Transport Malta — testijiet ta' vetturi - persuni mħarġa
Question
B'referenza għall-ittestjar tal-vetturi minn Transport Malta, jista' l-Ministru jgħid x’taħriġ jingħataw dawk li jagħmlu t-testijiet? Meta l-aħħar li ħadu xi taħriġ? Min għamlilhom dan it-taħriġ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk li jagħmlu dawn it-testijiet, jingħataw taħriġ fuq kif jitħaddmu l- inġenji / makkinarju / equipment hekk kif twieġbet il-Mistoqsija Parlamentari Numru 14997. L-ahhar taħriġ sar barra minn Malta fl-2023. Dan it-taħriġ sar mill-European Labour Authority flimkien mal-pulizija stradali Spanjola. Lokalment, ingħata taħriġ minn Inġinier lokali. Sar ukoll taħriġ ieħor minn kumpanija privata fuq uħud mill-apparat li ssemma fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14997. Isir ukoll taħriġ intern minn uffiċjali tal-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid b’kemm għandu jiżdied il-baġit li jmiss għas-settur tas-saħħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed jiġi implimentat il-baġit tal-2024. Il-baġit tal-2025 jitħabbar u jiġi diskuss aktar tard din is-sena.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Targets
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema targets ser jintlaħqu mill-baġit allokat għas-settur tas-saħħa għal din is-sena? Jista’ jgħid liema targets għandhom jingħataw prijorità immedjata, prijorità medja (għas-sena d-dieħla) u liema għandhom jingħataw prijorità aktar fit-tul?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-qasam kemm tas-saħħa kif ukoll tal-anzjanità attiva l-prijorità, dejjem u l-ħin kollu, hi l-ġid tal-pazjent. Fiż-żmien li ġej ikolli l-opportunità nispjega x’inhuma l-prijoritajiet immedjati, medji u fit-tul.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi jsir l-ittestjar tal-vetturi minn Transport Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tottempera ruħha ma’ dak stipulat f’Leġislazzjoni Sussidjarja 65.33 u Leġislazzjoni Sussidjarja 499.68.
Transport Malta — Ittestjar ta' Vetturi kummerċjali u domestiċi
Question
B'referenza għall-ittestjar tal-vetturi minn Transport Malta, jista' l-Ministru jgħid jekk issirx differenza bejn vetturi kummerċjali u dawk domestiċi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemmx differenza fit-test ta’ ‘roadworthiness’ bejn vetturi kummerċjali u dawk domestiċi. Madanakollu, vetturi kummerċjali li jintużaw għal trasport ta’ passiġġieri, jiġu spezzjonati ukoll kemm f’dak li jirrigwarda manutenzjoni kif ukoll l-indafa ġenerali tal-vettura. Aktar minn hekk, vetturi kummerċjali li jintużaw għal tagħbija jiġu ttestjati ukoll fuq it-tagħbija li jkunu qed iġorru permezz ta’ miżien apposta. Inoltre, vetturi li jġorru merkanzija perikoluża (Dangerous Goods) isirilhom test ukoll skond ir-regoli tal-ADR* f’dak li jirrigwarda is-safety equipment kemm tax-xufier kif ukoll tat-tagħbija.
*Accord Européen Relatif au Transport International des Marchandises Dangereuses par Route, i.e. The European Agreement concerning the International Carriage of Dangerous Goods by Road.
Transport Malta — Ittestjar ta' vetturi - persuni fid-dipartiment
Question
B'referenza għall-ittestjar tal-vetturi minn Transport Malta, jista’ jgħid kemm hemm persuni addetti f’dan id-dipartiment? Xi kwalifiki għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġewwa Transport Malta hemm tmien (8) uffiċjali għal tali skop. Tnejn (2) mill-uffiċjali huma kwalifikati bħala VRT testers, erba’ (4) uffiċjali oħra ingħataw taħriġ minn Inġinier lokali fuq ‘dangerous goods’, filwaqt li żewġ (2) uffiċjali oħra ingħaqdu riċentement mas-sezzjoni u fil-futur qrib ser jingħataw taħriġ specjalizzat.
