tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, fejn ġew ippreżentati 395 każ. Minn dawn, ġew konklużi 208 każ, li fosthom 131 irregolarizzaw qabel ma nstema l-każ; 22 ġew irtirati; 34 każ intrebħu mill-Korporazzjoni; u 21 każ ġew illiberati. Il-kumplament tal-każijiet għadhom pendenti. Fil-każijiet fejn il-persuni jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom, weħlu multa amminstrattiva ta’ €58. Fil-każijiet li jiġu mismugħa mill-Qorti, il-multa imposta hija għad-diskrezzjoni tal-Qorti. Fl-34 każ mirbuħa mill-Korporazzjoni, b’kollox tħallsu €4,451 f’multi lill-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi ta' ħabs, probation u sentenzi sospiżi s-sena l-oħra?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej:-
Qorti tal Maġistrati Għawdex Sentenzi ta' ħabs 3
Sentenzi sospiżi 16
Probation Orders 5
Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali (Malta)
Qrati tal-Magistrati: Sentenzi ta’ ħabs 288
Sentenzi sospiżi 358
Probation Orders 158
Qrati Kriminali (Superjuri) Sentenzi ta’ ħabs 115
Sentenzi sospiżi 20
Probation Orders 12
Fir-rigward il-Probation Orders li ngħataw mill-Qrati tal-Maġistrati, din ma tinkludix statistika ta’ awla partikolari peress li ma kenitx qed tinżamm.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tobba barranin jaħdmu mal-Gvern illum? Xi grad għandhom u minn fejn huma? Jista' jgħid jekk dawk li ġejjin mill-Unjoni Ewropea għandhomx l-istess pagi bħall-Maltin?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-Numru ta’ tobba barranin li llum jaħdmu mal-Ministeru għall-Politika Soċjali (Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità) huwa 66.
Dawn it-Tobba huma mqassma f’dawn il-Gradi :
Consultants 9
Resident Specialists 51
Basic Specialist Trainees 2
Medical Officers 1
House Officers 3
Informt ukoll li r-rata ta’ Salarju fil-Grad ta’ Consultant hija Salary Scale 4 u dawn il-
consultants
barranin, anki li mhumiex membri ta’ l-EU, jitħallsu bl-istess Salarju tal-Maltin. Ir-rata ta’ Salarju tar-Resident Specialists Barranin hija bil-minimu ta’ skala ta’ Salarju 5. Ir-rata ta’ Salarju tal-Basic Specialist Trainees hija bħal tal-Maltin billi biex ikunu eliġibbli għal dan il-grad wara sejħa għal applikazzjoni, l-applikanti riedu jkunu ċittadini tal-EU. Is-Salarju ta’ Medical Officers Barranin huwa bir-rata minima ta’ skala ta’ Salarju 8. Billi s-Salarju ta’ House Officers huwa fi skala ta’ Salarju 9 u dan l-impjieg huwa biss għal perjodu ta’ sentejn, dawn it-tobba barranin jitħallsu bħal Maltin.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-inċineratur jew ċumnija tal-Isptar San Luqa għadha taħdem?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-inċeneratur ta' l-iSptar San Luqa ġie żarmat minn sena ilu. Iċ-ċumnija għadha taħdem u magħha hemm imqabbdin il-boilers li għadhom jissupplixu l-misħun għas-servizzi li jingħataw f'parti mill-Isptar San Luqa u mill-Isptar Karen Grech.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni taħt is-16-il sena jixorbu l-alkoħol din is-sena? Kemm inqabdu persuni jbiegħu alkoħol lil persuni taħt is-16-il sena din is-sena? Fejn inqabdu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena ma kien hemm ebda persuni taħt l-età li nstabu jikkonsmaw xorb alkoħoliku.
Persuni taħt is-16-il sena — postijiet ta' divertiment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt is-16-il sena ġo postijiet ta' divertiment din is-sena? Fejn?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, kien hemm 108 persuna taħt is-sittax-il sena li nstabu mill-Pulizija ġewwa postijiet ta’ divertiment f’San Ġiljan u r-Rabat Għawdex. Infurmat ukoll li l-Pulizija qed tieħu passi quddiem il-Qorti kontra 62 persuna responsabbli mill-postijiet ta’ divertiment fejn instabu dawn iż-żagħżagħ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jitlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni din is-sena? Fejn inqabdu? X'weħlu? Kemm minn dawn ittellgħu l-qorti aktar minn darba? Kemm-il darba?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, kien hemm 55 persuna li bejniethom tressqu l-Qorti 274 darba fuq akkużi ta’ tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni fil-Gżira, Ta’ Xbiex / Msida u l-Marsa. Minn dawn hemm 36 persuna li tressqu 255 darba fuq l-istess akkużi matul din is-sena. Infurmat ukoll li minn dawn hemm diversi każi li għadhom pendenti quddiem il-Qorti u dawk il-każi li ġew deċiżi, l-pieni mogħtija kienu ta' libertà kondizzjonata u sentenza ta’ ħabs sospiża.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga din is-sena? X'tip kienet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ droga maqbuda mill-Pulizija bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena kienet kif ġej:
Cocaine
11kgs629.303grs
Heroin
7kgs285.59grs
Cannabis grass
457kgs559.4grs
Cannabis resin
23kgs197.84grs
Ecstacy
21,567 1/5 tabs
Ecstasy (caffeine)
3,011 tabs
Khat
20kgs100grs
Liquid cocaine
780ml
Methadone
450ml
Amphetamine
1tablet
D.H.C
25 tabs
Valium
1 tab
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' attaki sesswali jew stupri li ġew rapportati din is-sena? Kemm ġew solvuti u kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati bħal dawn?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena ġew irrppurtati lill-Pulizija 53 każ ta' stupru jew attakk sesswali. Infurmat ukoll illi investigazzjonijiet f'46 minn dawn il-każijiet ġew konlużi u li dwarhom s'issa tressqu l-Qorti 31 persuna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena fuq każi konnessi ma' bejgħ, traffikar, pusses jew teħid ta' drogi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi minn Jannar u Settembru ta' din is-sena il-Pulizija bdiet proċeduri quddiem il-Qorti kontra 449 persuna fuq akkużi relatati mad-droga.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu immigranti illegali l-Qorti din is-sena? Għaliex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, kien hemm 51 l-immigrant illegali li tressaq quddiem il-Qorti fuq diversi akkużi, fosthom ħrib u attentat ta’ ħrib u ksur ta’ bon ordni, attruppament, ħsarat, dikjarazzjoni falza, attakk u reżistenza fuq uffiċjali pubbliċi, pussess ta’ droga.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew maħfura ċitazzjonijiet mis-citations review board din is-sena? Kemm ġew rifjutati? Minn liema lokalitajiet kienu dawk milqugħa u dawk rifjutati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għandi nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-Bord tal-Petizzjonijiet.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni b’mod ġenerali. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sabiex jiġu elenkati l-lokalitajiet kollha, dan hu eżerċizzju li jieħu fit-tul u ma naħsibx li r-riżorsi tal-Gvern għandhom jinħlew b’dan il-mod.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kellhom ċitazzjonijiet mhux imħallsa u li ma ġġedditilhomx il-liċenzja tal-vejikoli tagħhom is-sena l-oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm 6912 persuni li għandhom, jew kellhom, liċenzja ghal-2008 li ma ġietx mġedda f'din l-istess sena, jew għandhom/kellhom kontravenzjonijiet pendenti.