AIR MALTA — Ħaddiema trasferiti ma’ entitajiet taħt il-Ministeru responsabbli mit-Trasport
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ nies li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li ġew trasferiti f’entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru responsabbli mit-Trasport? Fejn ġew impjegati; x’inhi l-kariga li ngħataw; x’inhi l-iskala; kemm hu s-salarju tagħhom u kemm fadlilhom snin servizz sakemm jiġu għall-età tal-irtirar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Entitajiet – Nies fit-tmexxija li waslu biex jirtiraw
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kemm hemm nies li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta CEOs jew Heads li waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw l-entità tibqa’ għaddejja mingħajr ebda skossi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru ma hemm l-ebda CEO jew Head li waslu għall-età tal-irtirar.
Entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru – advisors impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista għal kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm huwa l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu infermiera ġodda minn pajjiżi terzi mill-bidu tas-sena sakemm titwieġeb il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid mil-liema pajjiżi huma? Jista' jgħid jekk, biex jaħdmu hawn Malta, jsirx top up course, kemm idum, min jofrih, jekk isirx ħlas u jekk iva, kemm? Jista' jgħid x'qed isir biex jiġu infermiera minn barra għax rapporti wrew li dawn qed jitilqu u mhux jiġu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nurses gradwati mill-Università ta’ Malta u mill-MCAST kollha jkunu offruti impjieg mas-servizz tas-saħħa tal-Gvern irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom. Fil-fatt din is-sena diġà gew ingaġġati 99 nurse mal-Gvern.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks (INDIS Malta)
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom encroachment agreement ma' Malta Industrial Parks li saret INDIS Malta u li kienu qegħdin iħallsu pagamenti kull xahar però wara ċert żmien dan l-encroachment agreement temmewh mingħajr qatt ma intużaw il-binjiet li għalihom kienet qed titħallas il-kera? Minn 2018 'il quddiem u jekk ittiħditx azzjoni fejn sar infiq bla bżonn u ħela?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għad-direct orders li ngħataw relatati mal-Malta Metro, jista’ l-Ministru jgħid liema hija ċ-ċifra korretta u ċjoè jekk hux is-somma ta’ €77,000 skont dak li wieġeb l-Onor. Ian Borg fil-Parlament meta matul il-leġiżlatura li għaddiet kien jokkupa l-kariga ta’ Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, jew jekk hix is-somma ta’ €424,000 li ġiet pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx b’dawn id-direct orders? Jekk iva, jista’ jgħid għaliex għadu ma tkellimx dwarhom u jekk le jistax jgħid x’beħsiebu jagħmel dwarhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx bid-direct orders li ngħataw relatati mal-Malta Metro? Jekk iva, jista’ jgħid għaliex għadu ma tkellimx dwarhom u jekk le jistax jgħid x’beħsiebu jagħmel dwarhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninsab infurmat li d-dettalji dwar dawn id-direct orders ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.