Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn nisa separati li qegħdin fuq ir-relief illum għax mhux qed jingħataw manteniment wara s-separazzjoni minn żwieġhom? Kemm sewa dan lill-istat is-sena l-oħra u din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-dipartiment ma għandux statistika dwar kemm hawn nisa separati li qegħdin fuq l-assistenza soċjali għax mhux jingħataw manteniment minn żwieghom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħtu persuni l-ħabs f'dawn l-aħħar ħames snin għax ma ħallsux manteniment lill-eks marthom wara s-separazzjoni? Kemm weħlu f'kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi f'dawn l-aħħar ħames snin kien hemm 68 persuna li ntbagħtu l-ħabs għax ma ħallsux manteniment lill-eks marthom wara s-separazzjoni. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għall-aħħar domanda.
Attachments:25681 - Persuni li marru Habs -Manteniment.xls
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn tfal taħt care orders illum? Għaliex? Tista' tgħid kemm minn dawn ġejjin minn familji miżżewġa, separati, single u unmarried mothers? Kif kien tikkumpara dan in-numru sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Qorti tal-Familja — kwestjoni ta' allegazzjoni bejn il-koppja
Question
Billi ħafna separazzjonijiet li jitressqu quddiem il-Qorti tal-Familja ikunu jinvolvu it-tfal, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn wieħed mill-koppja involuta resqet ilmenti ta' abbuż meta t-tfal kienu taħt il-kustodja tal-parti l-oħra, f'dawn l-aħħar 5 snin? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm każijiet fejn wieħed mill-koppja għamlet allegazzjonijiet foloz kontra l-parti l-oħra f'dan iż-żmien? X'passi ttieħdu mill-qorti meta dan jiġi deċiż? Kemm tressqu persuni l-qorti fuq allegazzjonijiet foloz ta' dan it-tip f'dawn l-aħar 5 snin u x'weħlu?
Kemm hawn persuni mċaħħda milli jaraw it-tfal tagħhom minħabba allegazzjonijiet mill-parti l-oħra din is-sena? Billi l-persuni mċaħħda jkunu qed ibatu mentalment, jista' l-Ministru jara li fejn isiru allegazzjonijiet ta' dan it-tip, il-każijiet jiġu investigati bir-reqqa u malajr kemm jista' jkun biex b'hekk it-tbatija titnaqqas u jekk jirriżulta li fil-fatt ma jkun sar xejn kif allegat, jittieħdu proċeduri legali kontra min ikun għamilhom? Kemm hemm każijiet bħal dawn quddiem il-qorti llum u kemm ilhom pendenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika fuq kemm jidħlu applikazzjoinjiet fil-Qorti tal-Familja fejn wieħed mill-koppja nvoluta tkun resqet x'ilmenti ta' abbuż meta t-tfal kienu taħt kustodja tal-parti l-oħra. U dan minħabba l-fatt li, talbiet simili jiġu ppreżentati permezz ta' rikors fl-atti tal-kawża li tkun diġà mibdija.
Billi l-liġi ta' Malta tgħid li ħadd ma jista' jaqla' flus minn wiri ta' films pornografiċi, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Pulizija għadha ma ħadet ebda passi kontra lukandiera u kontra sidien tal-cable tv li qed ixandru u hemm min anke ammetta li qed jikser il-liġi sfaċċatament? Fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija illum, sitt xhur wara li l-Ministru stess ordnalhom jinvestigaw l-ovvju?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
Tista' l-Minsitru tgħid kemm hawn tfal taħt care order illum u għaliex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-31 ta’ Diċembru kien hemm 265 tfal taħt care order; 31 minn dawn il-care orders huma ta’ unaccompanied minors.
It-tfal jitneħħew mill-kura u kustodja tal-ġenituri tagħhom minħabba problemi diversi fejn il-ġenituri juru nkapaċita’ kbira u saħansitra jpoġġu l-ħajja tat-tfal tagħhom f’periklu. Dawn is-sitwazzjonijiet jistgħu jinkludu:
Ġenituri li jkunu qed jabbużaw minn sustanzi, u jista’ jkun hemm ukoll problemi ta' prostituzzjoni, li tfal ikunu qed jiġu esposti għalihom. Ikun hemm sitwazzjonijiet fejn il-ġenituri jkollhom mard mentali severi u ma jkunux kapaċi jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom u jista' jkun hemm traskuraġni gravi. Ikun hemm sitwazzjonijiet fejn it-tfal jitneħħew għax ikunu qed jiġu abbużati fiżikament jew sesswalment u emozzjonalment. Jista' jkun hemm iżjed minn tip ta’ abbuż wieħed f’dawn is-sitwazzjonijiet li ġew imsemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi lil persuni li kienu qed isofru minn drug addiction jew alkoħoliżmu din is-sena u x'età kellhom l-ommijiet? Kemm minn dawn it-trabi tħallew lil ommhom trabbihom minkejja l-addizzjoni tagħhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’Settembru ta’ din is-sena ġew irreġistrati li twieldu 11 il-tarbija lil ommijiet li kienu qed jieħdu xi drogi. L-etajiet tal-ommijiet kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Eta ta’ l-omm
Numru ta’ trabi
<20
1
20-24
2
25-29
4
30-34
2
35-39
2
40-44
0
45+
0
Ħadd mill-ommijiet ma’ ġie rrapurtat li ssofri min alkoħoliżmu, imma ġew irreġistrati 6 ommijiet li kienu jieħdu sa grokk alkoħol fil-ġimgħa iżda dan ma jfissirx li kienu jbatu minn alkoħoliżmu.
