Legislature:
Category:
Reset
Active:

Elezzjoni Ġenerali 2026 – Persuni li twieldu barra minn Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna li twieldet barra minn Malta kienet reġistrata biex tivvota fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita’ kostituzzjonali indipendenti li ma’ taqa’ taħt il-kontroll ta’ l-ebda Ministeru.  Peress li l-mistoqsijiet tal-Onor Membru qed jirreferu għal statistika marbuta mal-proċess elettorali, li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kummissjoni Elettorali, nitlob li l-mistoqsijiet jitressqu għal kunsiderazzjoni tal-istess entita’ kostituzzjonali.

Ġbir ta’ data demografika

Question

Jekk statistika dwar il-kompożizzjoni reliġjuża ma teżistix, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx intenzjoni li tinġabar data demografika aktar dettaljata dwar l-elettorat?

Response (ABELA, ROBERT)

Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita’ kostituzzjonali indipendenti li ma’ taqa’ taħt il-kontroll ta’ l-ebda Ministeru.  Peress li l-mistoqsijiet tal-Onor Membru qed jirreferu għal statistika marbuta mal-proċess elettorali, li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kummissjoni Elettorali, nitlob li l-mistoqsijiet jitressqu għal kunsiderazzjoni tal-istess entita’ kostituzzjonali.

Elettorat Malti – Statistika uffiċjali dwar il-kompożizzjoni reliġjuża

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix statistika uffiċjali dwar il-kompożizzjoni reliġjuża tal-elettorat Malti?

Response (ABELA, ROBERT)

Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita’ kostituzzjonali indipendenti li ma’ taqa’ taħt il-kontroll ta’ l-ebda Ministeru.  Peress li l-mistoqsijiet tal-Onor Membru qed jirreferu għal statistika marbuta mal-proċess elettorali, li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kummissjoni Elettorali, nitlob li l-mistoqsijiet jitressqu għal kunsiderazzjoni tal-istess entita’ kostituzzjonali.

Persuni li kisbu ċ-ċittadinanza Maltija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm persuni kisbu ċ-ċittadinanza Maltija bejn l-2022 u l-2026 u kemm minn dawn il-persuni ġew inklużi fir-reġistru elettorali?

Response (ABELA, ROBERT)

Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita’ kostituzzjonali indipendenti li ma’ taqa’ taħt il-kontroll ta’ l-ebda Ministeru.  Peress li l-mistoqsijiet tal-Onor Membru qed jirreferu għal statistika marbuta mal-proċess elettorali, li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kummissjoni Elettorali, nitlob li l-mistoqsijiet jitressqu għal kunsiderazzjoni tal-istess entita’ kostituzzjonali.

Elezzjoni Ġenerali 2026 – Votanti naturalizzati – Statistika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika maqsuma skont is-sena ta’ naturalizzazzjoni tal-votanti li kienu eliġibbli biex jivvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita’ kostituzzjonali indipendenti li ma’ taqa’ taħt il-kontroll ta’ l-ebda Ministeru.  Peress li l-mistoqsijiet tal-Onor Membru qed jirreferu għal statistika marbuta mal-proċess elettorali, li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kummissjoni Elettorali, nitlob li l-mistoqsijiet jitressqu għal kunsiderazzjoni tal-istess entita’ kostituzzjonali.

Elezzjoni Ġenerali 2026 – Ċittadini Maltin naturalizzati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mill-votanti reġistrati fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2026 kienu ċittadini Maltin naturalizzati?

Response (ABELA, ROBERT)

Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita’ kostituzzjonali indipendenti li ma’ taqa’ taħt il-kontroll ta’ l-ebda Ministeru.  Peress li l-mistoqsijiet tal-Onor Membru qed jirreferu għal statistika marbuta mal-proċess elettorali, li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kummissjoni Elettorali, nitlob li l-mistoqsijiet jitressqu għal kunsiderazzjoni tal-istess entita’ kostituzzjonali.

Elezzjoni Ġenerali 2026 – Votanti reġistrati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ votanti reġistrati fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita’ kostituzzjonali indipendenti li ma’ taqa’ taħt il-kontroll ta’ l-ebda Ministeru.  Peress li l-mistoqsijiet tal-Onor Membru qed jirreferu għal statistika marbuta mal-proċess elettorali, li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kummissjoni Elettorali, nitlob li l-mistoqsijiet jitressqu għal kunsiderazzjoni tal-istess entita’ kostituzzjonali.

