Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar l-ispeed guns dwar fejn għandhom jintużaw u kif?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-għan tal-użu tal-ispeed guns huwa li jservu ta' deterrent kontra s-sewqan eċċessiv li jista’ jwassal għal inċidenti, disgrazzji u mwiet. Ninsab infurmat illi barra minn dak li diġa ingħad f'risposti oħrajn, dawn li speed guns jintużaw l-aktar fejn l-abbuż fis-sewqan ikun apertament ċar u regulari, u ħafna drabi dan jiġi diskuss kemm mal-Pulizija, inkluż il-pulizja tal-Komunità, Kunsilli Lokali u partijiet interessati oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali adetti biex jużaw l-ispeed guns?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi hemm tmienja u ħamsin (58) uffiċċjal tal-Korp tal-Pulizija u dsatax (19) il-uffiċċjal tal-Aġenzija LESA li huma mħarrġa u jużaw l-ispeed guns.
Uffiċjali adetti biex jużaw l-ispeed guns — Taħriġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali adetti, għall-użu tal-ispeed guns, ingħatawx xi taħriġ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-uffiċjali tal-Pulizija u tal-LESA li jagħmlu użu tal-ispeed guns, ingħataw it-taħriġ neċessarju u meħtieg, kif dejjem isir meta jiġi akkwistat kull tip ta’ apparat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi matul is-snin 2022 u 2023 fl-isptarijiet governattivi u dawk privati f’Malta u Għawdex rispettivament? Jista’ jgħid ukoll:
a. kemm minn dawn it-trabi kellhom ġenituri Maltin;
b. kemm minnhom kellhom ġenituri barranin;
ċ. kemm mill-barranin intalbu jħallsu tas-servizz u kemm minnhom ħallsu; u
d. kemm kien hemm proċeduri/appuntamenti li saru bi ħlas fl-Isptar Mater Dei fl-2022 u fl-2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Sptar Mater Dei — Proċeduri u appuntamenti bi ħlas
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm proċeduri/appuntamenti li saru bi ħlas fl-Isptar Mater Dei fis-snin 2022 u 2023? Jista' jgħid ukoll dawn il-proċeduri/appuntamenti kemm jammontaw fi flus u kemm minnhom tħallsu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intużaw speed guns matul is-sena 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023, f’dawn il-Gżejjer sar użu minn ħames speed guns. Erbgħa (4) speed guns jappartjenu lill-Pulizija, u wieħed (1) jappartjeni lill-Aġenzija LESA.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mogħtija ċitazzjonijiet minn meta ġew introdotti l-ispeed guns?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi bdew jinżammu d-dettalji elettronikament fis-sistema LES mis-sena 2020. Infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 ingħataw 11253 taħrika minn speed guns. Infurmat ukoll illi l-għola veloċita rekordjata li tinsab fid-data miġbura mill-LESA huwa ta’ 147km/h fi Triq M.A Vassalli, il-Gżira.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur taċ-ċitazzjonijiet li saru permezz tal-ispeed guns?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi b’żieda ma’ dak provdut fi tweġiba Parlamentari numru 15515, il-valur ta’ taħrikiet imħallsa huwa ta’ € 761,110.61, filwaqt li l-valur ta’ taħrikiet li huma deċiżi u għadhom mhux imħallsa huwa ta’ € 48,662.44.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li rrikorrew lejn id-Dipartiment tal-Emerġenza, xahar b’xahar, matul l-2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew riferuti mit-tobba minn kull ċentru tas-saħħa, mit-tobba fis-settur privat u kemm marru mingħajr referenza?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tas-sistema CPAS ta l-isptar Mater Dei, in-numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza xahar b’xahar qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-waiting list bħalissa fl-Outpatients Department, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, għal kull speċjalizzazzjoni sew medika, kif ukoll kirurġika?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mhemmx waiting lists bħalissa fl-Outpatients Department, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Wieħed għandu jkun mgħarraf li f’dawk il-każijiet li huma urġenti, il-pazjenti jaraw l-ispeċjalista mil-lum għal għada jew fl-ewwel out-patients clinic li jmiss.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-waiting list bħalissa fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal kirurġija ġenerali, ortopedika, oftalmika, ENT, ġinekoloġija, kardjoloġika, pedjatrika u l-ispeċjalizzazzjonijiet l-oħra individwali? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni minn din il-lista huma Maltin u kemm huma barranin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ infermiera f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni ġewwa l-isptarijiet u residenzi kollha individwalment, sew dawk tal-Gvern kif ukoll dawk fis-settur privat? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin, kemm huma barranin u x’nazzjonalità għandhom dawn tal-aħħar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ tobba u speċjalisti f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni fl-isptarijiet u residenzi kollha individwalment, sew dawk tal-Gvern kif ukoll dawk fis-settur privat? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin u x’nazzjonalità għandhom dawn tal-aħħar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-infermiera ta’ nazzjonalità mhux Maltija huma kapaċi jikkomunikaw sew bil-Malti u bl-Ingliż?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li biex infermiera ta’ nazzjonalità barranija jkunu jistgħu jaħdmu fis-servizz pubbliku, irid ikollhom ċertifikat tal-Ingliż jismu IELTS (International English Language Testing System) f’livell 6 jew ekwivalenti hekk kif stipulat fis-sejħa tal-applikazzjoni.
Barra minn hekk, huma obbligati wkoll li jttemmu b’suċċess mill-eżami fil-Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 tal-Università ta' Malta. Infermiera li ma jkunux kisbu dan iċ-ċertifikat fiż-żmien ta' prova, jingħataw estensjoni ta' darba biex jiksbu b'suċċess dan iċ-ċertifikat. Min jonqos li jippreżenta, sa tmiem il-perjodu ta' prova, evidenza li għadda b'suċċess, dan jirriżulta f'terminu awtomatiku tal-kuntratt tax-xogħol.