Dwar it-trobbija ta’ dawn it-trabi, nitlob lill-Onor. interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kellhom budget l-Aġenzija Appoġġ is-sena li għaddiet u din is-sena? X'kien il-work load jew inkella kemm ġew assistiti persuni s-sena li għaddiet u din is-sena? X'età kellhom? Kemm hemm social workers u kemm għandhom case loads kull wieħed? X'tip ta' moniteraġġ isir fuq dawk il-każijiet fdati lilhom fil-weekends u festi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu żgħażagħ taħt it-12-il sena jixorbu l-alkoħol din is-sena? Jista' jgħid kemm inqabdu tfal ġo postijiet ta' divertiment fejn mhux suppost jidħlu, din is-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra ma kienx hemm tfal taħt it-12-il sena li nqabdu mill-Pulizija jixorbu xorb alkoħoliku, filwaqt li kien hemm 139 persuna taħt is-17-il sena li nstabu f’postijiet ta’ divertiment.
Rigward ix-xandir pornografiku fuq il-cable tv u ġol-lukandi bi qliegħ għall-werrej, u wara li tkixxift u kxift dan l-abbuż li kien u għadu jsir fil-beraħ, jista' l-Ministru jindaga u jinforma lil din il-Kamra f'liema stadju waslu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ordnati mill-Ministru biex jitkixxfu dwar dan l-abbuż? Jista' jgħid jekk sarx xi ħaġa dwar dan sabiex il-poplu ma jissuspettax li l-awtoritajiet se jgħattu u mhux iwaqqfu dan l-abbuż? Jekk ma sar xejn, jista' jgħid x'se tkun il-policy tal-Gvern dwar xandiriet ta' materjal pornografu ġo lukandi, fuq cable tv u minn ħwienet tal-kiri fil-futur? Jista' jgħid ukoll għaliex il-liġi attwali li ġiet applikata fil-każ tal-kittieb, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, u anke kontra l-editur tal-magazineli ppubblika materjal allegatament pornografiku imma ma ttieħdux passi kontra sidien tal-lukandi li xandru, u ammettew li xandru, films pornografiċi bi qligħ u għalhekk kontra l-liġi u kontra television provider, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li għadu sal-lum ixandar programmi li żgur jistgħu jitqiesu bħala pornografiċi u kontra l-liġi kif inhi llum fuq dan is-suġġet mikxuf?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni ta’ dak li l-Onorevoli Membru qiegħed jindika fid-domanda tiegħu għadha qed tieħu l-kors tagħha u m’hijiex kwistjoni sempliċi kif ipinġiha l-Onorevoli Membru. Ma hemm l-ebda raġuni biex xi ħadd b’konoxxenza ta’ dawn il-kwistjonijiet jaħseb li l-awtoritajiet qegħdin jgħattu xi abbuż iżda huwa fatt illi l-kwistjoni tinvolvi l-ġbir ta’ provi biex jiġu stabbiliti l-fatti fid-dawl ta’ diversi liġijiet potenzjalment applikabbli li jinkludu l-Kodiċi Kriminali, l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea u l-Att dwar ix-Xandir u r-regolamenti magħmula taħthom.
Il-policy tal-Gvern hija kontra t-tixrid ta’ materjal pornografiku pero, kif jaf sew l-Onorevoli Membru d-definizzjoni ta’ x’inhu pornografiku u l-bilanċ bejn il-bżonn tat-trażżin tal-pornografija u r-rispett għad-dritt tal-libertà ta’ l-espressjoni b’mod proporzjonat huma kwistjonijiet legali komplessi.
Il-każ tal-kittieb u tal-kitba pornografika distribwita b’xejn anke lill-minorenni ma għandu x’jaqsam xejn max-xandir imsemmi mill-Onorevoli Membru billi dan ta’ l-aħħar iqajjem kwistjonijiet legali għall-kollox differenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex legali jew illegali illi lukandi jittrasmettu films hard core għall-qliegħ minn fuq il-pornografija? Jekk le għaliex il-Pulizija ma teħux passi? Jista' jara li l-Pulizija tindaga jekk programmi li qed jixxandru kważi kuljum stallazzjonijiet tal-cable TV humiex pornografiċi jew le? Jekk iva għandhom jitwaqqfu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Jien infurmat li l-pulizija qed tindaga dwar il-fatti allegati.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern biex tinbeda t-triq li se tgħaqqad ix-xatt tal-Gżira ma' Regional Road jew l-hekk imsejħa Link Road?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li x-xogħolijiet fuq din it-triq ikunu jistgħu jinbdew biss meta u jekk ikunu allokati l-fondi neċessarji.