Lista ta’ kumpaniji multinazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux intenzjoni jippubblika lista ta’ kumpaniji multinazzjonali li qed jibbenefikaw minn arranġamenti fiskali partikolari permezz ta’ sussidjarji Maltin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lista li qed jirreferi għaliha ma tistax tiġi ppubblikata peress li tinkludi informazzjoni li taqa’ taħt ir-reġim fiskali u lskont id-dispożizzjonijiet tal-Atti dwar it-Taxxa Kap. 372.

Kumpaniji multinazzjonali – Minimum corporate tax

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta hijiex qed tapplika b’mod sħiħ il-ftehim internazzjonali dwar minimum corporate tax globali ta’ 15% għall-kumpaniji multinazzjonali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-regoli Globali Kontra l-Erosjoni tal-Bażi tat-Taxxa (Pillar Two) ġew implimentati fl-UE permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2022/2523 tal-14 ta’ Diċembru 2022. Skont l-Artikolu 50(1) ta’ dik id-Direttiva tal-UE, Stati Membri li għandhom mhux aktar minn 12 ultimate parent entities ta' gruppi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva setgħu jagħżlu li ma japplikawx ir-regola ta' inklużjoni tal-introjtu (IIR) u ir-regola dwar il-profitti sottontaxxati (UTPR) għal sitt snin fiskali konsekuttivi li jibdew mill-31 ta’ Diċembru 2023. Malta nnotifikat lill-Kummissjoni tal-UE f’Settembru 2023 bl-interess tagħha li tapplika tali deroga, u dan sussegwentement ġie rreġistrat uffiċjalment mill-Kummissjoni tal-UE fil-Ġurnal Uffiċjali

Kumpaniji multinazzjonali – Strutturi fiskali – Reputazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern iqisx li strutturi fiskali relatati ma’ kumpaniji multinazzjonali jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni internazzjonali ta’ Malta fil-qasam tat-taxxa u l-governanza finanzjarja?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern jirrikonoxxi li r-reputazzjoni internazzjonali ta’ pajjiż fil-qasam tat-taxxa u l-governanza finanzjarja hija element kruċjali għall-fiduċja tal-investituri u għall-pożizzjoni ta’ Malta fis-sistema ekonomika globali. Kien għalhekk li s-sistema ta’ tassazzjoni tagħna ġiet approvata mill-Kummissjoni Ewropeja fil-proċess li Malta wettqet meta saret Stat Membru tal-Unjoni. Dan sar wara proċess ta’ diskussjoni fl-għola livell. F’dan il-kuntest, il-Gvern iqis li dak li jista’ potenzjalment jagħmel ħsara lir-reputazzjoni mhuwiex l-eżistenza ta’ strutturi fiskali leġittimi relatati ma’ kumpaniji multinazzjonali, iżda kwalunkwe użu abbużiv jew mhux trasparenti ta’ tali strutturi li ma jkunx konformi mal-istandards internazzjonali. Għaldaqstant, il-Gvern ma jqisx li strutturi fiskali leġittimi fihom infushom jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta, iżda jenfasizza li kull forma ta’ abbuż jew nuqqas ta’ konformità għandha tiġi indirizzata b’mod determinat sabiex tiġi mħarsa u msaħħa r-reputazzjoni tal-pajjiż. Bħal ma dejjem sar, iż-żewġ naħat tal-kamra dejjem ġibdu l-istess ħabel fuq is-sistema fiskali tal-pajjiż u nittama li l-oppożizzjoni ma tbiddilx tali approċċ fl-aħjar interess tal-pajjiż.

Kumpaniji multinazzjonali – Studji/analiżi

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull studju jew analiżi li saru mill-Ministeru tal-Finanzi dwar ir-riskju reputazzjonali għal Malta bħala ċentru finanzjarju minħabba l-arranġamenti fiskali għal kumpaniji multinazzjonali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma sar ebda studju jew analiżi dwar riskju reputazzjonali għal Malta bħala ċentru finanzjarju minħabba l-arranġamenti fiskali għal kumpaniji multinazzjonali.

