Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żviluppaturi jew kumpaniji li ngħataw aktar minn tliet permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il żviluppatur jew kumpanija kisbu aktar minn tliet permessi differenti matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026, tlettax -il persuna jew kumpanija kisbu aktar minn tliet permessi differenti kull wieħed. L-informazjoni inġabret mis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar fid-9 ta’ Lulju 2026, u l-persuni ntgħażlu abbażi tan-Numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Kumpanija jew numru tal-Karta tal-Identità (skont kif relevanti), kif provduti fl-applikazzjonijiet sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar.

Construction permits - Investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx każijiet taħt investigazzjoni relatati ma’ alleged irregularities jew conflicts of interest fil-proċess tal-approvazzjoni ta’ construction permits?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mid-data ta’ meta ġiet intavolata din il-mistoqsija sakemm saret ir-risposta, jirriżulta li hemm każ wieħed. Dan il-każ jinvolvi impjegat tal-Awtorita’, peress li ġiet sottomessa applikazzjoni f’ismu u ma għamilx dikjarazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess skont l-Artikolu 13 tal-Att Dwar l-Ippjanar (Kap 552).

Enforcement Notices – Xogħlijiet ta’ Kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-enforcement notices relatati ma’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li bdew mingħajr permess, jew bi ksur tal-permess approvat, u li nħarġu matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026, wasslu għal: (i) sospensjoni tax-xogħol; (ii) multi; jew (iii) revoka ta’ permessi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fix-xhur imsemmija l-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-post tax-xogħol ħarġet 260 ordni ta’ twaqqif mix-xogħol u 98 multa. Minn naħa tal-Awtorita tal-Bini u l-Kostruzzjoni, fl-istess xhur inħarġu 3,001 notifika ta’ stop works li 49 minnhom saru b’enforcement notice. Fl-istess perjodu nħarġu wkoll 146 multa.

Enforcement notices fuq xogħlijiet ta’ kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il enforcement notice nħarġet relatata ma’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li bdew mingħajr permess, jew bi ksur tal-permess approvat, matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waqt spezzjonijiet ta’ rutina jew ilmenti mibgħuta mill-pubbliku ġenerali lill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol, din sabet total ta’ 260 sit li ma kinux konformi u li nħarġitilhom ordni ta’ twaqqif mix-xogħol. Minn dawn, sitta u ħamsin 56 sit ta’ kostruzzjoni nstabu li bdew ix-xogħol mingħajr il-permessi meħtieġa mill-istess Awtorità. Dawn is-siti kollha ġew ordnati jieqfu mix-xogħol sakemm ġew konformi skont l-obbligi legali relatati ma’ nuqqasijiet dwar il-kostruzzjoni maħruġa mill-istess Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol. Fir-rigward tal-Awtorita tal-Bini u Kostruzzjoni, fix-xhur imsemmija inħarġu 3,001 notifika ta’ stop works, li 49 minnhom saru b’enforcement notice. Dawn l-istop works notices joħorġu kemm mid-Dipartiment tal-permessi, konsegwenza ta’ dokumenti jew poloz ta’ assigurazzjoni skaduti, u kif ukoll mid-Dipartiment tal-infurzar, jekk jiġi nnutat xi ħaġa fuq is-sit li ma jkunx skond il-permess approvat. B’kollox, fix-xhur imsemmija inħarġu wkoll 146 multa filwaqt li ma ġie revokat l-ebda permess.

Permessi – Policies u direttivi

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policies jew directives li ntużaw biex ġew approvati dawk il-permessi li ngħataw matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp jiġu determinati mill-Awtorità tal-Ippjanar skont il-qafas leġiżlattiv u regolatorju applikabbli, inklużi l-policies, il-pjanijiet u l-linji gwida rilevanti li jkunu fis-seħħ fiż-żmien meta tkun qed tiġi evalwata kull applikazzjoni. Kull applikazzjoni tiġi kkunsidrata fuq il-merti tagħha. Il-proċess tal-ippjanar huwa, fil-parti l-kbira tiegħu, wieħed pubbliku u trasparenti, li jinkludi d-dritt ta’ rappreżentazzjoni minn partijiet terzi, seduti pubbliċi quddiem il-bordijiet kompetenti u kummissjonijiet fejn applikabbli, kif ukoll id-dritt ta’ appell skont il-liġi.

Proġetti - Traffic impact assessments jew infrastructure impact studies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux traffic impact assessments jew infrastructure impact studies qabel l-approvazzjoni ta’ proġetti kbar matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm il-ħtieġa ta' traffic impact assessments jew infrastructure impact studies b’relazzjoni mal-proġetti li saru fil-perjodu indikat.

Permess għal żieda fl-għoli tal-bini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati permessi li jinvolvu żieda fl-għoli tal-bini lil hinn minn dak eżistenti fiż-żona matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat  liperess li fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar m'hemm l-ebda data field li tidentifika l-informazzjoni mitluba, biex jinġabar it-tagħrif kif mitlub, wieħed ikollu jdur l-applikazzjonijiet waħda waħda u għalhekk jinqabeż l-Advisory Cost Limit, kif stabbilit f'rulings preċedenti.

L-Awtorità tal-Ippjanar - Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal construction permit għadha pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat  liperess li fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar m'hemm l-ebda data field li tidentifika l-informazzjoni mitluba, biex jinġabar it-tagħrif kif mitlub, wieħed ikollu jdur l-applikazzjonijiet waħda waħda u għalhekk jinqabeż l-Advisory Cost Limit, kif stabbilit f'rulings preċedenti.