Gżira, Tarxien, Sliema, Tignè u San Ġiljan — bini kbir
Question
Billi l-proġetti ta' bini kbir li qed isiru jew se jsiru ġol-Gżira, Tarxien, Sliema, Tignè u San Ġiljan se jwasslu għal żieda ta' traffiku mill-Imsida, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' traffic assessment sar fuq dawn il-proġetti? Kif se jolqot lir-residenti Msidjani? X'passi se jieħu l-Gvern biex l-impatt jitnaqqas?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li studji dwar l-impatt fuq it-traffiku huma parti normali tal-approvazzjoni ta' proġetti tat-tip li qed jiddeskrivi l-Onor Interpellant.
ħaddiema li għadhom jaħdmu bil-kuntratt mal-Malta Drydocks
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-ħaddiema li llum għadhom qed jaħdmu bil-kuntratt mal-Malta Drydocks jekk, jew meta, din tiġi privatizzata u l-kuntratt ma jibqax jiġġeddilhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dawk il-ħaddiema li għandhom kuntratt indefinit mal-Malta Drydocks għandhom il-post tax-xogħol tagħhom garantit anke għal meta din tkun privatiżżata u dan skond id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropeja dwar it-transfer of business.
Min-naħa l-oħra dan ma japplikax għal dawk li għandhom kuntratt definit għaliex dan min-natura tiegħu jista' ma jiġġeddidx meta jiskadi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn infermiera barranin jaħdmu mal-Gvern illum? Minn liema pajjiż huma? X'tip ta' grad għandhom?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta' infermiera mpjegati f'entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali (Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità) li għandhom ċittadinanza barranija huwa ta’ 72.
Dawn l-infermiera huma mill-pajjiżi li jidhru hawn taħt, skont in-numri rispettivi minn kull pajjiż :
Albanija 2
Bosnia Herzegovina 2
Bulgarija 17
Filippini 3
Fillandja 1
Ġermanja 2
Indja 1
Italja 1
Pakistan 1
Polonja 3
Niġerja 5
Renju Unit 3
Rumanija 27
Russja 1
Serbja 1
Slovakkja 2
Informat ukoll li minn fost dawn it-72 infermiera b’ċittadinanza barranija, 50 għandhom impjieg regolari u 22 ġew impjegati b'kuntratt ta'
servizz. Fil-każ tal-50 infermiera li għandhom impjieg regolari, 46 minnhom huma impjegati fil-grad ta' Staff Nurse u l-4 l-oħra huma impjegati fil-grad ta' Enrolled Nurse. Fil-każ tat-22 infermiera impjegati b'kuntratt ta
'
servizz, 13 minnhom huma impjegati fil-grad ta' Staff Nurse u d-9 l-oħra huma impjegati fil-grad ta' Enrolled Nurse.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li kienu nstabu li m'humiex tajbin għax-xogħol minħabba mard u għaddew bord fil-passat u issa li reġgħu ġew eżaminati instabu li kapaċi jaħdmu? Kemm instabu tajbin is-sena l-oħra u kemm din is-sena? Minn liema distretti elettorali huma?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in-numru ta’ persuni li kellhom il-pensjoni tal-Invalidità li ġiet riveduta fis-snin 2008 u 2009 kienu ta’ 1179 u 770 rispettivament. Minn dawn l-ammonti, 271 fis-sena 2008 u 143 fis-sena 2009 kellhom il-pensjoni imsemmija miċħuda.
Din l-istess informazzjoni qed tingħata wkoll skond id-Distretti Elettorali kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Iktar tagħrif se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li bħalissa qegħdin taħt sentenza ta' probation u kemm taħt sentenza sospiża? Kemm-il waħda għandhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sa Lulju 2009, fil-Qrati tal-Ġustizzja, Malta, fl-uffiċċju tal-Probation kien hemm 375 każ attiv li bħalissa qegħdin taħt Ordni ta' Probation u 1119 sentenzi sospoiża li għadhom attivi. Infurmat ukoll li peress l-informazzjoni mitluba tkopri numru ta' snin, mhux possibbli li tingħata tweġiba għat-tieni parti tal-mistoqsija.
Fil-każ tal-Qorti tal-Maġistrati, Għawdex, infurmat illi hemm 19-il persuna taħt sentenza ta' Probation u 23 persuna taħt sentenza sospiża u li ħadd minn dawn ma għandu aktar minn tali sentenza.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni taħt sentenza jew ordni mill-Qorti li jridu jiffirmaw l-għassa tal-Pulizija llum? Ġo liema lokalità qegħdin kull wieħed?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi hawn 1,222 persuna li huma obbligati li jirrapurtaw f’xi Għassa tal-Pulizija, kif ġej:
Għassa
Persuni
Għassa
Persuni
Għassa
Persuni
Valletta
43
Żejtun
52
Ħamrun
136
Qormi
78
B’Buġia
34
B’Kara
107
Żebbug
30
Żurrieq
51
Naxxar
49
Paola
77
Msida
52
Mosta
29
Luqa
13
Sliema
75
Qawra
54
Cospicua
88
San Ġiljan
82
Victoria
48
Żabbar
87
Rabat
37