Kumpaniji reġistrati f’Malta – Dħul/profitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija reġistrata f’Malta m’għandhomx impjegati iżda tirraporta dħul jew profitti ta’ aktar minn €10 miljun fis-sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-analiżi tal-informazzjoni disponibbli mill-formoli tat-taxxa mibgħuta, jirriżulta li kien hemm 81 kumpannija reġistrata f’Malta li m’għandhiex impejgati u li ddikjarat dħul taxxabbli f’Malta li jaqbeż l-€10 miljun. Nixtieq nirrimarka li in-numru ta’ impjegati li entità tirrapporta  f’ġurisdizzjoni partikolari ma jippermettix, waħdu, sabiex wieħed jasal għal konklużjonijiet dwar il-funzjonijiet, l-attivitajiet jew il-pożizzjoni fiskali tagħha. Ma jkunx opportun, għalhekk, li minn indikaturi jew elementi iżolati jinġibdu riżultati dwar kategoriji partikolari ta’ entitajiet jew gruppi multinazzjonali. Għaldaqstant, il-Gvern iqis li kwalunkwe konsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ din in-natura għandha ssir bil-prudenza meħtieġa, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti, iċ-ċirkostanzi u l-kuntest rilevanti kollha, sabiex jiġu evitati konklużjonijiet jew inferenzi li jistgħu ma jkunux sostnuti mill-kuntest sħiħ tal-fatti.

Liġijiet fiskali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux intenzjoni jemenda jew isaħħaħ il-liġijiet fiskali sabiex jipprevjeni l-użu ta’ kumpaniji “letterbox” jew entitajiet mingħajr attività ekonomika reali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern jibqa’ impenjat b’mod kostanti li jiżgura li l-qafas fiskali u regolatorju ta’ pajjiżna jkun robust, trasparenti u konformi mal-istandards Ewropej u internazzjonali. F’dan il-kuntest, għandu jiġi enfasizzat li Malta diġà implimentat numru ta’ miżuri, kemm fil-qasam tat-taxxa kif ukoll f’dak regolatorju, li jindirizzaw il-kwistjoni ta’ entitajiet mingħajr sostanza ekonomika reali. Dawn il-miżuri jinkludu, fost oħrajn, regoli relatati mal-beneficial Ownership, rekwiżiti ta’ rapportar u obbligi ta’ konformità skont direttivi Ewropej u standards tal-OECD. Il-Gvern qed ikompli jsegwi mill-qrib l-iżviluppi fuq livell Ewropew u internazzjonali, inklużi inizjattivi mmirati lejn it-tisħiħ tar-regoli kontra l-użu ħażin ta’ strutturi legali. F’dan is-sens, il-pożizzjoni tal-Gvern hija li jkompli jtejjeb u jaġġorna l-qafas leġiżlattiv fejn meħtieġ, filwaqt li jiġi żgurat li jinżamm bilanċ xieraq bejn l-integrità tas-sistema fiskali u l-kompetittività tas-settur ekonomiku. Għalhekk, kull proposta għal emendi ulterjuri f’dan il-qasam tiġi evalwata bir-reqqa fuq bażi kontinwa, fid-dawl tal-obbligi internazzjonali ta’ Malta u fl-interess li jiġi mħares l-użu ġust u trasparenti tas-sistema fiskali

Kumpaniji multinazzjonali – Strutturi fiskali – Skrutinju/reviżjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta kinitx suġġetta għal xi skrutinju jew reviżjoni minn istituzzjonijiet Ewropej jew internazzjonali minħabba l-istrutturi fiskali relatati ma’ kumpaniji multinazzjonali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Malta, bħall-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea u membri ta’ fora internazzjonali rilevanti, hija soġġetta għal diversi mekkaniżmi ta’ skrutinju u reviżjoni regolari fir-rigward tal-qafas tagħha ta’ tassazzjoni, inklużi aspetti relatati ma’ kumpaniji multinazzjonali. Dawn ir-reviżjonijiet isiru, fost l-oħrajn, fil-kuntest ta’ proċessi tal-Unjoni Ewropea bħall-valutazzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar it-Tassazzjoni tan-Negozju, kif ukoll permezz ta’ inizjattivi globali taħt l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD), inklużi peer reviews dwar l-implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali relatati mat-trasparenza u kontra l-erożjoni tal-bażi tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitti (BEPS). Il-Gvern Malti jikkopera b’mod sħiħ ma’ dawn il-proċessi u jkompli jadatta u jaġġorna l-qafas leġiżlattiv u amministrattiv tiegħu fejn meħtieġ, sabiex jiġi żgurat allinjament mal-istandards internazzjonali u Ewropej, filwaqt li tinżamm il-kompetittività u l-integrità tas-sistema fiskali Maltija. F’dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-parteċipazzjoni f’dawn il-proċessi ta’ skrutinju hija parti normali mill-obbligi ta’ Malta bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u bħala membru ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, u ma tindikax b’mod partikolari xi nuqqasijiet speċifiċi lil hinn minn dak li jiġi identifikat u indirizzat fil-kuntest ta’ dawn il-proċessi stess.

