Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jew kumpaniji li għandhom aktar minn:
(i) ħames permessi,
(ii) għaxar permessi, jew
(iii) għoxrin permess,
relatat ma’ taxis jew Y-plates?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liem permessi qed jirreferi f’din il-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-permessi għat-taxis, Y-plates, chauffeur services, u ride-hailing platforms li nħarġu matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 ingħataw lil:
(i) individwi Maltin;
(ii) ċittadini barranin;
(iii) kumpaniji reġistrati Malta; u
(iv) kumpaniji barranin?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liem permessi qed jirreferi f’din il-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-kriterji użati biex ġew approvati l-permessi ġodda għal-liċenzji tat-taxis tradizzjonali, tal-Y-plates, tax-chauffeur services, u tar-ride-hailing platforms? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn il-kriterji nbidlux matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kriterji għall-ħruġ ta’ liċenzji u permessi ġodda għas-servizzi msemmija huma stabbiliti f’qafas leġiżlattiv, jigifieri fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 499.59 li titratta r-Regolamenti dwar Servizz tat-Taxis u l-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 499.68 dwar ir-Regolamenti dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri Żgħar u Servizzi ta’ Kiri ta’ Vetturi. Ninfurmah ukoll li ma kien hemm l-ebda emenda f’dawn il-leġizlazzjonijiet fix-xhur msemmija.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tan-numru ta’ liċenzji ġodda maħruġa għal:
(i) taxis tradizzjonali;
(ii) Y-plates;
(iii) chauffeur services; u
(iv) ride-hailing platforms?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkjarifika l-perjodu li għalih qed jirreferi u jispeċifika t-tip ta’ liċenzja li qed jitlob l-informazzjoni dwarha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ġodda għal taxis u Y-plates matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi mwieġba fil-kuntest tal-informazzjoni mitluba.
Filfatt qed jiġi nnutat li t-talba mill-pubbliku għas-servizz tal-Y-plates qiegħed kull ma jmur jieħu rwol importanti fl-ekosistema tal-mobbilta’ f’pajjiżna. L-aħħar figuri juru li d-domanda għal dan is-servizz qed jikber b’rata ħafna iktar mgħaġġla miż-żieda fin-numru ta’ operaturi ġodda.
Filfatt meta wieħed jagħmel paragun bejn Frar-Mejju 2025 u Frar-Mejju 2026, filwaqt li l-operaturi attivi żdiedu minn 2,049 għal 2,419, cioe żieda ta’ 15.2%, in-numru ta’ vjaġġi fl-istess perjodu f’din is-sena, u cioe minn Frar sa Mejju 2026 biss, żdied minn 3,008,367 għal 5,061,576 fl-istess perjodu is-sena l-oħra, u cioe żieda ta’ iktar minn 2 miljun vjaġġ, jew 68.2%.
Dan ifisser li fuq medja, operatur li sas-sena l-oħra għamel 1,469 vjaġġ bejn Frar u Mejju tal-2025, din is-sena operatur wieħed kellu jagħmel 2,093 vjaġġ għall-istess perjodu. 624 vjaġġ jew 46.1%, iżjed bħala medja, għal kull operatur.
L-ammont ta’ permessi ġodda ta’ operaturi li ħarġet Transport Malta fix-xhur indikati mill-Onorevoli Interpellant huwa 51 fi Frar 2026, 32 f’Marzu 2026, 50 f’April 2026 u 43 f’Mejju 2026. Total ta’ 176 operatur, li minnhom 112 huma operaturi Maltin, filwaqt li 64 huma operaturi ta’ nazzjonalita’ terza.
Dawn in-numri juru b’mod ċar li l-politika tal-Gvern għall-użu ta’ mobbilta’ alternattiva minflok il-kastig, qed tibda tħalli frott hekk kif iktar residenti u turisti, qed juru trend lejn użu iktar frekwenti ta’ y-plates, trasport bil-baħar, u tal-linja. L-għażla tan-nies għall-użu ta’ mezzi alternattivi ta’ trasport, tnaqqas id-dipendenza fuq l-użu tal-vetturi privati, kif ukoll il-pressjoni fuq il-postijiet tal-parkeġġ.