B'referenza għall-ittestjar tal-vetturi minn Transport Malta, jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' x'tip ta’ vetturi kienu u s-sena ta' meta ġew immanifatturati l-vetturi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twegiba ser tinghata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. Taħt min taqa’ r-responsabilità tas-sinjaletika fit-toroq?
b. Min jagħmel l-ippjanar?
c. Min jeżegwixxi l-immarkar u jwaħħel it-tabelli (signage)?
d. Jeżistux street/road signs illuminati f’pajjiżna?
e. Fejn?
f. Kemm intefqu fuq hekk fis-sena 2023?
g. Kif jikkompara mas-sentejn ta’ qabel?
h. Jekk isirx studju dwar l-adegwatezza tas-signage/markings fit-toroq tagħna?
i. Meta sar l-aħħar?
j. Kif jikkompara mas-sentejn ta’ qabel?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. Kemm intużaw kuntratturi differenti fuq bini ta’ toroq matul is-sena 2023?
b. Min kienu?
c. Kemm tħallsu?
d. Kemm mill-kuntratti kienu bl-offerta?
e. Kemm kienu direct orders?
f. Min kienu l-kuntratturi bl-offerti milqugħa?
g. X’kien il-valur ta’ dawn il-kuntratti?
h. Min kienu dawk b’direct order?
i. X’kien il-valur ta’ dawn l-orders?
j. Kif jikkompara dan mas-sentejn ta’ qabel?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. Kemm inxtraw speed guns mill-Gvern jew aġenziji tiegħu?
b. Kemm intużaw minnhom matul is-sena 2023?
c. Kemm ġew mogħtija ċitazzjonijiet minn meta ġew introdotti?
d. Kemm kien il-valur tagħhom?
e. Kemm minnhom tħallsu?
f. Kemm kien il-valur miġbur?
g. Kemm għadhom mhux imħallsa?
h. Kemm huwa l-valur tagħhom?
i. Kemm hemm uffiċjali adetti biex jużawhom?
j. Jekk dawn ingħatawx xi taħriġ?
k. X’taħriġ ingħataw, minn min u kemm dam?
l. Jekk jeżistux linji gwida kif jintużaw?
m. Kif ġew ikkalibrati l-ispeed guns u minn min?
n. Xi protocols intużaw?
o. Jekk sarx xi studju dwar fejn għandhom jintużaw u kif?
p. Min għamlu?
q. X’direzzjoni (brief) ingħata?
r. Kif qed jintgħażlu l-postijiet fejn ikunu qed jistennew bl-ispeed guns?
s. Min jiddeċiedi?
t. Jekk hemmx xi sinjaletika li tindika triq/żona ta’ speed guns u jekk iva fejn u jekk le għalfejn ma sarux?
u. Jekk hemmx speed limit marking ċar u viżibbli kull fejn qed jintużaw?
v. Jekk hux qiegħed jittieħed record ta’ fejn ikunu qed jintużaw biex fuq medda ta’ żmien jitkejjel is-suċċess tagħhom biex inaqqsu l-inċidenti f’dik it-triq/żona partikolari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma tużax ‘speed guns’ għal skopijiet ta’ infurzar. Għaldaqstant ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din ilmistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Persons of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. Kemm hemm ‘persons of trust’ mal-Ministeru?
b. X’funzjoni għandhom?
c. Kemm ilhom fl-inkarigu?
d. Kif intgħażlu?
e. Kif inhuma impjegati?
f. X’kuntratti għandhom?
g. Kemm jitħallsu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li qed jirreferi għalihom huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. Kemm hemm proġetti kapitali għaddejjin bħalissa u f’liema stadju waslu?
b. Kemm tlestew proġetti kapitali fl-aħħar sentejn?
c. Kemm kienet in-nefqa kapitali?
d. Jekk kienx hemm overruns?
e. Kemm kienu?
f. Kemm tlestew proġetti kapitali mis-sena 2017?
g. Kemm kienet in-nefqa kapitali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Fid-dawl li numru ta' snin ilu l-Gvern kien ħabbar li ser jintefqu seba’ mitt miljun Euro f'toroq, jista’ l-Ministru jgħid:
a. Kemm saru toroq sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
b. Kemm intefqu mis-seba’ mitt miljun Euro?
c. Minn dawn kemm baqa’ proġetti tat-toroq, għaddejjin?
d. Meta ser jitlestew?
e. Kemm ser ikunu damu għaddejjin snin biex tlestew dawn it-toroq li swew seba’ mitt miljun Euro?
f. Wara din in-nefqa, x'inhuma l-baġits proġettati għat-toroq fit-tliet snin li ġejjin?
g. Minn dawn kemm huma għal toroq ġodda?
h. Liema huma?
i. Kemm minn dawn huma għal manutenzjoni, upgrade, tiswija?
j. Liema toroq huma?
k. X'inhu l-proporzjon tal-proġetti tat-toroq fdati u mmexxija minn Infrastructure Malta bħalissa?
l. Kemm kien qabel is-sena 2017?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. Kemm hemm ajruplani reġistrati Malta mill-1 ta’ Jannar 2024?
b. Kif jikkompara ma’ dak tas-sentejn ta’ qabel?
c. X’qed isir biex jissaħħaħ ir-reġistru tal-ajruplani minbarra l-leġislazzjoni mgħoddija?
d. Kemm qed jintefaq kull sena f’marketing f’dan is-settur?
e. Kif qed isir?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2024 sal lum, kien hemm 4 ajruplani oħra ġodda reġistrati f’ Malta.