Kumpaniji multinazzjonali – Regoli fiskali ta’ Malta – Komunikazzjoni/tħassib

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti rċeviex xi komunikazzjoni jew tħassib minn awtoritajiet Amerikani jew Ewropej dwar ir-regoli fiskali ta’ Malta relatati ma’ kumpaniji multinazzjonali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti, permezz tal-awtoritajiet kompetenti, iżomm djalogu kontinwu ma’ awtoritajiet internazzjonali, fosthom dawk Ewropej u Amerikani, u dan dwar diversi aspetti tar-regoli fiskali u żviluppi relatati ma’ kumpaniji multinazzjonali partikolari. F’dan il-kuntest, Malta hija impenjata li tosserva l-obbligi tagħha taħt il-qafas tal-Unjoni Ewropea u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, fosthom l-OECD. Kull komunikazzjoni li ssir f’dan l-ambitu ġeneralment tkun parti minn dan il-proċessi kontinwu ta’ koperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni, u ma tiġix meqjusa bħala xi forma ta’ azzjoni straordinarja jew separata.

Kumpaniji multinazzjonali Amerikani – Taxxi mħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu fondi fit-Teżor minn taxxa mħallsa minn kumpaniji multinazzjonali Amerikani matul l-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-analiżi tal-informazzjoni disponibbli mill-formoli tat-taxxa mibgħuta, jirriżulta li t-taxxa ddikjarata fil-formola tat-taxxa kienet skont it-tabella li ġejja: Sena Taxxa ddikjarata fil-formola tat-taxxa (€) 2020 24,735,734 2021 64,574,734 2022 64,020,093 2023 58,385,378 2024 118,046,491 L-ammonti indikati jirrappreżentaw biss it-taxxa ddikjarata mill-entitajiet kostitwenti Maltin identifikati permezz tan-notifikazzjonijiet DAC4. Din it-taxxa hija dovuta skont il-liġijiet fiskali Maltin u tirrifletti l-attivitajiet u s-sustanza ekonomika tal-entitajiet rispettivi f’Malta. Għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana interpretat il-kliem "kumpaniji multinazzjonali Amerikani " bħala li jirreferi għal gruppi multinazzjonali li għandhom l-Ultimate Parent Entity residenti fl-Istati Uniti tal-Amerka u li huma suġġetti għar-rappurtar Country-by-Country taħt id-DAC4, jiġifieri gruppi b'dħul konsolidat annwali ta' mill-inqas €750 miljun.

Kumpaniji multinazzjonali – Strutturi reġistrati f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar kemm kumpaniji multinazzjonali għandhom strutturi reġistrati f’Malta mingħajr impjegati iżda li jirrappurtaw profitti sostanzjali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-analiżi tal-informazzjoni disponibbli mill-Country-by-Country Reporting (DAC4), u mill-formoli tat-taxxa mibgħuta, jirriżulta li kien hemm 19-il grupp multinazzjonali distint li għandhom 23 entità kostitwenti reġistrata f'Malta li ma rrappurtaw ebda impjegat u ddikjaraw dħul taxxabbli f’Malta li jaqbeż l-€10 miljun. Għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana interpretat il-kliem "kumpaniji multinazzjonali" bħala li jirreferi għal gruppi multinazzjonali li jaqgħu taħt ir-rekwiżiti ta' rappurtar Country-by-Country (DAC4), jiġifieri gruppi b'dħul konsolidat annwali ta' mill-inqas €750 miljun. Nixtieq nirrimarka li terminu użat fil-mistoqsija, “kumpaniji multinazzjonali”, tista’ tkun suġġetta għal tifsiriet differenti skont il-kuntest applikabbli. Għalhekk, ma jkunx opportun li minn indikaturi jew elementi iżolati jinġibdu konklużjonijiet dwar kategoriji partikolari ta’ entitajiet jew gruppi multinazzjonali. Għaldaqstant, il-Gvern iqis li kwalunkwe konsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ din in-natura għandha ssir bil-prudenza meħtieġa, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti, iċ-ċirkostanzi u l-kuntest rilevanti kollha, sabiex jiġu evitati konklużjonijiet jew inferenzi li jistgħu ma jkunux sostnuti mill-kuntest sħiħ tal-fatti.