Dan il-Gvern kommess għal aktar xogħol u inċentiv fuq l-użu tal-mobbilta’ alternattiva u għalhekk Malta-in-Motion ser tara li dawn is-servizzi jiżdiedu u jitjiebu sabiex il-poplu jingħata aktar għażla fuq kif għandu jivvjaġġja minn post għall-ieħor.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati konċessjonijiet ta' artijiet wara l-elezzjoni ġenerali tal-2026 u jekk dawn kenux diġà pendenti qabel l-elezzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx audit intern jew investigazzjoni dwar il-proċess tal-għoti ta’ art pubblika matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Konċessjonijiet ta’ artijiet - MoUs, concession agreements/side agreements
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull memorandum of understanding, concession agreement jew side agreement relatat ma’ dawk il-konċessjonijiet ta’ artijiet li ngħataw fi Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux intenzjoni jirrevedi l-policy dwar konċessjonijiet ta’ artijiet fuq art pubblika sabiex ikun hemm aktar trasparenza u accountability?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Konċessjonijiet ta’ artijiet - allegat kunflitt ta’ interess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ allegat kunflitt ta’ interess ġie investigat relatat ma’ konċessjonijiet ta’ artijiet li ngħataw fi Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Konċessjonijiet ta’ artijiet - Impact assessments ambjentali jew infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux impact assessments ambjentali jew infrastrutturali qabel l-approvazzjoni ta’ dawk il-konċessjonijiet li ngħataw fi Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw konċessjonijiet ta' artijiet matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 li jinvolvu art pubblika ODZ jew art li qabel kienet protetta minn żvilupp?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Konċessjonijiet ta’ artijiet - Valutazzjonijiet u ftehimiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-valuations u agreements relatati ma’ dawk il-konċessjonijiet li ngħataw matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Konċessjonijiet ta’ artijiet - Valutazzjonijiet indipendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux valuations indipendenti qabel ma ġew approvati dawk il-konċessjonijiet ta’ artijiet fi Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-konċessjonijiet ta’ artijiet li ħarġu matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 ingħataw lil:
kumpaniji privati;
developers;
NGOs; jew
individwi privati?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawk il-konċessjonijiet ta’ artijiet li nħarġu matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 ingħatawx permezz ta’:
sejħa pubblika;
direct order;
negozjati diretti; jew
arranġamenti oħra?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-konċessjonijiet ta’ artijiet approvati matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026, inkluż:
il-lokalità;
id-daqs tal-art;
l-użu propost;
il-valur stmat tal-art; u
l-entità jew persuna benefiċjarja?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Konċessjonijiet ta’ artijiet mill-Gvern jew minn entitajiet governattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati konċessjonijiet ta’ artijiet mill-Gvern jew minn entitajiet governattivi matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Memorandum, policy guidance jew internal circulars dwar l-ipproċessar ta’ construction permits
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull memorandum, policy guidance jew internal circular relatata mal-ipproċessar ta’ construction permits maħruġa matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanet li t-tweġiba ser tingħata f' xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux l-intenzjoni li jirrevedi l-policies dwar:
(i) l-għoli tal-bini;
(ii) id-densità urbana;
(iii) il-protezzjoni tal-ispazji miftuħa; u
(iv) l-impatt fuq il-kwalità tal-ħajja tar-residenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aspetti tal-ippjanar tal-iżvilupp, li għamel referenza għalihom, jiffurmaw parti integrali mill-qafas ta’ politika tal-Pjan Strategiku (SPED), il-Pjani Lokali u l-Policies Sussidjarji li qed jiġu analizzati mill-Awtorita’ tal-Ippjanar sabiex tkun tista’ tirrakkomanda t-tibdil meħtieġ biex ikunu jistgħu jintlaħqu l-miri tal-Vision 2050 u anke tal-Manifest Int Malta.