Permessi għal demolition u rebuilding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess relatat ma’ demolition u rebuilding ġie approvat matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 kienu ġew approvati 482 applikazzjoni għal żvilupp li kienu jinkludu il-kliem ‘demolish’, ‘demolition’, ‘twaqqa’, jew ‘twaqqiħ’ fid-deskrizzjoni tal-proposta provduta mill-Perit tal-każ, fejn id-deskrizzjoni tinkludi ukoll kostruzzjoni ta’ bini. Dan ifisser li n-numru jinkludi każijiet fejn it-twaqqiħ seta’ kien biss twaqqiħ ta’ ħajt (boundary wall) u li fuq is-sit kien qed jintalab ukoll li ssir kostruzzjoni ġdida; jew każijiet fejn sar biss twaqqiħ parzjali tal-istruttura oriġinali u li fuq is-sit kien qed jintalab ukoll li ssir kostruzzjoni ġdida.

Permessi għall-bini approvati b’mod aċċellerat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess għall-bini ġie approvat permezz ta’ fast-track procedure jew accelerated processing matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat  liperess li fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar m'hemm l-ebda data field li tidentifika l-informazzjoni mitluba, biex jinġabar it-tagħrif kif mitlub, wieħed ikollu jdur l-applikazzjonijiet waħda waħda u għalhekk jinqabeż l-Advisory Cost Limit, kif stabbilit f'rulings preċedenti.

Permessi għall-bini approvati wara oġġezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess għall-bini ġie approvat matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 wara li ġew sottomessi oġġezzjonijiet minn residenti, NGOs jew kunsilli lokali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat  liperess li fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar m'hemm l-ebda data field li tidentifika l-informazzjoni mitluba, biex jinġabar it-tagħrif kif mitlub, wieħed ikollu jdur l-applikazzjonijiet waħda waħda u għalhekk jinqabeż l-Advisory Cost Limit, kif stabbilit f'rulings preċedenti.

Permessi għall-bini

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ permessi għall-bini approvati matul Frar, Marzu, April u Mejju 2026 fuq: (i) art ODZ; (ii) siti skedati; u (iii) Urban Conservation Areas (UCAs)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat  liperess li fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar m'hemm l-ebda data field li tidentifika l-informazzjoni mitluba, biex jinġabar it-tagħrif kif mitlub, wieħed ikollu jdur l-applikazzjonijiet waħda waħda u għalhekk jinqabeż l-Advisory Cost Limit, kif stabbilit f'rulings preċedenti.

Permessi għall-bini approvati minkejja rakkomandazzjoni ta’ rifjut mid-Direttorat tal-Ippjanar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-permessi għall-bini approvati matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 ġew approvati minkejja rakkomandazzjoni ta’ rifjut mid-Direttorat tal-Ippjanar?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex din l-informazzjoni tinġabar.

Permessi għall-bini

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-permessi għall-bini approvati matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 għal: (i) blokok ta’ appartamenti; (ii) lukandi; (iii) high-rise developments; (iv) commercial complexes; (v) industrial developments; u (vi) villas u bungalows?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex din l-informazzjoni tinġabar.

Akkomodazzjoni soċjali - Special considerations jew urgent allocations

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ akkomodazzjoni soċjali ġie approvat fuq bażi ta’ “special consideration” jew “urgent allocation” matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 u x’kienu r-raġunijiet għal dawn id-deċiżjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li kull każ jiġi evalwat fid-dawl tal-fatti u ċ-ċirkostanzi kollha rilevanti minn Kumitat tal-Allokazzjonijiet li jiddetermina l-prijorità tal-allokazzjoni. Ikun hemm ċirkostanzi fejn ikollhom jingħataw appoġġ urġenti biex ħadd ma jispiċċa mingħajr saqaf fuq rasu, u ċert, li l-Onor Interpellant huwa sensittiv għal tali realtajiet. Mgħandix dubju li, kif anke stqarr l-Onor kollega innfisu xi jiem ilu fuq il-mezzi soċjali "Huwa sewwa li min hu intitolat għall-għajnuna tal-Gvern jirċeviha anzi jirċievha bi dritt.” Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra screenshot tal-istess post ta’ Facebook tal-Onor Interpellant. Infurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm (5) każijiet ta' allokazzjonijiet  urġenti li kollha kienu relatati ma' kerrejja f'każijiet ta' kiri ta' qabel l-1995 fejn il-Qorti ordnat l-iżgumbrament. Infurmat li f'kull każ ġiet segwita l-proċedura stabbilita kif spjegata aktar ’il fuq.

Akkomodazzjoni soċjali - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull ċirkulari jew internal guidelines maħruġa lill-Awtorità tad-Djar dwar il-prijoritizzazzjoni tal-applikanti għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interperallant li persuna li tixtieq tibbenefika mill-iskema trid l-ewwel tissottometti applikazzjoni flimkien mad-dokumenti kollha meħtieġa. L-applikazzjoni mbagħad tiġi vverifikata sabiex jiġi kkonfermat li hija eliġibbli għall-evalwazzjoni. Galadarba l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata eliġibbli, isir assessment inizjali minn professjonisti  u  tiġi kkwalifikata permezz ta’ sistema ta’ punti prestabbilità. Din is-sistema hija mfassla biex tiżgura li l-evalwazzjoni tkun oġġettiva, trasparenti u konsistenti, u mhux ibbażata fuq opinjonijiet personali. Il-punti mogħtija jwasslu għal klassifikazzjoni ta’ prijorità li tindika l-livell ta’ ħtieġa jew urġenza tal-applikazzjoni. Skont il-punteġġ miksub, l-applikazzjoni tiġi kklassifikata bħala: ·       Baxx ·       Medju ·       Għoli ·       Għoli Ħafna Id-deċiżjoni finali dwar l-allokazzjoni tittieħed mill-Board tal-Allokazzjonijiet u tiġi kkomunikata lill-applikant skont il-proċeduri stabbiliti.