Kumpaniji – Profitti sostanzjali f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kumpanija tistax tirreġistra profitti sostanzjali f’Malta permezz ta’ entità mingħajr impjegati jew attività ekonomika sostanzjali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fir-rigward tal-mistoqsija, kumpaniji jirreġistraw profitti fil-kontijiet tagħhom u għal finijiet fiskali, wieħed jistenna li jiġu ddikjarati profitti skont kif titlob il-liġi. Tajjeb li wieħed ifakkar li s-sistema fiskali Maltija hija bbażata fuq prinċipji ta’ trasparenza, konformità mal-liġi u allinjament mar-regoli tal-Unjoni Ewropea u dawk internazzjonali. F’dan il-kuntest, wieħed jistenna li l-profitti jiġu vvalutati u allokati skont fejn effettivament jitwettqu l-funzjonijiet rilevanti, fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet essenzjali u fejn ikun hemm livell adegwat ta’ sustanza ekonomika. Iċ-ċirkustanzi konkreti tal-każ u r-realtà ekonomika għandhom rilevanza f’dan kollu, u għaldaqstant, in-numru ta’ mpjegati u l-attività sostanzjali jistgħu jkunu fatturi rilevanti f’dan ir-rigward.

Kumpaniji Amerikani f’Malta – Sussidjarji reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kumpaniji Amerikani għandhomx jew kellhomx sussidjarji reġistrati f’Malta li ddikjaraw profitti globali minkejja li ma kellhomx impjegati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-analiżi tal-informazzjoni disponibbli mill-Country-by-Country Reporting (DAC4), jirriżulta li kien hemm entitajiet reġistrati f’Malta li ddikjaraw profitt fil-formoli tat-taxxa tagħhom minkejja li ma rrappurtaw ebda impjegati. Nixtieq nirrimarka li termini użati fil-mistoqsija, inklużi “kumpaniji Amerikani”, “sussidjarji”, u “profitti globali” jistgħu jkunu suġġetti għal tifsiriet differenti skont il-kuntest applikabbli. Barra minn hekk, in-numru ta’ impjegati li entità tirrapporta  f’ġurisdizzjoni partikolari ma jippermettix, waħdu, sabiex wieħed jasal għal konklużjonijiet dwar il-funzjonijiet, l-attivitajiet jew il-pożizzjoni fiskali tagħha. Ma jkunx opportun, għalhekk, li minn indikaturi jew elementi iżolati jinġibdu riżultati dwar kategoriji partikolari ta’ entitajiet jew gruppi multinazzjonali. Għaldaqstant, il-Gvern iqis li kwalunkwe konsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ din in-natura għandha ssir bil-prudenza meħtieġa, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti, iċ-ċirkostanzi u l-kuntest rilevanti kollha, sabiex jiġu evitati konklużjonijiet jew inferenzi li jistgħu ma jkunux sostnuti mill-kuntest sħiħ tal-fatti.

Ċentri ta’ Detenzjoni - Persunal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi internal assessment dwar il-livell ta’ persunal meħtieġ biex dawn iċ-ċentri ta’ detenzjoni joperaw b’mod effiċjenti u sigur?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-livell ta’ persunal meħtieġ f’kull blokka huwa definit permezz ta’ Minimum Safe Complement, li ġie wkoll maqbul mal-union tal-ħaddiema u nassiguraħ illi huwa suffiċjenti u sigur.