Sa l-1 ta Jannar 2024 kien hemm 863 ajruplan reġistrati f’Malta.
Sa l-1 ta’ Jannar 2023 kien hemm 691 ajruplan reġistrati f’ Malta, u sa l-1 ta’ Jannar 2022 kien hemm 519 ajruplan reġistrati f’Malta.
Filwaqt li l-leġislazzjoni għenet u tkompli tgħin fit-tkabbir ta’ dan is-settur, wieħed ta’ min jinnota li l-akbar inċentiv (marketing) hija r-reputazzjoni li Malta tgawdi f’ dan il-qasam. Inoltre, Malta tipparteċipa fil-European Business Aviation Convention & Exhibition (EBACE) peress li huwa forum ewlieni għall-avjazzjoni industrijali.
In-nefqa totali annwali hija madwar € 100,000 (mitt elf euro) liema somma tkopri attivitajiet relatati mas-settur li Malta tisponsorja u/jew parzjalment tisponsorja, kif ukoll reklamar.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. Kemm hemm e-scooters reġistrati mill-1 ta’ Jannar 2024?
b. Kemm minn dawn huma għall-kiri u kemm huma proprjetà privata?
c. X’ser jiġri mill-e-scooters meta tidħol fis-seħħ il-liġi f’Marzu li twaqqaf il-kirjiet tagħhom?
d. Jekk saritx konsultazzjoni jew diskussjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt.
TOTAL E-KICKSCOOTERS REGISTERED IN 2024
E-Kickscooters for Leasing
0
Private
2
Rigward ekickscooters għal kiri, wara Marzu 2024, l-operaturi ma jkunux jistgħu joffru aktar dan is-servizz. Għaldaqstant, dawn għandhom jitneħħew mit-toroq.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. Kemm kien hemm inċidenti stradali fis-sena 2023?
b. Kemm kienu fatali?
c. Kemm kienu serji?
d. Kif jikkompara mas-sentejn ta’ qabel?
e. Kemm kienu t-total ta’ claims ma’ insurance companies fis-sena 2023?
f. Kif jikkompara mas-sentejn ta’ qabel?
g. Kemm kien it-total ta’ paid out in claims fis-sena 2023?
h. Kif jikkompara mas-sentejn ta’ qabel?
i. Kienx hemm żidiet fl-insurance premia matul is-sena 2023?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li:
a. Fis-sena 2023 kien hemm total ta’ 1451-il inċident stradali li kien jinvolvi persuni bi ġrieħi jew fatalita’.
b. Fis-sena 2023 kien hemm total ta’ 13-il inċident stradali li kien jinvolvi fatalita’.
c. Fis-sena 2023 kien hemm total ta’ 404-il inċident stradali li kien jinvolvi persuni bi ġrieħi gravi.
d. Fis-sena 2021 kien hemm total ta’ 1313-il inċident stradali li fihom, 317 persuni sofrew ġrieħi serji u 9 kienu fatali. Fis-sena 2022 kien hemm total ta’ 1403-il inċident stradali li fihom, 357 persuni sofrew ġrieħi serji u 28 kienu fatali.
Rigward domandi (e), (f), (g), (h), u (i) ta’ din il- Mistoqsija Parlamentari, din l-informazzjoni mhix disponibbli għand dan il-Ministeru u l-Awtorità għat-Trasport li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġenituri li applikaw biex jagħmlu home schooling lil uliedhom jew biex uliedhom ikollhom homeschooling f’Malta u f’Għawdex minn meta ġiet introdotta din il-liġi fl-2021? Jista’ jgħid kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Jista jgħid ukoll kemm minn dawk li applikaw biex jgħallmu lil uliedhom huma stess, huma Maltin, kemm huma barranin u kemm kienet l-età tat-tfal?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn mindu infetħu l-applikazzjonijiet għal Home Education, il-Ministeru rċieva applikazzjoni waħda biss.